Presentazzjoni tal-ktieb

Anthony M. Abela. 2000. Values of Women and Men in the Maltese Islands: A Comparative European Perspective. Valletta: Commission for the Advancement of Women, Ministry for Social Policy. 328 pp.

Values of Women and Men in the Maltese Islands: A Comparative European Perspective, ppublikat mill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara fi hdan il-Ministeru tal-Politika Socjali, huwa frott ta’ xoghol kreattiv ma’ hafna nies.  Jaghmel parti mir-ricerka tieghi fuq il-Valuri Europej b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Dan il-volum iqabbel u jikkuntrasta l-valuri tan-nisa u l-irgiel f’Malta u f’ghaxar pajjizi ohra Europej fuq medda ta’ hmistax il-sena. Jistrieh fuq l-istharrig minn erba’ studji tal-European Values Studies (EVS) li saru f’Malta u taghrif komparabbli mill-ahhar stharrig f’ghaxar pajjizi ohra Europej li kien f’idejja fil-bidu ta’ l-istharrig socjologiku ghal dan il-ktieb.
 L-Ufficju tal-Prim Ministru (OPM) laqa’ l-istedina tieghi bhala membru tal-European Values Study Group, biex isir l-istudju tal-Valuri, u fl-1999 ikkummissjona l-fieldwork lill-Misco International. Jien ipprezentajt l-ewwel rapport komparattiv waqt laqgha tal-Kabinett tal-Ministri fit-13 ta’ Septembru, 1999, li wara deher f’hames artikli ta’ The Sunday Times.
 Dan il-ktieb jigbor analizi komparattiva tal-valuri tan-nisa u l-irgiel. Jibni fuq t-teorija mill-letteratura internazzjonali u jistharreg dawn il-fehmiet b’mod xjentifiku f’perspettiva Ewropea. Dan l-istudju jmur id f’id mal-istharrig ta’ qabel Women and Men in the Maltese Islands: Statistics from the Census of Population and Housing (Abela 1998).  Jezamina il-qbil u n-nuqqas ta’ qbil bejn in-nisa u l-irgiel fuq il-valuri tal-hin hieles, tar-religjon, il-familja, l-etika tax-xoghol, il-voluntarjat, is-solidarjeta`, il-politika, it-trobbija tat-tfal, il-moralita` u problemi socjali ohra ta’ zmienna. Jiehu in konsiderazzjoni gruppi specifici ta’ nisa u rgiel hekk kif jinsabu f’kundizzjonijiet socjali differenti minn xulxin, bhal ma huma dawk mhux mizzewga, nisa tad-dar, ommijiet u missirijiet bi tfal zghar, ommijiet li jahdmu barra d-dar, romol, separati, nisa b’livel differenti ta’ edukazzjoni, etajiet u hwejjeg ohra. L-istharrig ihaddem tesijiet tal-istatistika biex jaccetta jew iwarrab il-fehmiet mistharrga.
 F’ dan l-istudju inqabbel is-sejbiet mill-istharrig ta’ Malta ma’ dawk ta’ ghaxar pajjizi ohra Europej:  il-Belgju, Bulgarija, Kroazja, ir-Repubblika Ceka, Franza, l-Italja, l-Olanda, ir-Romanija, ir-Russja u Spanja. Flimkien jirraprezentaw pajjizi membri u mhux membri ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll pajjizi applikanti u mhumiex mill-Ewropa t’Isfel u ta’ l-Lvant. It-taghrif minn Malta huwa mqabbel mal-medja mill-hdax il-pajjiz mehuda flimkien, u kif jixraq ma dawk ta’ kull pajjiz ghalih wahdu. Ir-rizultati minn dan l-istharrig iqarreb izjed lejn il-valuri Ewropej minn studji li saru qabel. Dan ghaliex il-medja mhix maghmula biss mill-valuri tal-Unjoni Ewropea, izda tinkludi wkoll dawk ta’ l-Ewropa ta’ Fuq u t’Isfel, tal-Lvant u l-Punent.
 F’kull pajjiz intghazel kampjun rapprezentattiv ta’ izjed minn 1000 ruh mill-populazzjoni kollha ta’ dawk li ghandhom ‘l fuq minn 18-il sena. B’kollox, minn populazzjoni ta’ izjed minn 373,000,000 ruh fi hdax il-pajjiz, ingabar kampjun ta’ 16,290 ir-ras. Fil-gzejjer ta’ Malta, dawk li wiegbu gew maghzula bl-addocc mir-registru elettorali, u gew intervistati fid-djar taghhom stess.
 
Sejbiet ewlenin

1.  Id-differenzi fuq il-valuri ta’ bejn in-nisa u l-irgiel, mhux xi haga moghtija fin-natura, izda tinholoq u tifassal mis-socjeta` u l-kultura. Fuq kollox, in-nisa b’edukazzjoni gholja u ommijiet li qed irabbu tfal u zghazagh qed jagharfu jinqatghu minn dak li huwa dejjem mistenni minnhom - li jzommu shih mad-drawwiet qodma - u xejn inqas mill-irgiel qed jifirxu harsithom ‘l barra mill-fruntieri u jhaddnu valuri godda f’dinja globalizzata.

2. Bhal f’pajjizi ohra Europej, in-nisa u l-irgiel li telghin qed ihallu warajhom it-tmexxija awtoritarja li sabu fil-familja li trabbew u kull ma jmur qed isawwru familji fejn id-decizjonijiet jittiehdu bis-sehem ta’ kull min jghix fihom. Il-generazzjoni tan-nofs li tinsab bejn iz-zewg ghamliet ta’ familja, l-ommijiet genituri nisa b’mod partikulari, qed jghamlu l-pont bejn valuri qodma u dawk godda fit-trobbija tal-ulied. Dawn il-genituri, li fi tfulithom kienu mtellghin b’dixxiplina tassew stretta, f’biza’ kbira mill-awtorita`, issa iridu jrawmu fit-tolleranza u r-responsabbilita`, filwaqt li jhejju il-generazzjonijiet il-godda jgharrfu jsawru ghar-rashom u flimkien ma’ l-ohrajn mod gdid ta’ hajja u ta’ kif isiru l-affarjiet. It-tfal u z-zghazagh li telghin qed jghixu go familji li jssawwru lilhom infushom bil-ftehim u s-sehem ta’ kull min jghix fihom. Il-hin kollu huma ghaddejin minn salib it-toroq bejn kultura lokali u dik globali. B’dan il mod qeghdin jghinu fl-edukazzjoni tal-genituri taghhom stess.

3.  Id-differenzi fuq il-valuri tax-xoghol u l-hin hieles huma izjed xi haga ta’ kultura fuq x’inhu mistenni min-nisa u l-irgiel f’socjeta` u f’pajjiz partikulari milli xi haga marbuta mas-sess tal-individwu. Sehem in-nisa u l-irgiel fix-xoghol bi hlas u f’attivitajiet voluntarji, il-pecentwali tan-nisa u irgiel ‘kap ta’ familja’ li jahdmu biex izommu familja, l-ugwaljanza jew in-nuqqas taghha bejn is-sessi f’dak li huma oppurtunitajiet ta’ xoghol, fil-voluntarjat u l-etika tax-xoghol u l-hin hieles li jmuru maghhom, fuq kollox jiddependu mill-livell ta’ edukazzjoni, l-eta` u l-istat ta’ zwieg ta’ l-individwu. Hemm x’juri li l-etika tax-xoghol maskili qed taghmel il-wisa’ ghal etika izjed femminili, expressiva, inqas materjalista u izjed ta’ hin hieles.

4. F’Malta, il-livell relattivament baxx tas-sekularizazzjoni u d-differenza fir-religjozita` u fl-attendenza ghall-quddies ta’ bejn is-sessi, sahansitra bejn irgiel u nisa li jahdmu, jikxef kultura predominanti maskili. Fic-cirkustanzi ta’ bhalissa, in-nisa baqghu shah fir-religjozita` ewlenija taghhom, u ghalkemm l-irgiel iqisu lilhom infushom religjuzi, jhallu l-prattika tar-religjon f’idejn in-nisa. Madankollu, ftit li xejn hemm differenzi fir-religjozita` fost iz-zghazagh irgiel u nisa b’edukazzjoni gholja. Wiehed jistenna li fejn hemm opportunitajiet indaqs ghal edukazzjoni gholja u ghax-xoghol, ghandhom jonqsu sew id-differenzi ta’ bejn l-irgiel u n-nisa fuq ir-religjon u s-sekularizazzjoni.

5. Fil-hdax il-pajjiz Europew, jidher li hemm firda gmiela bejn nisa u irgiel fuq hafna mill-affarijiet politici u socjali, b’mod partikulari fejn ghandu x’jaqsam ma’ l-orjentazzjoni materjalista jew postmaterjalista. Minn-naha l-wahda, bhalissa  ma’ l-Ewropa kollha, l-irgiel ghandhom iktar interess u huma iktar attivi fil-politika minn nisa. Minn-naha l-ohra, in-nisa jifavorixxu iktar politika socjali kollettiva mill-irgiel in generali.

6. Mandankollu, xejn inqas mill-irgiel, in-nisa jxaqilbu lejn il-postmaterjalizmu - li fl-ahhar mill-ahhar ghandu bixra femminili – minhabba l-eta` zaghzugha, edukazzjoni gholja, xoghol barra mid-dar u fil-voluntarjat, u bl-ebda mod minhabba s-sess taghhom. Il-materjalizmu u l-postmaterjalizmu - u daqstant iehor id-dimensjonijiet maskili u femminili li jmorru maghhom – bl-ebda mod ma huma marbuta mal-‘generu’ (jew sess) tal-persuna. Irrespettivament mis-sess taghhom, in-nisa u l-irgiel haddiema b’edukazzjoni gholja, bla distinzjoni, huma inklinati li jbiddlu l-ghanijiet predominanti maskili u materjalisti ma’ dawk femminili u postmaterjalisti fil-valuri politici ghas-socjeta` tal-gejjieni.

7. Madankollu, fil-kundizzjonijiet ta’ zmienna, l-istrutturi socjali ewlenin, fost l-ohrajn dawk tal-post tax-xoghol fis-suq hieles, tar-religjon organizzata, tal-familja tradizzjonali, u tal-‘welfare state’, ma jieqfux joholqu u jgeddu differenzi kulturali bejn is-sessi u l-firdiet kbar socjali ta’ bejn in-nisa u l-irgiel, li dawn igibu maghhom. Biex jerga’ jintlahaq bilanc jinhtieg sforz kollettiv minn kull individwu, minn dawk li jfasslu l-politika, mexxeja u edukaturi li jahdmu fi skejjel, knejjes, dipartimenti tal-gvern, movimenti socjali u f’ghadd gmielu ta’ ghaqdiet mhux governattiv fis-socjeta`.

8. It-taghrif fuq il-valuri tan-nisa u l-irgiel huwa centrali fl-gharfien ta’ kif l-oggettivi tal-Gvern jolqtu l-hajja tan-nies u jissodisfaw il-htigijiet taghhom. L-istudju tal-bidla fil-valuri, fejn in-nisa u l-irgiel kif ukoll gruppi socjali ohra huma maghzula minn xulxin, jippermetti l-gharfien ta’ fejn sejra s-socjeta` Maltija meta mqabbla ma’ pajjizi ohra, u jhejji t-triq ghat-tfassil tal-politka socjali. Jikkontribwixxi ghall-izvilupp ta’ politika socjali li thares l-interessi taz-zewg sessi b’mod shih, tant li kull mara u kull ragel isibu posthom f’socjeta` fejn hadd ma jibqa’ lura. Ghalhekk ir-ricerka trid tibqa’ sejra, sabiex ikunu jistghu jittiehdu direzzjonijiet godda fil-politika ta’ x’ghandu jsir ghall-gid ta’ kulhadd.

21 ta’ Frar, 2001

Prof. Anthony M Abela
socjologu