BOOK REVIEW

Anthony M. Abela. 2001. Youth Participation in Voluntary Activities in Malta: A Comparative Analysis of European Values Studies. Malta: Parliamentary Secretariat, Ministry of Education. 140 pp.

Ricerka fil-qasam taz-zghazagh u specjalment fil-kultura zaghzugha generalment tirrifletti interess f’dak li qed jigri fil-hajja ta’ kuljum b’mod specjali fl-izviluppi li jkunu ghaddejjin u l-process ta’ globalizzazzjoni.  Din it-tema hija prezenti fil-kollezzjoni ta’ ricerka minn Professur.Anthony M. Abela.  Fil-ktieb Il-partecipazzjoni taz-zghazagh f’ghaqdiet volontarji, Abela jezamina numru ta’ temi relatati maz-zghazagh f’Malta f’dan il-millennju l-gdid.  Dawn jinkludu attivitajiet volontarji u l-karatteristici u l-valuri tal-membri u l-haddiema fil-qasam volontarju, l-istili differenti ta’ hajja, nuqqas ta’ sodisfazzjon fiz-zghazagh u l-izvilupp tar-religjon kif jinfluenza liz-zghazagh f’Malta.  Il-Professur Abela jezamina wkoll id-differenzi u s-similaritajiet li jinbtu fil-hajja zaghzugha mill-process ta’ globalizzazzjoni.

Il-Professur Abela jevita li jaghti definizzjonijiet stereotipati taz-zghazagh li huma generalment assocjati mal-biza’ tal-futur u jwieghed progress u hajja gdida.  Hu la jidejalizza liz-zghazagh u lanqas jinjora r-riskji u l-problemi li jezistu f’dan il-qasam, jirnexxielu jidentifika modi ta’ kif iz-zghazagh jesprimu lilhom nfushom li kultant inibbtu hajja altruwista jew imgieba differenti minn dik tal-passat.  Dan l-istudju jezamina t-trasformazzjoni tal-kultura zaghzugha fil-qasam ta’ l-attivitajiet volontarji, stili ta’ hajja differenti u nvolviment fil-qasam religjuz.  Punt importanti huwa l-izvilupp ta’ taghrif, valuri, attitudni u mgieba bil-process tal-globalizzazzjoni.

L-ewwel kapitlu juri kemm iz-zghazagh Maltin mhumiex daqshekk involuti f’ghaqdiet volontarji izda mbaghad jinvolvu ruhhom hafna fil-hidma volontarja meta mqabbla ma’ pajjizi ewropej.  F’Malta jidher li l-partecipazzjoni taz-zghazagh f’ghaqdiet tradizzjonali bhal dawk li tal-Knisja naqset u saru jinvolvu ruhhom aktar f’ghaqdiet godda li huma aktar ta’ natura ambjentali jew sportiva.  Dawk li jinvolvu ruhhom fis-settur volontarju juru aktar interess politiku, ghandhom interess akbar f’temi socjali u ghandhom tendenza li jaccettaw aktar lill-emarginati minn zghazagh li mhumiex involuti fil-qasam volontarju.  Partecipazzjoni fit-tul f’ghaqda wahda m’ghadhiex moda.  Iz-zghazagh qed jippreferu jinvolvu ruhhom f’diversi attivitajiet volontarji tal-mument.  Bhal zghazagh f’pajjizi ohra Ewropej li huma nvoluti fis-settur volontarju juru valuri post-tradizzjonali u post-materjalistici, jidentifikaw ruhhom ma’ l-idea ta’ Ewropa maghquda.  Peress li z-zghazagh f’Malta huma taht influenzi ta’ l-izvilupp globali, ghandhom tendenza li jhaddnu valuri u stili aktar individwali.

It-tieni kapitlu jiffoka fuq in-nuqqas ta’ sodisfazzjon u kuntentizza li z-zghazagh ghandhom f’Malta.  Il-Professur Abela jghid li z-zieda fil-kriminalita’ u l-abbuz tad-droga fil-qasam taz-zghazagh hija ndikazzjoni ta’ apatija fost iz-zghazagh.  Huwa jtenni li z-zghazagh Maltin qed jidentifikaw ruhhom mal-kultura globali zaghzugha billi jidentifaw ruhhom mal-kultura tar-rave u l-partecipazzjoni taghhom fir-rave parties.  L-istudju tal-Professur Abela juri kif iz-zghazagh qed ihaddnu aktar valuri morali ndividwali milli dawk tradizzjonali u ghalhekk jaccettaw aktar agir permessiv.

B’riferenza ghall-Knisja, ir-ricerka tal-Professur Abela turi li kemm trasformazzjoni u kontinwazzjoni f’dan il-qasam hija evidenti.  Dan johrog car fit-tielet kapitlu fejn il-Professur Abela juri t-toroq li grupp zghir ta’ zghazagh kattolici hadu matul il-hajja taghhom.  Punt li johrog huwa li zghazagh kattolici ghandhom origini simili izda jizviluppaw fi thaddin spiritwali differenti.  Il-Professur Abela jikkonkludi li l-hajja religjuza omogenja tal-passat qed tizviluppa f’diversi identitajiet kattolici differenti.  Il-moralita’ tradizzjonali kif normalment hija mfissra mill-Knisja Kattolika qed tigi mibdula b’hajja spiritwali ndividwali.

Il-Profs Abela pprovdielna harsa ohra lejn it-tibdil kontinwu li z-zghazagh Maltin qed jghaddu minnu.  Jirnexxielu janalizza tendenzi u konflitti fil-hajja zaghzugha u jadotta attitudni ambivalenti aktar milli jiggudika liz-zghazagh Maltin bhala tajbin jew hziena.  Billi janalizza tlett aspetti tal-hajja zaghzugha dan il-ktieb irnexxielu juri dimensjonijiet differenti tal-hajja zaghzugha izda fl-istess hin juri r-relazzjonijiet ta’ bejniethom.  Wiehed irid isemmi li l-kredibilta’ ta’ dan il-ktieb tohrog mill-mod xjentifiku kif saru l-analizi tar-rizultati, u l-lista vasta ta’ ricerka li saret minn studji ohra.

Il-ktieb huwa miktub b’mod car izda wiehed irid ikollu daqxejn taghrif fuq perspettivi socjoligici biex ikun jista’ jifhmu ahjar u japprezzah.  Dan il-ktieb tal-Professur Abela jaghti kontribuzzjoni mportanti fid-djalogu fuq iz-zghazagh, kultura u l-hajja tal-lum.

Dr Marilyn Clark

Il-Mument, 18 Ta' Marzu, 2001