BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT g L.S.10.40 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.40
REGOLAMENTI BIEX JINZAMM IL-BON ORDNI 
F’LOKALITAJIET TA’ DIVERTIMENT
5 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIZ LEGALI 124 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avvizi Legali 111 ta’ l-
1996, 132 u 149 ta’ l-1999, u 155 ta’ l-2001.
Titolu.
jinzamm il-Bon Ordni f’Lokalitajiet ta’ Divertiment.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 132 ta’ l-
1999;
A.L. 149 ta’ l-
1999.
Kap. 9.
2.  F’dawn ir-Regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
tehtiegx mod iehor -
"arma" tfisser kull arma regolari jew irregolari kif imfissra fl-
artikolu 64 tal-Kodici Kriminali u ghandha tinkludi kull imitazzjoni
ta’ arma;
Kap. 406.
"biljett tad-dhul" tfisser biljett moghti mill-proprjetarju li juri l-
ammont totali imhallas, inkluza t-taxxa li ghandha tithallas skond l-
Att dwar Taxxa fuq il-Valur Mizjud; 
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija u tinkludi kull
ufficjal tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"lokalita  ta’ divertiment" tfisser kull sala taz-zfin, diskoteka jew
teatru ghaz-zfin, izda mhux dak it-teatru meta z-zfin isir fuq palk
esebit lill-pubbliku, u tinkludi kull fond iehor licenzjat ghall-bejgh
ta’ inbid, birra u likwidi alkoholici, u kull lokalita  fil-miftuh, fejn
ikun hemm divertiment, wirijiet jew zfin;
Kap. 10.
"post abitat" ghandha jkollha l-istess tifsira moghtija lilha bl-
artikolu 2 tal-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija;
"proprjetarju" dwar kull divertiment tfisser il-persuna li
torganizza jew tmexxi d-divertiment jew li tkun responsabbli ghall-
organizzazzjoni jew ghat-tmexxija tieghu u tinkludi kull persuna li
jkollha xi interess finanzjarju fid-divertiment jew f’dak li jidhol
minnu, u kull persuna li f’isimha jigu ricevuti hlasijiet ghal
divertiment; u f’kaz ta’ persuna guridika, il-frazi "proprjetarju"
ghandha tinkludi wkoll lill-manager jew lil kull ufficjal principali
iehor ta’ dik il-persuna guridika.
Dhul f’post taz-
zfin.
3. Fil-kaz ta’ swali taz-zfin, diskoteki u teatri ghaz-zfin, hadd
ma ghandu jithalla jidhol f’ebda naha tal-post jekk ma jkollux
biljett tad-dhul li jinghatalu mill-proprjetarju.
Ilbies.
jkunx liebes xieraq ghas-sodisfazzjon tal-proprjetarju.
Tfittxija mill-
Pulizija.
5. Il-Kummissarju jista’ jfittex fuq kull persuna filwaqt li
tkun diehla, tkun qeghda gewwa jew tkun hierga minn xi lokalita
ta’ divertiment.
Eta  tad-dhul.
Emendat:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
6. (1) Persuni taht l-eta  ta’ sittax-il sena ma ghandhomx
jithallew jidhlu gewwa lokalita  ta’ divertiment, u zghazagh li
jkollhom iktar minn sittax-il sena ghandhom qabel ma jidhlu f’dik
il-lokalita  johorgu u juru l-karta ta’ l-identita  taghhom lill-
2 L.S.10.40 h
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT
proprjetarju.
(2) Il-proprjetarju jkun responsabbli li jizgura li ebda persuna
taht l-eta  ta’ sittax-il sena ma tidhol f’lokalita  ta’ divertiment.
(3) Is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament ghandu jigi
riprodott fuq il-biljett tad-dhul f’xi lokalita  ta’ divertiment u biljett
bhal dak ghandu jkollu wkoll dikjarazzjoni fuqu li tkun tghid li d-
detentur ghandu biss jiddahhal jekk huwa juri d-dokument ta’ l-
identita  tieghu jew xi dokument iehor li jkun prova ta’ l-identita
tieghu.
(4) Meta tinsab xi persuna li ma tkunx ghalqet is-sittax-il sena
f’lokalita  ta’ divertiment, il-proprjetarju tal-lokalita  ta’ divertiment
ikun hati ta’ reat u, meta jinsab hati, jehel il-piena ta’ multa ta’ mitt
lira ghal kull tali persuna b’zieda mal-piena li huwa jista’ jehel taht
ir-regolament 15 ta’ dawn ir-Regolamenti.
Kondotta mhux 
xierqa. 
7. (1) Kull min filwaqt li jkun diehel, meta jkun gewwa, jew
ikun hiereg minn lokalita  ta’ divertiment ikollu fuqu xi arma jew
igib ruhu b’mod li jikser il-bon ordni, jkun hati ta’ ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Hadd ma jista’ jostakola xi naha tal-fond riservata ghaz-
zfin.
(3) Hadd ma ghandu jithalla f’ebda naha tal-fond fejn id-dhul
ikun projbit.
(4) Il-Kummissarju jista’ jkecci mill-fond lil kull min jaghmel
storbju jew ma jobdix l-ordnijiet tieghu.
(5) Kemm-il darba jinqala’ xi dizordni kbir, il-Kummissarju
jista f’kull hin iwaqqaf id-divertiment u jaghlaq il-fond u jordna
lill-pubbliku biex ibattal il-fond.
Il-hlas dovut ghad-
dhul.
8. Il-proprjetarju ghandu juri l-hlas dovut ghad-dhul f’post li
jidher sew fl-entratura ta’ lokalita  ta’ divertiment dwar kull wirja,
okkazjoni jew divertiment li jkun.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip u ta’ 
promozzjoni ta’ 
prodotti ta’ tabakk.
Sostitwit:
A.L. 111 ta’ l-1996.
9. (1) Ma jistax isir tipjip fil-wisa’ jew wesghat riservati
ghaz-zfin f’lokalita  ta’ divertiment.
(2) Il-proprjetarju jista’ jippermetti li jsir tipjip f’dak l-ispazji
li jkunu fil-miftuh u mhux imsaqqfin.
(3) Il-proprjetarju ghandu jizgura li dawk il-partijiet, li l-
Kummissarju jidhirlu li jkunu bizzejjed, minn dawk l-inhawi ta’
lokalita  ta’ divertiment li jkunu miftuhin ghall-pubbliku u li ma
jkunux jaqghu taht id-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (1) u
(2) ta’ dan ir-regolament, ghandhom ikunu riservati bhala nhawi li
fihom ma jistax isir tipjip u dawk l-inhawi ghandhom ikunu
immarkati b’avvizi kif imiss:
Izda meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li l-qies shih ta’
dawk l-inhawi ta’ lokalita  ta’ divertiment li ghalihom japplika dan
is-sub-regolament jkunu daqstant zghar li ma jippermettux li
partijiet minn dawk l-inhawi jigu riservati bhala inhawi fejn ma
jistax isir tipjip, il-Kummissarju jista’ jezenta lill-proprjetarju milli
jizgura li jkun hemm dawk l-inhawi riservati.
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT g L.S.10.40 3
(4) Il-Kummissarju jista’ jordna li ma jsirx tipjip f’dawk l-
inhawi ta’ lokalita  ta’ divertiment fejn ma jezistux il-
prekawzjonijiet kollha adekwati approvati minnu kontra hruq jew
fejn ma jkunx hemm ventilazzjoni adekwata kif approvata minnu.
Dawn l-inhawi ghandhom ukoll ikunu mmarkati b’avvizi apposta.
(5) Ma tista’ ssir ebda promozzjoni diretta jew indiretta billi
jitqassmu b’xejn sigaretti, sigarri, jew prodotti ohra maghmulin
mit-tabakk lil persuni f’lokalita  ta’ divertiment.
Tmiem ta’ parties 
jew discos fil-
miftuh.
Mizjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1999.
10. Meta jkun hemm xi party jew disco li jkun qed jinzamm
fil-miftuh, dan ghandu jtemm sa mhux iktar tard mis-saghtejn ta’
filghodu:
Izda fejn il-post fil-miftuh fejn ikun ser isir il-party jew
disco ikun parti minn fond licenzjat bhala post ta’ divertiment li
jkun jinsab f’distanza ta’ aktar minn hames mitt metru ’il boghod
minn post abitat, id-detentur tal-licenza dwar dak il-fond jista’
japplika lill-Kummissarju biex jestendilu l-limitu tal-hin li hemm
stabbilit f’dan ir-regolament soggett ghal dawk il-kundizzjonijiet li
l-Kummissarju jista’ jidhirlu xierqa izda dak il-limitu ta’ hin ma
ghandu f’ebda kaz jigi estiz ghal aktar tard mill-erbgha ta’
filghodu.
Hin ta’ discos jew 
parties f’postijiet 
maghluqa.
Mizjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
11. Ma ghandu jinghata ebda permess jew licenza li jkunu
jippermettu li party jew disco f’lokalita  ta’ divertiment maghluq
ikun jibda, jew ikompli, fi jew bejn l-erbgha ta’ filghodu u d-disgha
ta’ filghodu.
L-akbar numru ta’ 
persuni li jistghu 
jiddahhlu.
Mizjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
12. (1) Ghandu jigi stipulat fuq il-permess jew il-licenza li
jkunu jawtorizzaw li jsir xi party jew disco f’xi lokalita  ta’
divertiment, l-akbar numru ta’ persuni li jistghu jiddahhlu f’dik il-
lokalita  ta’ divertiment.
(2) Meta n-numru ta’ persuni f’xi lokalita  ta’ divertiment jkun
jeccedi l-akbar numru stipulat fil-permess jew licenza relativi, il-
proprjetarju u s-sid jew l-amministratur ta’ dik il-lokalita  ta’
divertiment ikunu hatja ta’ reat u jistghu jehlu l-istess pieni bhal
dawk stipulati fis-sub-regolament (4) tar-regolament 6 ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Jedd li jigi michud 
permess jew 
licenza.
Mizjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija ghandu jichad kull
applikazzjoni li ssirlu ghal permess jew licenza sabiex jigi
organizzat xi divertiment pubbliku, meta huwa ma jkunx sodisfatt li
l-karattru u l-grajjiet imghoddija ta’ l-applikant, proprjetarju jew
disc jockey ma jkunux tali li jkunu ta’ garanzija bizzejjed li ebda
abbuz bid-droga jew abbuz iehor ma jkunu ser isehhu waqt id-
divertiment.
Reati minn persuni 
li ma jkunux il-
proprjetarju jew l-
impjegati tieghu.
14. (1) Kull min jaghmel reat kontra dawn ir-Regolamenti, li
ma jkunx il-proprjetarju jew xi impjegati tieghu, jista’ jehel meta
jinsab hati multa ta’ mhux anqa minn hamsa u ghoxrin lira izda
mhux izjed minn hamsin lira, u fil-kaz li jerga’ jinsab hati ghat-
tieni darba jew iktar, multa ta’ mhux anqas minn hamsin lira izda
mhux izjed minn mitt lira.
(2) Meta persuna tkun instabet hatja ta’ ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti l-qorti tista’, b’zieda mal-piena moghtija taht is-sub-
4 L.S.10.40 h
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT
regolament (1) ta’ dan ir-regolament, tipprojbixxi lil dik il-persuna
milli tattendi f’xi lokalita  ta’ divertiment ghal zmien li ma jaqbizx
is-sena.
Reati minn 
proprjetarji jew 
impjegati taghhom.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-1996.
15. (1) Fil-kaz ta’ reati maghmulin minn proprjetarju jew l-
impjegati tieghu kontra dawn ir-Regolamenti, il-qorti ghandha meta
ssib persuna hekk hatja twahhal multa ta’mhux anqas minn mitejn
lira izda mhux izjed minn erba’mitt lira, u fil-kaz li jerga’ jinsab
hati ghat-tieni darba jew iktar, multa ta’ mhux anqas minn hames
mitt lira izda mhux izjed minn elf lira, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet tas-sub-regolament (2) ta’ dan ir-regolament.
(2) Meta persuna tinstab hatja ghal aktar minn darba ta’ reat bi
ksur ta’ dawn ir-Regolamenti, li ma jkunx reat bi ksur tar-
regolament 9, il-piena ta’ prigunerija ghal zmien mhux iktar minn
xahar tista’ tinghata jew minflok il-piena tal-multa jew inkella b’
zieda ma’ dik il-piena.
(3) Fil-kaz tat-tieni reat jew reat iehor sussegwenti bi ksur ta’
dawn ir-Regolamenti, li ma jkunx reat bi ksur tar-regolament 9, il-
qorti ghandha fuq talba tal-prosekuzzjoni tissospendi l-licenza
relattiva ghal zmien ta’ mhux anqas minn xahar izda mhux aktar
minn tnax-il xahar.
Piena aktar gravi.
Kap. 9.
16. Meta persuna tinstab hatja ta’ reat bi ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti, liema reat, sew taht il-Kodici Kriminali sew taht kull
ligi ohra, ikollu piena iktar gravi minn dik moghtija b’dawn ir-
Regolamenti, il-qorti ghandha twahhal dik il-piena li tkun l-aktar
gravi.
Bord ta’ 
Sorveljanza ghas-
Sahha u ghall-
Harsien.
Mizjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1999;
A.L. 155 ta’ l-
2001.
17. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-Intern ghandu jahtar
bord li jkun maghruf bhala Bord ta’ Sorveljanza ghas-Sahha u
ghall-Harsien, hawnhekk izjed ’il quddiem f’dan ir-regolament
maghruf bhala "il-bord", li jkun maghmul minn chairman u tliet
membri, li wiehed minnhom jaghmilha ta’ segretarju tal-Bord, li
jinhatru minn fost persuni li jkollhom esperjenza fi hwejjeg li
ghandhom x’jaqsmu mas-sahha, mal-harsien, mat-tingis bi hsejjes
u mal-protezzjoni civili.
(2) Il-bord ikollu l-jedd jissorvelja regolarment kull lokalita  ta’
divertiment sabiex jassigura li l-kondizzjonijiet ta’ sahha, ta’ livelli
ta’ hsejjes u ta’ harsien ikunu skond livelli sodisfacenti u ghal dak
l-ghan ikollu l-jedd li jispezzjona kull lokalita  ta’ divertiment
f’kull hin li jkun.
(3) Il-bord ikollu l-jedd li jordna lil kull proprjetarju ta’ xi
lokalita  uzata jew mahsuba li tkun uzata bhala lokalita  ta’
divertiment sabiex jaghmel, f’dak il-prijodu ta’ zmien li jigi
stabbilit mill-bord, dawk il-bidliet, zidiet u aggustamenti ta’ kull
xorta jew kull hag’ohra hekk kif il-bord jista’ jqis li ghandu jsir
sabiex jigu zgurati kondizzjonijiet ta’ sahha, ta’ livelli ta’ hsejjes u
ta’ harsien sodisfacenti.
(4) Kull min xjentement ifixkel lil xi membru tal-bord waqt li
jkun qieghed iwettaq dmirijietu taht dawn ir-Regolamenti jkun hati
ta’ reat taht dawn ir-Regolamenti.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra, meta
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT g L.S.10.40 5
proprjetarju jonqos milli jwettaq xi ordni bhalma hemm imsemmi
fis-sub-regolament (3) ta’ dan ir-regolament, il-Kummissarju tal-
Pulizija jkollu l-jedd jichad it-tigdid ta’ xi licenza jew permess li
jkollu x’jaqsam mal-fond li l-ordni jkun jirreferi ghalih.
(6) Qabel ma jsir il-hrug jew it-tigdid ta’ xi permess jew
licenza ghal xi lokalita  ta’ divertiment, il-Kummissarju tal-Pulizija
jkollu l-jedd jisma’ l-parir u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord dwar
il-kondizzjoonijiet ta’ dik il-licenza jew permess.
