RAZZJON TAL-GWIEZ TA’ L-ANNIMALI g L.S.117.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.03
REGOLAMENTI DWAR IR-RAZZJON TAL-GWIEZ 
TA’ L-ANNIMALI
31 ta’ Dicembru, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 832 ta’ l-1948, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 66 ta’ l-1957.
Titolu.
Razzjon tal-Gwiez ta’ l-Annimali.
Projbizzjoni ta’ 
bejgh, ecc.
2. Hadd ma jista’ jibigh, joffri ghall-bejgh jew b’xi mod
jiddisponi minn, gwiez ta’ l-annimali li ghalih jirriferixxu dawn ir-
Regolamenti, sew bl-ingrossa kemm bl-imnut -
(a) kemm-il darba ma jkollux permess mahrug mid-
Direttur tal-Biedja; u
(b) hlief lill-persuni li ghandhom biljett jew kupun kif
hemm imsemmi fir-regolament 3 u skond kull
kundizzjoni miktuba f’dak il-biljett jew kupun.
Projbizzjoni ta’ 
xiri, ecc.
3. (1) Hadd ma jista’ jixtri, jew b’xi mod iehor jikseb, jew
joffri jew jipprova li jixtri jew jikseb xi gwiez ta’ l-annimali li
ghalih jirriferixxu dawn ir-Regolamenti, sew bl-ingrossa kemm bl-
imnut -
(a) kemm-il darba ma jkollux biljett jew kupun mid-
Direttur tal-Biedja u skond kull kundizzjoni miktuba
f’dak il-biljett jew kupun; u
(b) hlief minn persuni li lilhom ikun inghata permess mid-
Direttur tal-Biedja.
(2) Fil-biljett imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament ghandu jkun hemm imnizzel:
(a) l-isem, il-kunjon u l-laqam, jekk ikollha, tal-persuna li
ghaliha jkun hareg il-biljett;
(b) in-numru u x-xorta ta’ bhejjem li ghalihom l-persuna
interessata ghandha dritt ghar-razzjon;
(c) id-dati li bejniethom il-biljett ghandu jiswa.
(3) Il-kupuni ghandhom jiswew ghal dawk ir-rati ta’ razzjon li
jkun hemm avzati fl-istampa minn zmien ghal zmien.
Id-Direttur tal-
Biedja jista’ 
jirrifjuta li jaghti 
permess.
4. Id-Direttur tal-Biedja jista’, ghal raguni gusta, jirrifjuta li
jaghti lil xi persuna permess, biljett jew kupun mehtieg ghal xi skop
skond dawn ir-Regolamenti u jista’, meta jaghti xi permess jew
johrog xi biljett jew kupun bhal dan, jaghmel dawk il-
kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Taghrif.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
5. Id-Direttur tal-Biedja jista’, permezz ta’ ordni skond ma
jkun jidhirlu minn zmien ghal zmien, jitlob minghand xi persuna
jew persuni jew klassi jew aktar ta’ persuni li jimmaniggaw jew
jinnegozjaw fil-gwiez ta’ l-annimali li ghalih japplikaw dawn ir-
Regolamenti, li jaghti taghrif skond ma jkun mehtieg li jispecifika
l-kwalitajiet li huwa jkollu fil-pussess tieghu jew li jkollhom fil-
2 L.S.117.03 h RAZZJON TAL-GWIEZ TA’ L-ANNIMALI
pussess taghhom jew taht il-kontroll tieghu jew taht il-kontroll
taghhom u billi jaghti kull taghrif iehor li d-Direttur tal-Biedja
jista’ jispecifika.
L-ordni jista’ 
jintbaghat lill-
persuna jew jigi 
pubblikat fil-
Gazzetta.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
6. L-ordni li jkun jitlob li jinghata t-taghrif imsemmi fir-
regolament 5 jista’ jintbaghat individwalment lill-persuna jew
persuni li jkunu mehtiega li jaghtu t-taghrif jew jista’ jigi mxandar
fil-Gazzetta u, f’kull kaz, ikun jista’ jitlob li t-taghrif jigi moghti
darba jew aktar minn darba, dwar xi data specifikata jew dwar dati
u perijodi specifikati.
Kif japplikaw ir-
Regolamenti.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
7. Dawn ir-Regolamenti japplikaw ghall-gwiez ta’ l-annimali
specifikati fl-Iskeda ta’ hawn taht.
Reati u pieni.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
8. (1) Kull min jonqos li jaghti t-taghrif mitlub skond ir-
regolament 5 jew li meta jaghti t-taghrif ghax ikun irid jew bi
traskuragni jaghti taghrif li jkun falz f’xi parti partikolari jew
jonqos li jaghti taghrif materjali jkun hati ta’ reat skond dawn ir-
Regolamenti u jkun jista’ jehel multa ta’ mhux inqas minn ghaxar
liri izda mhux iktar minn hamsin lira u barra minn hekk il-Qorti li
tkun ikkundannat ir-reat ghandha tordna barra minn hekk il-
konfiska tal-gwiez li dwaru jkun sar ir-reat.
(2) Kull persuna li b’xi mod iehor tmur kontra jew tonqos li
timxi skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti tkun
soggetta kif jinghad:
(a) ghall-ewwel kundanna skond dawn ir-Regolamenti,
ghal multa ta’ mhux inqas minn zewg liri u mhux izjed
minn ghaxar liri;
(b) fuq it-tieni kundanna jew kundanni skond dawn ir-
Regolamenti, ghal multa ta’ mhux inqas minn ghaxar
liri u mhux izjed minn hamsin lira, u l-Qorti li tkun
ikkundannat ir-reat ghandha tordna l-konfiska tal-
gwiez li dwaru jkun sar ir-reat.
Mizjuda:
N.G. 66 ta’ l-1957.
SKEDA
1. Smida ta’ Malta
2. Nuhhala
3. Xghir
4. Fazola
5. Zerriegha tal-Qoton
6. Ikel ippressat miz-zerriegha tal-qoton
7. Cicri
8. Qarambocc
9. Qamhirrum
10. Skalora
