BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA g L.S.117.04 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.04
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGH
TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
22 ta’ Lulju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 360 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 553 ta’ l-1953, 431 ta’ l-1954, 377 ta’ l-1955,
84 ta’ l-1956, 559 ta’ l-1957 u 298 ta’ l-1958; u bl-Avvizi Legali 39 u 85
ta’ l-1959, 8 u 68 ta’ l-1966, 1 ta’ l-1968, 43 ta’ l-1970, 64 ta’ l-1972, 21
ta’ l-1973, 29 u 69 ta’ l-1974, 25 ta’ l-1975, 129 ta’ l-1977, 121 ta’ l-1981,
63 ta’ l-1982 u 25 ta’ l-1998.
TAQSIMA I
Titolu.
Bejgh tal-Prodotti tal-Biedja.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 559 ta’ l-
1957;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 68 ta’ l-1966;
A.L. 43 ta’ l-1970;
A.L. 25 ta’ l-1975.
2. F’dawn ir-Regolamenti hlief jekk il-kuntest ma jitlobx
xort’ohra -
"bidwi" tfisser kull persuna li tizra’ jew tkabbar prodotti tal-
biedja l-aktar biex tiddisponi minnhom kif jidhrilha;
"bejjiegh tal-haxix" tfisser persuna li tbigh prodotti tal-biedja bl-
imnut minn hanut jew mit-triq;
L.S. 117.20
"centri tal-bejgh" tfisser ic-centri tas-swieq tal-prodotti tal-biedja
mwaqqfin bir-Regolamenti dwar ic-Centri tas-Swieq ta’ Prodotti
tal-Biedja;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura;
"pitkal" tfisser persuna li xogholha jkun li tbigh lil haddiehor bl-
ingrossa akkont ta’ sidhom prodotti tal-biedja kif imfisser fir-
regolament 4;
"post tan-negozju" tfisser ukoll hanut jew bini iehor, kull
karrettun bil-bhima, karrettun ta’ l-idejn, truck jew vettura ohra,
kull qoffa, bixkilla, xkora jew dugh iehor, u kull post jew mezz
iehor li fih jew minnu jsir il-bejgh tal-prodotti tal-biedja;
"xiri" tfisser l-akkwist ta’ kull prodott tal-biedja kif imfisser fir-
regolament 4 b’titolu onerus;
"bejgh" tfisser ukoll kull trasferiment b’titolu onerus, u "tbigh"
tiftiehem fuq din it-tifsira;
Kap. 278.
"ghaqda" tfisser ghaqda kooperativa bejn bdiewa registrata
skond l-Att dwar l-Ghaqdiet Kooperativi.
Nomina u dmirijiet 
ta’ l-ispetturi.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 68 ta’ l-1966.
3. Il-Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura jista’ minn
zmien ghal zmien jinnomina spetturi li d-dmir taghhom ikun li
jaraw illi d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew ta’ xi
ordnijiet li jinhargu bis-sahha taghhom qeghdin jitwettqu. Ghal dan
il-fini, dawn l-ispetturi ghandhom jkollhom il-poter, fil-hinijiet
kollha xierqa, li jidhlu u jispezzjonaw kull post tan-negozju fejn
ikun qieghed isir jew fejn ikollhom ghalfejn jahsbu li jkun qieghed
isir negozju ta’ prodotti tal-biedja kif imfisser fit-Taqsima III, u li
jispezzjonaw kull kotba u dokumenti tan-negozju mizmumin
2 L.S.117.04 h BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
hemmhekk, u li jaqbdu kull haga, oggett jew dokument li ghandu
x’jaqsam jew li jista’ jingieb bhala prova fl-eghmil ta’ reat.
TAQSIMA II
Tifsir ta’ prodotti 
tal-biedja u 
Direttur.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-1970.
4. F’din it-Taqsima "prodotti tal-biedja" tfisser kull prodott li
hu mizrugh jew imkabbar minn bidwi jew hu miksub mit-torbija ta’
annimali lokali, prodott li soltu jinbiegh b’mezz ta’ pitkal, u
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd.
Licenza tal-pitkali 
u bejjiegha tal-
haxix u drittijiet li 
jithallsu ghalihom.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1998.
5. (1) Hadd ma jista’ jaghmilha ta’ pitkal jew ta’ bejjiegh tal-
haxix minghajr licenza minghand id-Direttur:
Izda licenza mahruga mid-Direttur skond dan ir-
regolament ma tehlisx lil min jehodha mill-htiega ta’ xi licenza
skond xi ligi ohra.
(2) Il-licenza tkun tiswa sal-31 ta’ Dicembru tas-sena li fiha
tkun inghatat u wara tkun tista’ tiggedded minn sena ghal sena:
Izda ebda tigdid bhal dan ma ghandu jsir wara l-31 ta’
Marzu tas-sena li ghaliha t-tigdid jirriferixxi,izda tista’ tinghata
licenza gdida wara dik id-data.
(3) Id-dritt li jithallas ghall-hrug u ghal kull tigdid tal-licenza
ta’ pitkal ghandu jkun ta’ ghoxrin lira, u d-dritt li jithallas ghall-
hrug u kull tigdid tal-permess ta’ dhul ta’ pitkal ghandu jkun ta’
tliet liri.
(4) Id-dritt li jithallas ghall-hrug tal-licenza ta’ bejjiegh tal-
haxix ghandu jkun ta’ tnax-il centezmu u hames millezmi, u d-dritt
li jithallas ghal kull tigdid taghha jkun ta’ hames centezmi, bla ma
jitqies il-hlas ghall-pjanca tan-numru preskritta fir-regolament
10(3).
Restrizzjonijiet fil-
bejgh ta’ prodotti 
tal-biedja.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1966;
A.L. 64 ta’ l-1972.
6. Ebda persuna jew korp ta’ nies barra minn pitkal, bidwi
jew ghaqda ma jistghu jbighu jew jiddisponu xort’ohra minn
prodotti tal-biedja lill-bejjiegh tal-haxix; u ebda bejjiegh tal-haxix
ma jista’ jixtri jew jikseb xort’ohra prodotti tal-biedja hlief
minghand pitkal, bidwi jew ghaqda.
Il-konsenja ghall-
bejgh.
7. Ebda bidwi ma ghandu jikkonsenja ghall-bejgh f’centru
tal-bejgh prodotti tal-biedja f’dugh hlief jekk il-prodott li jidher fil-
wicc ta’ dan id-dugh ikun kampjun tajjeb ta’ kull ma jinsab fid-
dugh.
Restrizzjonijiet fil-
hidma kummercjali 
tal-pitkali.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 25 ta’ l-1975.
8. Ebda pitkal ma ghandu -
(a) jaghmilha ta’ sensal jew irkantatur barra mil-limiti tac-
centri tal-bejgh; jew
(b) jixtri prodotti tal-biedja sabiex jerga’ ibighhom akkont
tieghu nnifsu; jew
(c) izomm ghal aktar minn erbgha u ghoxrin siegha
prodotti tal-biedja li jgib ghall-bejgh, bla ma
johroghom ghall-bejgh; jew
(d) jirrifjuta li izomm ghall-bejgh prodotti tal-biedja:
Izda meta pitkal juri ghas-sodisfazzjon tad-Direttur
jew rapprezentant tieghu illi bidwi jew bdiewa
specifikati minnu ghax riedu u ghal kemm-il darba u
BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA g L.S.117.04 3
konsistentement ikkonsenjaw ghall-bejgh prodotti tal-
biedja mhux inqeghdin f’dugh skond ma jitlob ir-
regolament 7, dak il-pitkal ikun jista’ jirrifjuta, ghal
dak iz-zmien li jkun ordnat mid-Direttur, li jbigh il-
prodotti tal-biedja ta’ dak il-bidwi jew bdiewa; jew
(e) ibigh prodotti tal-biedja hlief b’irkant pubbliku li
ghandu jsir skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
12; jew
(f) jitlob, izomm jew jilqa’ minghand xi bidwi,
direttament jew indirettament, xi kummissjoni jew xi
hlas dwar il-bejgh tal-prodotti tal-biedja; jew
(g) jithallas tal-prodotti tal-biedja mibjughin minnu; jew
(h) minghajr permess specjali bil-miktub tad-Direttur,
ibigh jew izomm ghall-bejgh fil-limiti ta’ centru tal-
bejgh kif inghad qabel, frott jew hxejjex importati.
Regoli li jghoddu 
ghac-centri tal-
bejgh.
Emendat:
N.G. 559 ta’ l-
1957;
A.L. 121 ta’ l-
1981.
9. (1) Ebda persuna jew persuni ma jistghu jixtru jew ibighu
prodotti tal-biedja minn centru tal-bejgh hlief f’irkant pubbliku.
(2) Ebda persuna li tkun xtrat prodotti tal-biedja minn centru
tal-bejgh ma ghandha ggorr jew iggieghel li jingarru dawn il-
prodotti mill-post fejn isir l-irkant qabel ma tiehu kont jew kontijiet
tax-xiri u qabel ma thallas tal-prodotti tal-biedja mixtrijin minnha.
Dan il-kont jew kontijiet tax-xiri ghandhom jirregistraw l-isem tax-
xerrej, ix-xorta tal-prodotti tal-biedja, l-uzin jew kwantita  taghha,
il-prezz tax-xiri ta’ kull sehem ta’ uzin jew kwantita  u l-ammont
kollu mhallas.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jispecifika -
(a) liema dugh standardizzati jkunu gew approvati ghal
uzu f’centri tal-bejgh; u
(b) liema prodott tal-biedja li jidhol jew johrog mic-centri
tal-bejgh ghandu jingarr biss fl-imsemmija dugh
standardizzati.
(4) Kull persuna li volontarjament tkisser, taghmel hsara jew
teqred dugh standardizzat specifikat fis-subregolament (3)(a) jew li
tuza xi dugh bhal dak ghal xi ghan barra minn dak li jitqieghed fih
prodott tal-biedja, tkun hatja ta’ reat.
Restrizzjonijiet tal-
hidma kummercjali 
tal-bejjiegha tal-
haxix.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1959;
A.L. 63 ta’ l-1982.
10. (1) Ebda bejjiegh tal-haxix ma ghandu -
(a) ibigh lil pitkal prodotti tal-biedja barra minn prodotti
tal-biedja mkabbrin mill-bejjiegh tal-haxix nnifsu; jew
(b) ibigh, jew jixtri prodotti tal-biedja minghand bejjiegh
tal-haxix iehor; jew
(c) ibigh prodotti tal-biedja hlief bl-imnut lill-
konsumaturi bona fidi; jew
(d) izomm milli jqieghed ghall-bejgh prodotti tal-biedja li
jkollu fil-pussess tieghu; jew
(e) jixtri prodotti tal-biedja jekk ma jinghatalux kont tax-
xiri li juri d-dettalji kollha specifikati fir-regolament
9(2).
4 L.S.117.04 h BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
Kap. 117.
(2) Kull bejjiegh tal-haxix ghandu juri, meta jkun mitlub, lid-
Direttur jew lir-rapprezentant tieghu jew lil kull spettur nominat
skond dawn ir-Regolamenti jew lil kull membru tal-Korp tal-
Pulizija, jew lil kull persuna mahtura skond l-artikolu 4 ta’ l-Att
dwar is-Servizzi u l-Provvisti, jew lil kull membru ta’ xi korp ta’
persuni mahtur ghall-iskop, il-kont jew kontijiet tax-xiri li
jkollhom x’jaqsmu mal-prodotti tal-biedja meta akkwistahom
mqeghdin ghall-bejgh.
(3) Kull bejjiegh fit-triq tal-haxix, waqt li jkun qieghed
jahdem ghandu jqieghed, fejn tidher sewwa fil-post tan-negozju
tieghu, pjanca tan-numru li ghandha tinkiseb bil-hlas mid-
Dipartiment tal-Biedja.
Applikabbilta  tar-
regolamenti ghall-
bajd.
Mizjud:
A.L. 29 ta’ l-1974.
11. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 10 ghandhom japplikaw
ghall-bajd lokali l-istess kif japplikaw ghal prodotti tal-biedja.
Regoli li jghoddu 
ghall-bejgh 
f’irkant f’centri 
tal-bejgh.
12. Fil-bejgh f’irkant pubbliku fic-centri tal-bejgh japplikaw
ir-regoli li gejjin:
(a) il-hinijiet sewwa meta ghandu jsir il-bejgh bl-irkant
ghandhom ikunu avzati mid-Direttur kull tant zmien u
jistghu jkunu differenti ghac-centri differenti tal-
bejgh;
(b) kull offerta milqugha bhala offerta finali minn dak li
jkun qed imexxi l-irkant f’isem ghaqda jew pitkal
ghandha tkun imhabbra b’lehen gholi hekk illi kull
min ikun hemm ikun jista’ jisimghu. L-offerti finali
ma jitqisux jiswew kemm-il darba ma jkunux
imhabbrin hekk. Kull min jidhirlu li l-offerta mhix
valida ghandu jaghmel protesta fil-hin li tkun
imhabbra din l-offerta finali;
(c) ghandhom jintuzaw biss l-uzin u l-kejl ufficjalment
accettati.
Notamenti li jridu 
jinzammu mill-
pitkal.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-1966;
A.L. 63 ta’ l-1982.
Kap. 117.
13. (1) Kull pitkal ghandu izomm notament tat-
transazzjonijiet maghmulin minnu, fuq formula jew ktieb, li jkun
ordnat u approvat mid-Direttur. Dawn in-notamenti ghandhom juru
l-kwantita  u x-xorta tal-prodotti li jaslu ghand il-pitkal minghand
kull bidwi, meta u lil min biegh il-prodotti, u l-prezz li jkun gieb
fil-bejgh. Dan in-notament ghandu jkun lest ghall-ispezzjon meta
jitlob id-Direttur jew xi haddminnu awtorizzat bil-miktub, jew xi
persuna mahtura skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u s-
Servizzi, jew xi membru ta’ xi korp ta’ persuni hekk awtorizzat, li
jkun jista’ ukoll jikkopja min-notament xi estratti li jkun jidhirlu
xierqa.
(2) Kull pitkal jew ir-rapprezentant tieghu ghandu jaghmel
registrazzjoni inizjalata kif imiss fi ktieb ta’ notamenti li jinkiseb
mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li ghandu jinzamm mill-bidwi
sabiex juri n-numru ta’ dugh konsenjati lill-pitkal u ritornat minnu
kif ukoll dak li jkun baqaghlu fid-dati rispettivi.
BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA g L.S.117.04 5
Nomina u dmirijiet 
ta’ skrivani mal-
pitkali.
Emendat:
N.G. 53 ta’ l-1953;
N.G. 431 ta’ l-
1954.
14. Id-Direttur jista’ -
(a) jinnomina skrivani biex johorgu kontijiet u biex jigbru
u jhallsu l-flus kemm lis-sidien kif ukoll lix-xerrejja
tal-prodotti tal-biedja mibjughin minn pitkal;
(b) jordna lill-pitkali sabiex ihallu lil dawn l-iskrivani
jidhlu f’kull bini jew post fejn jinbieghu prodotti tal-
biedja mill-pitkali u jibqghu f’dan il-bini jew post
sabiex jaqdu x-xoghol specifikat fil-paragrafu (a) u
kull xoghol iehor li ghandu x’jaqsam ma’ hekk;
(c) jordna lill-pitkali biex izommu notament ta’ kull
transazzjoni, minnufih kif issir, skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 13 u biex jaghmlu dan
in-notament minnufih disponibbli ghal kull skrivan
imsemmi fil-paragrafu (a);
(d) jigbor dritt ta’ mhux izjed minn sitta punt hamsa fil-
mija li jitnaqqas mill-kontijiet tas-sidien tal-prodotti
ta’ l-agrikoltura mibjughin minn kull pitkal u jhallas
il-flus li jingabru skond dan id-dritt bhala kummissjoni
lill-pitkal li jkun, imnaqqas minnhom l-ammont totali
ta’ kwalunkwe djun li ma ngabrux li jirrizultaw mill-
bejgh maghmul minn dak il-pitkal; u huwa jista’ jhalli
li socjetajiet kooperativi li jigbru u jzommu dritt ta’
mhux izjed minn erbgha punt hamsa tmienja fil-mija li
jitnaqqas mill-kontijiet tas-sidien tal-prodotti ta’ l-
agrikoltura mibjughin minn dawn is-socjetajiet
kooperativi, bla pregudizzju ghall-kummissjoni ta’
tlieta punt sebgha hamsa fil-mija lilhom dovuta jew ta’
kwalunkwe percentagg iehor li l-Gvern jista’ jkun
qieghed ihallashom minn zmien ghal iehor;
(e) juza l-poteri specifikati fil-paragrafi ta’ qabel ta’ dan
ir-regolament dwar il-klassijiet kollha ta’ prodotti tal-
biedja jew ta’ klassijiet ta’ prodotti tal-biedja u mhux
ta’ klassijiet ohra.
Flus li ma ngabrux.
Mizjud:
A.L. 129 ta’ l-
1977.
15. Meta l-ammont ta’ flus li ma ngabrux dovuti minn pitkal
lid-Direttur ikun izjed mill-ammont tal-kummissjoni dovuta lill-
pitkal, id-Direttur jista’ javza lill-pitkal biex ihallas dak l-ammont
ta’ flus fi zmien stabbilit mill-imsemmi Direttur, liema zmien ma
jkunx inqas minn hmistax-il jum, u jekk il-pitkal jonqos li jaghmel
dak il-hlas, id-Direttur jista’ jissospendi l-licenza relattiva sakemm
isir dak il-hlas, izda jekk l-ammont ma jkunx thallas fi zmien tliet
xhur mid-data ta’ dak l-avviz, il-licenza relattiva titqies li giet
revokata, salv id-dritt tad-Direttur li jitlob l-ammont involut.
Lista ta’ l-ismijiet 
ta’ pitkali bil-
licenza.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1975.
16. Id-Direttur ghandu, mhux izjed tard mill-31 ta’ Jannar ta’
kull sena, jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ l-ismijiet tal-pitkali bil-
licenza.
TAQSIMA III
Tifsir.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1968;
A.L. 43 ta’ l-1970.
17. F’din it-Taqsima -
"prodott tal-biedja" tfisser kull prodott li hu mizrugh jew
imkabbar fil-pajjiz minn bidwi jew li jinkiseb minn annimali lokali,
u tfisser ukoll frottijiet, hxejjex u ghalf importati;
6 L.S.117.04 h BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerc;
"negozjant" tfisser kull min jinnegozja jew ghandu x’jaqsam jew
jaghmel kull att ta’ kummerc dwar l-importazzjoni, il-bejgh, tibdil
jew disponiment ta’ prodotti tal-biedja, izda ma tfissirx bidwi jew
min irabbi l-annimali.
L-oghla prezzijiet 
tal-prodotti tal-
biedja.
Emendat:
N.G. 464 ta’ l-
1956;
A.L. 69 ta’ l-1974;
A.L. 63 ta’ l-1982.
18. (1) Id-Direttur jista’, minn zmien ghal zmien, b’ordni fil-
Gazzetta, jiffissa l-oghla prezz li bih kull prodott tal-biedja jista’
jinbiegh.
(2) Il-prezzijiet jistghu jkunu ffissati hekk mid-Direttur billi
juza wiehed iew aktar mill-metodi li gejjin: jiffissa certi prezzijiet
bhala l-oghla, jiffissa l-oghla margini ta’ qligh, jiffissa l-oghla
percentaggi ta’ qligh.
Kap. 117.
(3) Kull negozjant ghandu, jekk ikun hekk mehtieg mid-
Direttur jew minn xi membru tal-Pulizija jew minn xi persuna
nominati skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi
jew minn xi membru ta’ xi korp ta’ persuni hekk nominat
jipproduci meta hekk mitlub biex jigi ezaminat kull ktieb u
dokument li jkunu fil-pussess tieghu u jaghtih kull taghrif f’dik il-
forma u f’dak iz-zmien kif jigi specifikat fit-talba.
(4) Id-Direttur jista’, dwar kull prodott tal-biedja, jimponi
kwalunkwe kundizzjoni kif jidhirlu xieraq dwar il-bejgh, il-
limitazzjoni u l-projbizzjoni tal-bejgh.
Wiri ta’ xorta 
differenti ta’ 
prodotti tal-biedja 
ghall-bejgh u l-
prezz taghhom.
19. (1) Kull negozjant ghandu jqieghed fejn tidher sewwa fil-
post tan-negozju tieghu kull xorta ta’ prodott tal-biedja li jkollu:
Izda jista’, dwar xorta wahda jew izjed, iqieghed kampjun
taghhom.
(2) Il-prodotti tal-biedja jew il-kampjun taghhom li jkunu
murijin ghandhom ikollhom tikketta bil-prezz li bih dik ix-xorta ta’
prodott tal-biedja tinsab ghall-bejgh u l-kwantita  li ghalihom
jghodd il-prezz.
(3) Meta xi xorta ta’ prodott tal-biedja tinzamm fi qfief jew
dugh iehor, it-tikketta ghandha titqieghed fuq kull qoffa jew dugh.
(4) Ic-cifra jew cifri li juru l-prezz fuq dawn it-tikketti
ghandhom ikunu stampati b’mod car, jew miktubin kbar, bil-linka
sewda fuq sfond car u ghandhom ikunu mill-inqas tlieta punt sitta
centimetri kbar minbarra l-figura ta’ zewg millezmi li ghandha
mill-inqas tkun tlieta punt hamsa centimetri gholja.
(5) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jehles lil
negozjant wiehed jew aktar jew klassi wahda jew aktar ta’
negozjanti b’mod generali jew ghal xorta ta’ prodotti tal-biedja
specifikati minnu, mill-obbligi msemmija fis-subregolamenti (1) u
(2).
Il-prezzijiet 
immarkati ma 
ghandhomx ikunu 
oghla mill-oghla 
prezz stabbilit.
20. Meta ikun hemm stabbilit l-oghla prezz tal-bejgh skond ir-
regolament 18, il-prezz li jkun hemm fuq it-tikketta msemmija fir-
regolament 19 ma ghandux ikun oghla mill-prezz stabbilit hekk.
Trekkin ta’ 
prodotti tal-biedja.
21. In-negozjant li jkollu hazniet ta’ prodotti tal-biedja li huwa
ma jqeghidx ghall-bejgh fil-post tan-negozju tieghu jew ma jahzinx
hemm fi kwantitajiet li jkunu bizzejjed biex ilahhqu mal-htigiet tal-
BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA g L.S.117.04 7
gurnata, jitqies li jkun qieghed irekken jew jirrifjuta li jbigh, u jkun
hati ta’ reat.
Projbizzjoni ta’ xiri 
minghand nies 
mhux maghzula.
22. Ebda negozjant ma ghandu jixtri prodotti tal-biedja
minghand nies li ma jafhomx.
Projbizzjoni ta’ 
rifjut ta’ bejgh 
minghajr raguni 
tajba,
23. Ebda negozjant li jbigh prodotti tal-biedja bl-ingrossa ma
ghandu, minghajr raguni tajba, jirrifjuta li jbigh f’kwantitajiet
ragjonevoli lil kull persuna li tinnegozja bl-imnut prodotti tal-
biedja mehtiega ghall-kummerc taghha, u ebda negozjant bl-imnut
ma ghandu, minghajr raguni tajba, jirrifjuta li jbigh lil kull
konsumatur prodotti tal-biedja bi kwantitajiet li ragjonevolment
ikunu mehtiega ghall-uzu u konsum normali tal-konsumatur jew
tad-dar tieghu jew ta’ l-istabbiliment tieghu:
Izda ebda haga f’dan ir-regolament ma zzomm lill-
konsumaturi li jixtru direttament minghand negozjant li jbigh bl-
ingrossa.
Projbizzjoni ta’ 
kundizzjonijiet 
minbarra l-prezz.
24. Ebda negozjant ma ghandu, meta jbigh jew joffri ghall-
bejgh prodotti tal-biedja, jimponi xi kundizzjoni dwar dak il-bejgh,
hlief illi jitlob il-prezz xieraq.
Gheluq bla raguni 
ta’ post tan-
negozju.
25. Kull negozjant li jaghlaq il-post tan-negozju tieghu
minghajr raguni tajba jitqies li jkun qieghed jirrifjuta li jbigh u jkun
hati ta’ reat.
Bejgh bi prezzijiet 
mhux xierqa.
26. (1) Hadd ma ghandu jimmarka, joffri ghall-bejgh jew
jbigh jew jittanta li jbigh xi prodotti tal-biedja bi prezz mhux xieraq
meta ma jkunx hemm iffissat l-oghla prezz jew izjed mill-oghla
prezz iffissat dwar dawk il-prodotti tal-biedja.
(2) Kull qligh li jaqbez il-limiti jew percentagg tal-qligh
permess skond dawn ir-Regolamenti ghandu konkluzivament jitqies
li jaghmel il-prezz li jithallas prezz zejjed.
Sospensjoni tal-
licenza tan-
negozjanti.
27. (1) In-negozjant li l-licenza tieghu tkun giet sospiza ma
jkunx jista’ jinnegozja, sew b’mod generali jew sa dak il-limitub li
jigi specfikat fl-ordni tas-sospensjoni.
(2) L-isem tan-negozjant li l-licenza tieghu tkun giet sospiza
ghandu jkun ippublikat fil-Gazzetta u f’gurnali lokali u ghandu
jitwahhal mal-bieb tal-post tan-negozju tieghu avviz fis-sens illi l-
licenza tieghu giet sospiza u jinghataw r-ragunijiet ta’ dik is-
sospensjoni.
(3) Hadd ma jkun jista’ jnehhi, jghatti, ibiddel jew inkella
jisfigura l-avviz imwahhal b’ordni tad-Direttur.
(4) Hadd ma ghandu, direttament jew indirettament, ifornixxi
lin-negozjant, li l-licenza tieghu tkun giet sospiza, xi prodotti tal-
biedja hlief ghall-uzu personali ta’ dak in-negozjant u l-familja
tieghu.
TAQSIMA IV
Pieni ghal reati 
kontra dawn ir-
regolamenti.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-1970;
A.L. 21 ta’ l-1973;
A.L. 63 ta’ l-1982.
28. (1) Kull min jikser jew jonqos milli joqghod ghal kull
wiehed minn dawn ir-regolamenti jkun hati ta’ reat.
(2) Kull persuna hatja ta’ reat kontra xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, barra mid-
disposizzjonijiet li jinsabu fir-regolament 8(f) u (g), fir-regolament
8 L.S.117.04 h BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
9(2), fir-regolament 10, fir-regolament 13(1), fir-regolamenti 18 sa
27, tista’ tehel -
(a) meta tinsab hatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn hames liri u mhux izjed minn hamsa u ghoxrin
lira;
(b) meta tinsab hatja t-tieni darba multa ta’ mhux inqas
minn hamsa u ghoxrin lira u mhux izjed minn hamsin
lira, hekk izda li jekk it-tieni reat isir fi zmien tnax-il
xahar minn meta tinsab hatja l-ewwel darba, min
jaghmel ir-reat jista’ jehel il-pieni li jinsabu fil-
paragrafu (c) ta’ dan is-sub-regolament;
(c) meta tinsab hatja t-tielet darba u wara, multa ta’ mhux
inqas minn hamsin lira izda mhux izjed minn mitt lira
u s-sospensjoni tal-licenza taghha ghal perijodu ta’
mhux inqas minn xahar, izda mhux izjed minn sitt
xhur.
(3) Kull persuna hatja ta’ reat kontra d-disposizzjonijiet li
jinsabu fir-regolament 8(f) u (g), fir-regolament 9(2), fir-
regolament 10, fir-regolament 13(1), fir-regolamenti 18 sa 27, tista’
tehel -
(a) meta tinsab hatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn hamsin lira izda mhux izjed minn mitejn u
hamsin lira;
(b) meta tinsab hatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira izda mhux izjed minn hames mitt lira
hekk izda li meta t-tieni reat isir fi zmien tnax-il xahar
minn meta tinsab hatja l-ewwel darba min jaghmel ir-
reat ikun jista’ jehel il-pieni li jinsabu fil-paragrafu (c)
ta’ dan is-sub-regolament;
(c) meta tinsab hatja darb’ohra, multa ta’ elf lira:
Izda meta r-reat ikun wiehed fejn il-kont jew dokument
iehor murija jew prodotti ghal ezami kif mehtieg bir-regolament
10(2), bir-regolament 13(1) jew bir-regolament 18(3) jkunu foloz
jew qarrieqa jew ma jaghtux il-fatti veri f’xi haga sostanzjali, il-
persuna li turihom jew tipproducihom u kull persuna responsabbli
ghal dak il-kont jew dokument jew ghal dik il-kitba falza, qarrieqa
jew mhux vera fihom, jew ikun ta informazzjoni skorretta jew
qarrieqa kif provdut fir-regolament 18(3), il-qorti tista’, u fuq it-
talba tal-prosekuzzjoni ghandha, b’zieda ma’ kull piena ohra
tikkundanna lil min jaghmel ir-reat ghal prigunerija ghal zmien ta’
mhux inqas minn ghaxart ijiem u mhux izjed minn sitt xhur.
(4) B’zieda mal-pieni stabbiliti fis-subregolament (3) ta’ dan
ir-regolament, il-qorti ghandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni -
(a) meta ssib lill-akkuzat hati t-tieni darba, tordna s-
sospensjoni tal-licenza ghal perijodu ta’ mhux inqas
minn gimgha u mhux izjed minn tlett xhur; u
(b) meta ssib lill-akkuzat hati ghal darb’ohra tordna t-
thassir ta’ kull licenza tieghu li jkollha x’taqsam ma’
xi kummerc jew negozju u ta’ kull licenza li jkollha
x’taqsam mal-post li ghalih jirreferi r-reat.
BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA g L.S.117.04 9
(5) Ir-reati kollha kontra dawn ir-Regolamenti ghandhom
jitqiesu bhala kontravvenzjonijiet:
Izda l-procedimenti ghal dawn ir-reati jistghu jinbdew
f’kull zmien sa sena minn meta jkun sar ir-reat.
(6) Kull meta l-qorti ssib li sar reat hija tista’ tordna l-konfiska
ta’ l-oggetti li dwarhom ikun sar ir-reat u dawn l-oggetti jehodhom
il-Gvern.
(7) Is-sospensjoni tal-licenza ordnata mill-qorti ghandha tibda
b’effet minn dik id-data, fi zmien tmint ijiem mis-sentenza, li
jispecifika d-Direttur bil-miktub lir-Registratur tal-Qrati jew
verbalment waqt il-procedimenti.
Kap. 446.
ghandhomx japplikaw ghal xi reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti.
(9) Il-qorti li ssib persuna hatja ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti talli bieghet xi prodotti tal-biedja bi prezz mhux
xieraq jew bi prezz oghla mill-oghla prezz ta’ dawk il-prodotti tal-
biedja ghandha, jekk jkun jidhrilha xieraq, tordna lill-hati sabiex
jirrifondi lill-persuna li tkun xtrat dawk il-prodotti tal-biedja dik il-
porzjon tal-prezz imhallas illi l-qorti tiffissa jew dak l-ammont li
kien izjed mill-oghla prezz iffissat mid-Direttur, fi zmien, li ma
jkunx iktar minn xahar, kif il-qorti tippreskrivi, taht il-piena li jehel
mhux inqas minn zewg liri ghal kull gurnata li fiha jonqos milli
joqghod ghall-ordni fiz-zmien iffissat, u bla hsara tal-jedd tal-
persuna li jkollha dritt ghar-rimbors li tigbor l-ammont bi
procedura civili quddiem il-Qorti Civili kompetenti, u ghal dan l-
iskop l-ordni ghar-rimbors maghmul mill-qorti jikkostitwixxi titolu
esekuttiv u jista’ jigi esegwit mill-kreditur wara jumejn minn-
notifika lid-debitur ta’ talba ghall-hlas maghmula b’att gudizzjarju.
(10) Fis-sub-regolamenti (7) u (9) ta’ dan ir-regolament
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd fil-kaz ta’
reat kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ dawn ir-
Regolamenti, jew id-Direttur tal-Kummerc fil-kaz ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet tat-Taqsima III ta’ dawn ir-Regolamenti.
Kap. 249.
Kap. 117.
(11) Meta reat kontra dawn ir-Regolamenti jsir minn individwu
li jagixxi f’isem, jew minflok jew fl-interessi ta’ socjeta  jew
assocjazzjoni jew korp jew grupp iehor ta’ persuni, jew meta
tittiehed azzjoni kontra individwu minhabba r-responsabbilita
tieghu bhala direttur, manager, segretarju jew ufficjal iehor ta’ dak
il-korp, assocjazzjoni jew grupp kif provdut fl-artikolu 13 ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, jew minhabba xi responsabbilta  skond l-
artikolu 10 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi, u jirrizulta li tkun
saret xi haga li tammonta ghal reat kontra dawn ir-Regolamenti, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar is-sospensjoni jew il-
kancellament ta’ xi licenza ta’ min jaghmel ir-reat jew minn xi
persuna ohra kif intqal qabel, ghandhom japplikaw ukoll ghal kull
licenza mizmuma minn jew f’isem, jew minflok jew fl-interess tas-
socjeta , assocjazzjoni jew korp jew grupp iehor ta’ persuni li tieghu
min jaghmel ir-reat jew il-persuna l-ohra kif intqal qabel tkun
direttur, manager, segretarju jew ufficjal iehor jew li f’ismu jew fl-
interessi tieghu jew minfloku dik il-persuna kienet qed tagixxi, u
10 L.S.117.04 h BEJGH TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
dik il-licenza tkun bl-istess mod sospiza jew imhassra.
Negozjant ikun 
responsabbli ghal 
reati maghmula 
minn impjegati, 
ecc.
Mizjud:
A.L. 63 ta’ l-1982.
29. Kull negozjant kif imfisser fit-Taqsima III ta’ dawn ir-
Regolamenti ghandu jiehu dawk il-passi kollha li huma mehtiega
sabiex jizgura li d-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-Regolamenti
jigu osservati; u anke meta kull kontravvenzjoni tista’ tigi
attribwita lil xi persuna fl-impieg ta’ dak in-negozjant jew bis-
sahha ta’ xi eghmil jew funzjoni awtorizzata jew bil-permess tan-
negozjant, dak in-negozjant ikun ukoll hati ta’ dak ir-reat sakemm
ma jippruvax li jkun ha dawk il-passi kollha necessarji biex dak ir-
reat ma jsirx.
