KONTROLL TAL-BEJGH TA’ BHEJJEM 
GHALL-QATLA U TA’ CANGA g L.S.117.27 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.27
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGH 
TA’ BHEJJEM GHALL-QATLA U TA’ CANGA
20 ta’ April, 1990
AVVIZ LEGALI 60 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviz Legali 75 ta’ l-
1990.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgh ta’ Bhejjem ghall-Qatla u ta’ Canga.
Tifsir.
taghhom -
"bejgh" tfisser kull tnehhija li ssir taht xi titolu oneruz jew
gratuwitu;
"bejjiegh bl-imnut" tfisser kull persuna li tixtri canga ghall-bejgh
bl-imnut;
"bejjiegh bl-ingrossa" tfisser kull persuna li tixtri bhejjem ghall-
qatla u/jew canga u tbieghhom lil terzi persuni;
"bhejjem" tfisser gniedes, baqar, barrin, bufli, ghogliet u erhiet;
"canga" tfisser il-laham ta’ bhejjem maqtula;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd;
"manifattur" tfisser kull persuna li tipprocessa bhejjem maqtula
f’canga ghad-disponiment lil terzi persuni;
"produttur" tfisser kull persuna li zzomm, trabbi jew thaxxen
bhejjem ghall-qatla biex tiddisponi minnhom;
"xiri" tfisser kull akkwist li jsir taht xi titolu oneruz jew titolu
gratuwitu.
L-inqas prezzijiet 
jigu stabbiliti.
3. Id-Direttur jista’ minn zmien ghal zmien b’ordni fil-
Gazzetta jistabbilixxi l-inqas prezzijiet li bejjiegha bl-ingrossa,
bejjiegha bl-imnut, u manifatturi jistghu jixtru bhejjem ghall-qatla
u/jew canga minghand xi produttur u jispecifika l-kundizzjonijiet li
tahthom dawk il-prezzijiet ghandhom japplikaw.
Licenzi.
Sostitwit:
A.L. 75 ta’ l-1990.
4. (1) Ebda persuna ma tista’ tahdem ta’ bejjiegh bl-ingrossa
jekk ma jkollhiex licenza mahruga mid-Direttur li tawtorizzaha
ghal hekk.
(2) Kull licenza tibqa’ valida ghall-perijodu li ghalih tkun
mahruga jew imgedda, jew sakemm tigi rtirata mid-Direttur, skond
liema tkun l-ewwel data; u jekk ebda perijodu ma jissemma’ fil-
licenza jew f’xi tigdid taghha, din tiskadi, sakemm ma tigix qabel
ritirata kif intqal qabel, eghluq il-31 ta’ Dicembru tas-sena tal-hrug
jew tigdid taghha.
(3) Id-Direttur jista’, fil-hrug ta’ licenza jissuggetta dik il-
licenza ghal kull kundizzjoni jew kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(4) Id-Direttur ikollu l-jedd f’kull zmien li jirtira kull licenza
mahruga skond dawn ir-Regolamenti, u b’mod partikolari jekk ikun
2 L.S.117.27 h
KONTROLL TAL-BEJGH TA’ BHEJJEM 
GHALL-QATLA U TA’ CANGA
sodisfatt li xi wahda mill-kundizzjonijiet tal-licenza ma tkunx giet
osservata.
(5) Licenza mahruga mid-Direttur skond dawn ir-Regolamenti
ma tezentax lid-detentur mill-htiega li jkollu xi licenza ohra skond
xi ligi ohra.
Drittijiet. 5. Id-dritt fis-sena li ghandu jithallas ghall-ewwel hrug ta’
licenza ta’ bejjiegh bl-ingrossa ghandu jkun ta’ hames liri, u d-dritt
fis-sena li ghandu jithallas ghal kull tigdid ta’ dik il-licenza ghandu
jkun ta’ tlett liri.
Ricevuta tinghata 
mal-bejgh, ecc.
6. (1) Kull bejgh jew xiri ta’ bhejjem ghall-qatla u/jew canga
minn produttur, bejjiegh bl-ingrossa, bejjiegh bl-imnut jew
manifattur ghandu jsir b’kont b’ricevuta xierqa li ghandu jigi muri
fuq talba lid-direttur jew lil kull persuna ohra awtorizzata li tagixxi
minfloku.
(2) Ebda kont b’ricevuta kif intqal qabel ma ghandu jigi
distrutt qabel ma jghaddu tnax-il xahar mid-data tax-xiri jew bejgh
relattiv.
Pieni.  7. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti jew xi ordni maghmul bis-sahha taghhom
tkun hatja ta’ reat u tehel -
(a) meta tinsab hatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn hamsin lira u mhux izjed minn tliet mitt lira, u
(b) meta tinsab hatja t-tieni darba jew wara, prigunerija
ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur u multa ta’
mhux inqas minn mitt lira izda mhux izjed minn tliet
mitt lira, u l-qorti ghandha, fuq talba tal-
prosekuzzjoni, tissospendi ghal perijodu ta’ mhux
izjed minn sitt xhur kull licenza mizmuma minn min
jaghmel ir-reat dwar it-transazzjoni li hu jkun ghamel.
