EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.43
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA CEKA
6 ta’ Gunju, 1997
L-AVVIZ LEGALI 228 ta’ l-1997.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Ceka.
Arrangamenti 
jkollhom sehh.
2. Qieghed jigi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni gew maghmula mal-Gvern
tar-Repubblika Ceka sabiex jinghata helsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li gejjin stabbiliti bil-ligijiet
tar-Repubblika Ceka:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni guridici;
(iii) it-taxxa fuq il-proprjeta  immobbli;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
SKEDA
FTEHIM 
BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA CEKA
GHALL-HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIGI EVITATA EVAZJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U FUQ IL-KAPITAL
Malta u r-Repubblika Ceka, billi jixtiequ jaghmlu Ftehim ghall-helsien minn
taxxa doppja u biex tigi evitata evazjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income u fuq il-
kapital, ftehmu kif gej:
ARTIKOLU 1
Ghan Personali
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li huma residenti ta’ wiehed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
l. Dan il-Ftehim ghandu japplika ghat-taxxi fuq l-income u fuq il-kapital
imposti f’isem Stat Kontraenti jew l-oqsma politici jew awtoritajiet lokali tieghu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jingabru.
2. Ghandhom jitqiesu bhala taxxi fuq l-income u fuq il-kapital dawk it-taxxi
kollha li jigu imposti fuq income totali, fuq il-kapital totali, jew fuq elementi ta’
income jew ta’ kapital inkluzi taxxi fuq kull qligh li jsir mit-trasferiment ta’
proprjeta  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mhallsa minn imprizi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament kapitali.
3. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika l-Ftehim huma:
(a) fir-Repubblika Ceka:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni guridici;
(iii) it-taxxa fuq il-proprjeta  immobbli;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa Ceka");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa bhalhom jew li
sostanzjalment tixbahhom li tigi imposta wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim
b’zieda ma’, jew minflok, it-taxxi ezistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-ligijiet
taghhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim ma
japplikax ghal taxxa mhallsa jew li tithallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun tahdem fil-produzzjoni ta’ zejt/petroleum li jigi prodott
f’Malta jew ta’ kull provvediment iehor li jkun sostanzjalment simili u li jigi impost
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 3
wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Generali
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra:
(a) il-frazi "Repubblika Ceka" meta uzata f’sens geografiku, tfisser it-territorju
li fuqu r-Repubblika Ceka taht il-ligijiet Ceki u skond id-dritt internazzjonali, tista’
tezercita d-drittijiet ta’ sovranita  taghha;
(b) il-frazi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-ohra ta’ l-
Arcipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibhra territorjall taghhom, u kull area barra mill-
bahar territorjali ta’ Malta li hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjah, skond il-ligi internazzjonali u taht il-ligi ta’ Malta dwar il-blata
kontinentali, bhala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegh il-bahar u s-sottoswol
u r-rizorsi naturali taghhom jistghu jigu ezercitati;
(c) il-frazi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-iehor" ifissru, skond ma
tehtieg ir-rabta tal-kliem, ir-Repubblika Ceka jew Malta;
(d) il-frazi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp iehor ta’
persuni;
(e) il-frazi "kumpannija" tfisser kull ghaqda korporata jew kull enti li titqies
bhala ghaqda korporata ghall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frazi "impriza ta’ Stat Kontraenti" u "impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor", ifissru rispettivament impriza li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriza li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(g) il-frazi "cittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna guridika, socjeta  jew assocjazzjoni li jiksbu l-istatus taghhom
bhala hekk mil-ligiiiet li jkunu fis-sehh fi Stat Kontraenti;
(h) il-frazi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’ingenji
ta’ l-ajru jew b’vettura fuq l-art imhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, barra
minn meta l-bastiment, l-ingenji ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art ikunu mhaddma biss
bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(i) il-frazi "awtorita  kompetenti" tfisser:
(i) fil-kaz tar-Repubblika Ceka, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(ii) fil-kaz ta’ Malta, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu.
2. Dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frazi li ma tkunx
imfissra fih ghandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx xort’ohra, ikollha
l-istess tifsir kif moghti lilha taht il-ligi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-Ftehim
japplika ghalihom.
4 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, ir-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
bhal din. Izda din il-frazi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suggetta ghat-taxxa f’dak
l-Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-lstat jew ta’ kapital li jkun
jinsab f’dak l-Istat.
2. Fejn minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu l individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istat tieghu ghandu jigi determinat kif gej:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti ghad-disposizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat li mieghu ir-relazzjonijiet
personali u ekonomici tieghu jkunu l-aktar marbuta (centru ta’ interess
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interess vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-disposizzjoni tieghu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti unikament
ta’ l-Istat fejn soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li tieghu jkun
cittadin;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ghandhom jiddeciedu l-kaz bi
ftehim bejniethom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li mu tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti unikament ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post tal-manigg effettiv
taghha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghal kollox jew f’parti x-xoghol ta’ impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" ghandha tinkludi b’mod specjali:
(a) post ta’ manigg;
(b) fergha;
(c) ufficcju;
(d) fabbrika;
(e) hanut tax-xoghol; u
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frazi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tkopri wkoll:
(a) art ii tkun qeghda tinbena, progett ta’ kostruzzjoni, assemblagg jew
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 5
stallazzjoni jew attivitajiet supervizorji li ghandhom x’jaqsmu ma’ dan,
izda biss meta dawk l-art, progett jew attivitajiet ikomplu ghal zmien
iktar minn disa’ xhur;
(b) l-ghoti ta’ servizzi, inkluzi servizzi ta’ konsult u manigerjali, minn
impriza permezz ta’ impjegati jew ta’ persunal iehor imhaddma mill-
impriza ghal dan l-ghan, izda biss meta attivitajiet ta’ dik ix-xorta
jkomplu gewwa Stat Kontraenti ghal perijodu jew perijodi li b’kollox
jammontaw ghal iktar minn sitt xhur f’perijodu wiehed ta’ tnax il-xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
"stabbiliment permanenti" ghandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop biss ta’ hazna, wiri jew tqassim ta’
oggetti jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) it-tizmim ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’ l-
impriza ghall-iskop biss ta’ hazna, wiri jew tqassim;
(c) it-tizmim ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’ l-
impriza ghall-iskop biss ta’ processar minn impriza ohra;
(d) it-tizmim ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop biss ta’ xiri ta’ oggetti jew
merkanzija, jew ta’ gbir ta’ taghrif, ghall-impriza;
(e) it-tizmim ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop biss ta’ reklamar, ghat-
twassil ta’ informazzjoni, ghal ricerka xjentifika jew ghal kull attivita
bhalhom ta’ xorta preparatorja jew awziljarja, ghall-impriza; u
(f) it-tizmim ta’ post fiss ta’ negozju biss ghal xi kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e), sakemm l-attivita
shiha tal-post fiss ta’ negozju li tirrizulta minn din il-kombinazzjoni
tkun ta’ xorta preparatorja jew awziljarja.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent ta’ status indipendenti li ghaliha japplika l-paragrafu 6 - tagixxi ghan-nom ta’
impriza u ghandha, u soltu twettaq, fi Stat Kontraenti awtorita  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriza, dik l-impriza ghandha titqies li ghandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attivita  li dik il-persuna taghmel ghall-impriza,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati ghal dawk imsemmija fil-
paragrafu 4 li, jekk jigu ezercitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-
post tan-negozju fiss stabbiliment permanenti taht id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
6. Impriza ta’ Stat Kontraenti ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor ghaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat iehor
permezz ta’ sensal, agent generali b’kummissjoni jew xi agent iehor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jagixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
taghhom. lzda, sakemm l-attivitajiet ta’ dak l-agent ikunu qeghdin jitwettqu ghal
kollox jew kwazi ghal kollox ghal dik l-impriza, huwa ma ghandux jitqies bhala
agent ta’ status indipendenti fis-sens ta’ dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija ll tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla, jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’ohra), ma ghandux fih innifsu jikkostitwixxi xi wahda mill-kumpanniji bhala
stabbiliment permanenti ta’ l-ohra.
6 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjeta  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobiljari (inkluz income minn xoghol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) stiwata fl-
Istat Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Il-frazi "proprjeta  immobiljari" ghandu jkollha l-istess tifsir li ghandha taht
il-ligi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjeta  li tkun hija sitwata. Il-frazi ghandha
f’kull kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobiljari, bhejjem u
taghmir uzati fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li ghalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-ligi generali dwar proprjeta  terrena, uzufrutt ta’ proprjeta
immobiljari u drittijiet ghal hlasijiet li jvarjaw jew fissi bhala kumpens ghall-hdim
ta’, jew, ghall-jedd li jinhadmu, jew li jigu esplorati, depoziti minerali, ghejjun u
rizorsi ohra naturali; bastimenti u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx jitqiesu bhala
proprjeta  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom japplikaw ghal income li
jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghal
income minn proprjeta  immobiljari ta’ impriza u ghal income minn proprjeta
immobiljari li tkun uzata ghall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
l. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu taxxabbli f’dak I-
Istat biss kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriza jistghu jigu ntaxxati fl-Istat
l-iehor izda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom jigu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jaghmel kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew
ohrajn bhalhom taht l-istess kundizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghal kollox mill-impriza li taghha hija stabbiliment permanenti
jew minn imprizi assocjati ohra li tkun tittratta maghhom.
3. Biex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
perrnanenti, maghduda l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jsiru, u li
jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment permanenti kien enti indipendenti li jkun
hallas dawk l-ispejjez, sew jekk ikunu saru fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemn l-
istabbiliment permanenti sew jekk ikunu saru band’ohra.
4. Fil-qies li jkun hekk konswetudinarju li Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-
profitti attribwibbli lil stabbiliment permanenti fuq il-bazi tat-tqassim tal-profitti
kollha ta’ l-impriza lill-ishma diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 2 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi x’ikunu l-profitti li ghandhom
jigu intaxxati b’dak it-tqassim kif jista’ jkun konswetudinarju; il-mod ta’ tqassim li
jigi adottat ghandu, madankollu, ikun wiehed tali li r-rizultat ikun skond il-principji
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 7
li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ma ghandhom jigu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minhahba x-xiri biss minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew merkanzija
ghall-impriza.
6. Ghall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-protitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess mod minn sena ghal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u bizzejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oggetti ta’ income li qed jigu trattati separatament
f’Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’ghandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-ligi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti mill-
kummerc ta’ l-assigurazzjoni.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti, ingenji
ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll ghal profitti gejjin mill-
partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Imprizi Assocjati
1. Meta -
(a) impriza ta’ Stat Kor;tracnti tippartecipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, jew
(b) l-istess persuni jippartecipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-lstat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz jigu maghmula jew imposti kundizzjonijict bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz profitti li, kieku ma
kinux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kundizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-lstat l-iehor u l-profitti hekk maghduda jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet maghmula
bejn iz-zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti, allura
dak l-Istat l-iehor ghandu jaghmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jigi stabbilit it-tibdil, ghandu jittiehed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti ghandhom jekk ihossu l-bzonn jikkonsultaw lil xulxin.
3. Stat Kontraenti m’ghandux jibdel il-profitti ta’ impriza fic-cirkostanzi
8 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
msemmija fil-paragrafu 2 wara li jkunu skadew it-termini statutorji provduti fil-
ligijiet nazzjonali tieghu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 m’ghandhomx ikunu japplikaw fil-kaz
ta’ frodi, nuqqas volontarju jew negligenza.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Izda, dawk id-dividendi jistghu jigu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tieghu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-ligijiet ta’
dak l-Istat, izda:
(a) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija residenti tar-Repubblika
Ceka lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi, it-
taxxa Ceka hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed minn hamsa fil-mija
ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti tar-Repubblika Ceka li jkun is-sid beneficjarju taghhom, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’ghandhiex tkun
izjed minn dik fuq il-profitti li minnhom jihallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni tal-kumpannija ghar-rigward tal-
profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
3. Il-frazi "dividendi" kif uzata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, jew drittijiet ohra, li ma jkunux talbiet ghal dejn, li jippartecipaw fil-
profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi ohra li huwa meqjus ghall-fini
tat-taxxa l-istess bhal income minn azzjonijiet skond il-ligijiet ta’ l-Istat li fih tkun
residenti l-kumpannija li taghmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor, li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-iehor servizz personali indipendenti minn bazi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilit. F’dak il-kaz id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz, ghandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija hlief meta dividendi bhal dawn jithallsu lil
residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew safejn il-holding li dwaru jithallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bazi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-iehor, jew jissuggetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
ghal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mhallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat l-iehor.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 9
ARTIKOLU 11
Imghax
1. Imghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jkun taxxabbli f’dak l-Istat l-iehor biss, jekk dak ir-
residenti jkun is-sid beneficjarju ta’ dak l-imghax.
2. Il-frazi "imghax" kif uzata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
ghal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jaghti l-jedd ghal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inkluz kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures. Dawk
il-penali li jigu imposti minhabba fi hlas tardiv ma ghandhomx jitqiesu bhala imghax
ghall-ghanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-iehor minn bazi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt ghal dejn li dwaru
jithallas l-imghax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bazi stabbilit. F’dak il-kaz id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 14, skond il-
kaz, ghandhom japplikaw.
4. Meta, minhabba relazzjoni specjali bejn min ihallas u min jircievi li jkun s-
sid beneficjarju jew bejniethom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l-imghax,
meta titqies xi tkun il-pretensjoni dovuta li jkun qed jithallas ghaliha, ikun izjed
mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min ihallas u min jircievi fin-nuqqas ta’ dik
ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-
ammont l-ahhar imsemmi. F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli
skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-
ohra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u li jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. B’dan illi, dawn ir-royalties jistghu jigu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
fih jinqalghu, u skond il-ligijiet ta’ l-Istat, izda jekk is-sid beneficjarju tar-royalties
ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, it-taxxa hekk imposta ma ghandhiex tkun
izjed minn hamsa fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frazi "royalties" ghall-iskop ta’ dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta ricevuti bhala kumpens ghall-uzu, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ xi dritt ta’ awtur
ta’ xoghol letterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici, u films
jew tapes ghax-xandir bit-televizjoni jew bir-radju, ta’ xi invenzjoni, trade mark,
disinn jew mudell, pjan, formula jew process sigriet, jew xi taghmir industrijali,
kummercjali jew xjentifiku, jew ghal taghrif dwar esperjenza industrijali,
kummercjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties jinqalghu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-iehor
servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
10 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
proprjeta  li dwarha jithallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bazi stabbilit. F’dak il-kaz id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz, ghandhom
japplikaw.
5. Royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu fi Stat Kontraenti meta min
ihallashom ikun dak l-Istat innifsu, qasam politiku, awtorita  lokali jew residenti ta’
dak l-Istat. Meta, izda, il-persuna li thallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’
Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew
bazi stabbilit li dwaru jkun ittiehed l-obbligu li jithallsu r-royalties u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbilta  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilit,
allura dawk ir-royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu fl-Istat Kontraenti li fih ikun
qieghed l-istabbiliment permanenti jew il-bazi stabbilit.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejniethom stess u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-uzu, l-jedd jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-
ammont l-ahhar imsemmi. F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlasijiet ghandha tibqa’
taxxabbli skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
ohra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjeta
1. Income jew qligh miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment
ta’ proprjeta  immobbli msemmija fl-Artikolu 6, u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Income jew kull qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmei parti
mill-proprjeta  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal
bazi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak l-income jew qligh mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza
kollha) jew ta’ dik il-bazi fissa, jista’ jigi intaxxat fl-Istat l-iehor.
3. Income jew qligh mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi simili
f’kumpannija, li l-assi taghha jkunu principalment jikkonsistu direttament jew
indirettament fi proprjeta  immobbli ti tkun tinsab fi Stat Kontraenti, jista’ jigi
ntaxxat f’dak l-Istat.
4. Income jew kull qligh mit-trasferiment ta’ bastimenti, ingenji ta’ l-ajru jew
vetturi fuq l-art imhaddma fi traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat
Kontraenti, jew mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li tappartjeni ghat-thaddim ta’
dawk il-bastimenti, ingenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art ghandhom jkun taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Income jew kull qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu ghandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun resident min jittrasferixxi.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 11
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligh miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi professjonali
jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Izda, dak
il-qligh jista’ fic-cirkostanzi li gejjin jigi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor:
(a) jekk ikollu bazi fiss regolari ghad-disposizzjoni tieghu fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghall-qadi ta’ l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz, dik il-
parti biss mill-income tieghu li hu attribwibbli ghal dak il-bazi fiss tista’
tigi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor; jew
(b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal zmien jew
zminijiet li fit-total ikunu jgibu jew jaqbzu l-120 gurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva;
f’dak il-kaz, dik il-parti biss mill-income tieghu li jinkiseb mill-attivita
ezercitata fl-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat l-
iehor.
2. Fil-kalkolazzjoni taz-zminijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 15 ghandhom ikunu japplikaw.
3. Il-frazi "servizzi professjonali" tinkludi specjalment attivitajiet indipendenti
xjentifici, letterarji, artistici, edukattivi jew ta’ taghlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, kirurgi, avukati, inginiera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens iehor bhal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Minkejja d-disposizzjoniliet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ikun
taxxabbli biss fl-lstat l-ewwel imsemmi jekk jitwettqu dawn il-kundizzjonijiet kollha
li gejjin:
(a) min jircevih ikun qieghed fl-Istat l-iehor ghal zmien jew zminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 gurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva, u
(b) il-kumpens ikun imhallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-iehor, u
(c) dak il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti jew bazi
stabbilit li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Fil-kalkolazzjoni taz-zminijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), dawn il-granet
li gejjin ghandhom jigu inkluzi:
(a) dawk il-granet kollha ta’ prezenza fizika inkluzi l-granet tal-wasla u tat-
tluq, u
(b) granet li jitqattghu barra mill-Istat ta’ attivita  bhalma huma s-Sibtijiet u
l-Hdud, vaganzi nazzjonali, vaganzi, vjaggi bi skop ta’ negozju
konnessi li warajhom l-attivita  tkun tkompliet fuq it-territorju ta’ dak l-
Istat.
12 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
4. Il-frazi "principal" imsemmija fil-paragrafu 2(b) tfisser il-persuna li jkollha
jedd fuq il-hidma maghmula u li jkollha r-responsabbilta  u r-riskju marbutin mat-
twettiq tal-hidma.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg ezercitat abbord bastiment, ingenji ta’ l-ajru, jew vettura fuq l-art
imhaddma fi traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi
intaxxat f’dak l-lstat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u hlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tieghu bhala membru tal-bord tad-diretturi jew ta’ xi organu
simili iehor ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu
intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti
tat-teatru, tal-films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew muzicista, jew
bhala atleta, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali ezercitati fl-lstat Kontraenti
l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali ezercitati minn wiehed li jaghti
spettaklu jew atleta bhala hekk jinqala’ mhux minn dak li jaghti spettaklu jew minn
atleta nnifsu imma minn persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jaghti spettaklu jew ta’ l-atleta jigu ezercitati.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, income li jinkiseb mill-
attivitajiet, kif imfissra fil-paragrafu 1, imwettqa fil-kuntest ta’ skambji kulturali
bejn il-Gvernijiet taz-zewg Stati, ikun ezenti mit-taxxa fl-lstat Kontraenti li fih
jitwettqu dawn l-attivitajiet.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni ohra simili li tithallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minhabba f’impieg li kellu qabel ghandhom jigu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imhallsa u
hlasijiet ohra li jinhargu bis-sahha tal-ligijiet tas-sigurta  socjali ta’ Stat Kontraenti
ghandhom jigu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Salarji, pagi u rimunerazzjoni simili ohra, barra minn pensjoni, imhallsa
minn Stat Kontraenti jew minn qasam politiku jew awtorita  lokali tieghu lil xi
individwu dwar servizzi moghtija lil dak l-Istat jew qasam jew awtorita  lokali jistghu
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 13
jigu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) B’dan illi, dawk is-salarji, pagi u rimunerazzjoni simili ohra jkunu jistghu
jigu intaxxati biss fl-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-servizzi jinghataw f’dak l-Istat u
l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) ikun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mhallsa minn, jew li tohrog minn fond mahluq minn Stat
Kontraenti jew qasam politiku jew awtorita  lokali tieghu lil xi individwu dwar
servizzi moghtija lil dak l-Istat jew qasam jew awtorita  tista’ tigi intaxxata biss f’dak
l-Istat.
(b) Izda, dik il-pensjoni tkun tista’ tigi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-iehor
jekk l-individwu jkun residenti u cittadin ta’ dak l-Istat.
3. ld-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 ghandhom japplikaw ghal
salarji, pagi u rimunerazzjoni simili ohra, u ghal pensjonijiet dwar servizzi moghtija
dwar negozju mmexxi minn Stat Kontraenti jew minn qasam politiku jew awtorita
lokali tieghu.
4. Meta jithallsu xi salarji, pagi, u rimunerazzjoni simili ohra bis-sahha ta’
programm ta’ ghajnuna ghall-izvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi
esklussivament provduti minn dak l-Istat lil xi specjalista jew voluntier li jkun
sekondat ghal ma’ l-Istat Kontraenti l-iehor bil-kunsens ta’ dak l-Istat, dik ir-
rimunerazzjoni ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Apprendisti fil-Kummerc
Student jew apprendist fil-kummerc li jkun prezenti fi Stat Kontraenti biss
bil-ghan ta’ l-edukazzjoni jew tat-tahrig tieghu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien
hekk prezenti li kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor ghandu jkun ezenti mit-
taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi dwar hlasijiet li huwa jircievi minn barra minn dak l-
Istat l-ewwel imsemmi ghall-ghanijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew tahrig
tieghu.
ARTIKOLU 21
Income iehor
l. Sorsi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jitnisslu fejn jitnisslu, li ma
jigux trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ghandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak I-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn
bazi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bazi fiss. F’dak
il-kaz, ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-kaz.
14 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
ARTIKOLU 22
Kapital
1. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti fil-proprjeta  immobbli msemmija fl-
Artikolu 6, li tkun proprjeta  ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti u li tkun tinsab fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti fi proprjeta  mobbli u li tkun taghmel sehem
mill-proprjeta  kummercjali ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-iehor jew fi proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi
fissa disponibbli lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jintghamlu servizzi personali indipendenti, jista’ jigi ntaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
3. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti f’bastimenti, ingenji ta’ l-ajru u vetturi fuq
l-art, imhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti fi traffiku internazzjonali u fi
proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghat-thaddim ta’ dawn il-bastimenti, ingenji ta’
l-ajru u vetturi fuq l-art, ghandu jkun intaxxat biss f’dak l-Istat li fih tkun tinsab l-
impriza.
4. Dawk l-elementi ohra kollha ta’ kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
ghandhom ikunu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 27
Tnehhija ta’ Taxxa Doppja
1. Fil-kaz ta’ Malta, it-taxxa doppja ghandha tigi mnehhija kif gej:
Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-ligi ta’ Malta dwar li jigi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm inkluz fi stima ta’ Malta income minn ghejjun gewwa r-
Repubblika Ceka, it-taxxa Ceka fuq dak l-income ghandha tinghata bhala kreditu fit-
taxxa ta’ Malta relattiva li tithallas fuqha.
2. Fil-kaz tar-Repubblika Ceka, it-taxxa doppja ghandha tigi mnehhija kif gej:
Ir-Repubblika Ceka, meta tkun qeghda timponi t-taxxi fuq ir-residenti
taghha, tista’ tinkludi fil-bazi ta’ taxxa li fuqha jigu imposti dawk it-taxxi is-sorsi ta’
income jew kapital li skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jistghu ukoll jigu
ntaxxati f’Malta, izda ghandha tippermetti bhala kreditu ghall-ammont ta’ taxxa
kalkolata fuq dik il-bazi ammont li jkun daqsinsew it-taxxa mhallsa f’Malta. Dak il-
kreditu m’ghandux, madankollu, jeccedi lil dik il-parti tat-taxxa Ceka, bhalma tigi
kalkolata qabel ma jinghata il-kreditu. li tkun xierqa skond l-income jew kapital li,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jista’ jigi intaxxat f’Malta.
3. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li income li jorigina fi Stat Kontraenti ghandu
jinheles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew ghal kollox sew f’parti minnu, u, skond il-ligi li
tkun fis-sehh fl-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-income ikun suggett ghat-taxxa
b’referenza ghall-ammont minnu li jkun mibghut jew li jigi ricevut f’dak l-Istat l-
iehor u mhux b’referenza ghall-ammont shih tieghu, ghaldaqshekk il-helsien li jkun
permess fl-Istat l-ewwel imsemmi ghandu jkun japplika biss ghal daqstant mill-
income daqskemm jintbaghat lura jew jigi ricevut fl-Istat l-iehor.
4. Ghall-ghanijiet ta’ ghoti ta’ kreditu, it-taxxa li ghandha tithallas fir-
Repubblika Ceka jew f’Malta, skond kif ikun mehtieg, ghandha titqies li tinkludi dik
it-taxxa li altrimenti tithallas fi Stat Kontraenti izda li tkun giet imnaqqsa jew ceduta
minn dak l-Istat bis-sahha tad-disposizzjonijiet legali tieghu dwar incentivi rigward
it-taxxa.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 15
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
1. Cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu suggetti fl-Istat Kontraenti
l-iehor ghal xi tassazzjoni jew xi htiega li ghandha x’taqsam maghha, li ma tkunx
jew li tkun ta’ piz aktar mit-tassazzjoni u htigiet li ghandhom x’jaqsmu maghha li
ghalihom cittadini ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi, b’mod partikolari dwar
ir-residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti. Din id-disposizzjoni ghandha,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu l, tkun ukoll tapplika ghal persuni li ma
jkunux residenti ta’ xi wiehed minn, jew taz-zewg, Stati Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-lstat Kontraenti l-iehor ma ghandhiex tingabar f’dak l-Istat l-iehor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi f’dak l-Istat l-iehor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni m’ghandhiex tiftiehem bhala li tobbliga lil
Stat Kontraenti li jikkoncedi lir-residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi allowance,
helsien jew tnaqqis personali ghall-ghanijiet tat-tassazzjoni minhabba fl-istat civili
jew fir-responsabbiltajiet tal-familja li jikkoncedi lir-residenti tieghu nnifsu.
3. Hlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
4 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imghax, royalties u hlasijiet ohra li jsiru minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor ghandhom, bil-ghan li jigi stabbilit il-qligh
taxxabbli ta’ dik l-impriza, jitnaqqsu taht l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
thallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi. Bl-istess mod, l-ammonti dovuti
minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor ghandhom,
bil-ghan li jigi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriza, jitnaqqsu taht l-istess
kundizzjonijiet bhallikieku dawn kienu gew kuntrattati lil residenti ta’ l-Istat l-
ewwel imsemmi.
4. lmprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun proprjeta  ta’ jew
ikkontrollat minn, ghal kollox jew f’parti, direttament jcw indirettarnent, residenti
wiehed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew xi htiega li ghandha x’taqsam maghha li tkun ohra
jew ta’ aktar piz mit-tassazzjoni u htigiet li ghandhom x’jaqsmu maghha li imprizi
ohra bhalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistghu jkunu suggetti
ghalihom.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw ghal taxxi ta’ kull xorta u ghamla
li jaqghu taht dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 25
Procedura ghal Ftehim Reciproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorita  kompetenti ta’ wiehed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistghu jwasslu li tigi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, tipprezenta l-kaz taghha lill-awtorita  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu hija residenti jew, jekk il-kaz taghha jkun jaqa’ taht il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorita  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li taghha
tkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi prezentat fi zmien tlett snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirrizulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tara, jekk din ikun jidhrilha li l-oggezzjoni
tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni sodisfacenti,
16 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
li tiddeciedi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
Kull ftehim milhuq ghandu jitwettaq minkejja kull zmien ta’ skadenza stipulat fil-
ligi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reciproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalghu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu ukoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tnehhija tat-taxxa doppja f’dawk il-kazi li ma jigix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-ghan li jintlahaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta sabiex jintlahaq ftehim jidher li jkun rakkomandabbli li jsir skambju
orali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jista’ jsehh tramite Kummissjoni li tkun tikkonsisti
f’rapprezentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
l. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun mehtiega sabiex jiwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-ligijiet domestici ta’ l-lstati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal ghand Stat Kontraenti ghandha titqies
sigrieta bl-istess mod bhal informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-
Istat u ghandha titgharraf biss lil persuni jew awtoritajiet (maghduda qrati u korpi
amministrattivi) imdahhla fl-istima jew gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugh ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqghu taht il-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtorita jiet ghandhom juzaw l-informazzjoni ghal dawk l-ghanijiet biss. Huma
jistghu jikxfu dik l-informazzjoni fi procedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda kaz ma ghandhom id-disposizzijonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu jitqiesu li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jiehu mizuri amministrattivi li ma jaqblux mal-ligijiet jew l-uzanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti, jew ta’ l-iehor;
(b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-uzanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerc, tan-negozju,
industrijali, kummercjali jew professjonali jew proces tal-kummerc, jew
li jaghti informazzjoni li l-kxif taghha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Membri ta’ Missjonijiet Diplomatici u Ufficcji Konsulari
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi fiskali ta’ membri
ta’ missjonijiet diplomatici jew ta’ ufficcji konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim specjali.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA g L.S.123.43 17
ARTIKOLU 28
Bidu fis-sehh
1. L-Istati Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin meta jkunu twettqu l-htigiet
kostituzzjonali ghall-bidu fis-sehh ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Ftehim ghandu jibda jsehh fid-data ta’ l-ahhar avviz moghti skond ma
hemm fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tieghu ghandu jkollhom sehh:
(a) fir-Repubblika Ceka:
(i) dwar taxxi li jinzammu f’ras il-ghajn, ghal dawk l-ammonti
miksubin fi jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena kalendarja li tigi
minnufih wara dik li fiha jibda jsehh il-Ftehim;
(ii) dwar taxxi ohra fuq l-income u taxxi fuq il-kapital, ghal taxxi li
jingabru dwar xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar
fis-sena kalendarja li tigi minnufih wara dik li fiha jibda jsehh il-
Ftehim;
(b) f’Malta:
dwar taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’
kontijiet, skond il-kaz, li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li
jigi minnufih wara d-data li fiha jibda jsehh il-Ftehim.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh sakemm jigi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wiehed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatici, billi jaghti avviz tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda ghaddejja wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’
hames snin minn meta l-Ftehim jibda jsehh. F’dak il-kaz, il-Ftehim ma ghandux
jibqa’ fis-sehh:
(a) fir-Repubblika Ceka:
(i) dwar taxxi li jinzammu f’ras il-ghajn, ghal dawk l-ammonti
miksubin fi jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena kalendarja li tigi
minnufih wara dik li fiha jinghata l-avviz;
(ii) dwar taxxi ohra fuq l-income, u taxxi fuq il-kapital, ghal taxxi li
jingabru dwar xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar
fis-sena kalendarja li tigi minnufih wara dik li fiha jinghata l-
avviz;
(b) f’Malta:
dwar taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’
kontijiet, skond il-kaz, li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li
jigi minnufih wara d-data li fiha jinghata l-avviz.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL in duplikat gewwa Crans Montana illum 21 ta’ Gunju, 1996 fl-ilsien
Ingliz.
18 L.S.123.43 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA CEKA
JOHN DALLI
Ghal Malta
IVAN KOCARNIK
Ghar-Repubblika Ceka
