EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.50
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
20 ta’ Awissu, 2000
L-AVVIZ LEGALI 1 ta’ l-2001.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Slovakka.
Arrangamenti 
jkollhom sehh.
2. Qieghed jigi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika
Slovakka sabiex jaghtu helsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li gejjin imposti bil-ligijiet tar-
Repubblika Slovakka; 
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni fizici;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni guridici;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fl-20 ta’ Awissu, 2000.
2 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
SKEDA
FTEHIM
BEJN MALTA U R-REPUBBLIKA SLOVAKKA
GHALL-HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAZJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Malta u r-Repubblika Slovakka, billi jixtiequ jaghmlu Ftehim ghall-helsien minn
taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evazjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif
gej -
Artikolu 1
GHAN PERSONALI
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat Kontraenti
wiehed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim ghandu japplika ghat-taxxi fuq l-income imposti minn Stat
Kontraenti, irrispettivament mill-mod kif dawn jingabru.
2. Ghandhom jitqiesu bhala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inkluzi taxxi fuq kull qliegh mit-
trasferiment ta’ proprjeta  mobbli jew immobbli, u taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi
jew salarji mhallsa minn imprizi.
3. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika dan il-Ftehim huma -
(a) fis-Slovakkja -
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni fizici;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni guridici;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa Slovakka");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jigu imposti wara d-data meta jigi ffirmat dan il-Ftehim b’zieda ma’, jew
minflok, it-taxxi ezistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom jgharrfu lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-ligijiet rispettivi
taghhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET GENERALI
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra:
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 3
(a) il-frazi "Slovakkja" tfisser ir-Repubblika Slovakka u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser it-territorju li fuqu r-Repubblika Slovakka tkun
tezercita s-sovranita , d-drittijiet sovrani jew il-gurisdizzjoni taghha
skond ir-regoli tad-dritt internazzjonali;
(b) il-frazi "Malta" tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-
ohra ta’ l-arcipelagu Malti inkluzi l-ibhra territorjali taghhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegh il-bahar, is-sottoswol tieghu u l-kolonna ta’ bahar
sovrajacenti u adjacenti ghall-ibhra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta ghandha drittijiet sovrani, gurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali taghha, inkluza l-legislazzjoni
taghha ghar-rigward ta’ l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-rizorsi naturali taghha;
(c) il-frazijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-iehor" ifissru s-
Slovakkja jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frazi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frazi "kumpannija" tfisser kull korp maghqud jew enti li jkun ittrattat
bhala korp maghqud ghall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frazi "impriza ta’ Stat Kontraenti" u "impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor" ifissru rispettivament impriza gestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(g) il-frazi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’ingenji ta’ l-ajru, mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief
meta l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(h) il-frazi "awtorita  kompetenti" tfisser:
(i) fis-Slovakkja, il-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika Slovakka
jew ir-rapprezentant awtorizzat tieghu,
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(i) il-frazi "cittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna guridika, socjeta  jew assocjazzjoni li jiksbu l-istatus
taghhom bhala tali mil-ligijiet li jkunu fis-sehh fi Stat Kontraenti.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frazi
li ma tkunx imfissra fih ghandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra, jkollha t-tifsir kif moghti lilha taht il-ligi ta’ dak l-Istat ghall-finijiet tat-
taxxi li l-Ftehim japplika ghalihom.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, r-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
simili. Izda din il-frazi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suggetta ghat-taxxa f’dak l-
Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-Istat.
4 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
2. Meta minhabba d-dispozizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit kif gej:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti ghad-dispozizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar permanenti
ghad-dispozizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet personali u ekonomici
tieghu jkunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-dispozizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li tieghu jkun
cittadin;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejnithom.
3. Meta minhabba d-dispozizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-manigg taghha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod specjali:
(a) post ta’ manigg; 
(b) fergha;
(c) ufficcju; 
(d) fabbrika; 
(e) hanut tax-xoghol;
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling;
3. Il-frazi ''stabbiliment permanenti'' bl-istess mod thaddan:
(a) art li tkun qeghda tinbena jew kostruzzjoni, progett ta’ assemblagg jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet supervizorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, izda biss meta dak il-bini, progett jew attivitajiet ikomplu ghal
perjodu ta’ aktar minn disa’ xhur; 
(b) l-ghoti ta’ servizzi, inkluzi servizzi ta’ konsulenza, minn impriza
permezz ta’ impjegati jew persunal imqabbad ghaldaqstant mill-
impriza, biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu (ghall-istess progett
jew ghal progett konness) ghal perjodu jew perjodi li flimkien igibu
iktar minn sitt xhur matul f’xi perjodu wiehed ta’ tnax il-xahar.
4. Minkejja d-dispozizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 5
"stabbiliment permanenti" ghandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop uniku ta’ hazna, wiri jew tqassim ta’
oggetti jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ hazna, wiri jew tqassim;
(c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ processar minn impriza ohra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija jew ta’ gbir ta’ taghrif ghall-impriza;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attivita  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirrizulta
minn din il-kombinazzjoni tkun wahda ta’ xorta preparatorja jew
awziljari.
5. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed tagixxi f’isem
impriza u jkollha, u abitwalment tezercita, fi Stat Kontraenti awtorita  biex
tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriza, dik l-impriza ghandha titqies li jkollha
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat ghar-rigward ta’ kull attivita  li dik l-impriza,
kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna jkunu limitati ghal dawk imsemmija
fil-paragrafu 4 illi, jekk dawn jigu ezercitati minn go post tan-negozju fiss, ma
jirrendux lil dan il-post tan-negozju fiss bhala stabbiliment permanenti taht il-
provvedimenti ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriza ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti biss minhabba li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal,
agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor bi status indipendenti, sakemm
dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju tan-negozju taghhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ agent bhal dak ikunu ghalkollox, jew kwazi
dedikati f’isem dik l-impriza, huwa ma jitqiesx bhala agent bi status indipendenti fis-
sens moghti b’dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, jew li tkun
tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija wahda jew l-
ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETA  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobbli (inkluz income mill-agrikoltura jew hidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Il-frazi "proprjeta  immobbli" ghandu jkollha t-tifsira li ghandha taht il-ligi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta  involuta. Il-frazi ghandha f’kull
kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobbli, bhejjem f’razzett u
taghmir li jintuza fl-agrikoltura u fil-hidma fil-boskijiet, drittijiet li ghalihom
japplikaw il-provvedimenti tal-ligi generali dwar il-proprjeta  ta’ l-art, l-uzufrutt tal-
6 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
proprjeta  immobbli u drittijiet dwar hlasijiet varjabbli jew fissi bhala korrispettiv
ghal hidma fi, jew id-dritt li jinhadmu, jew ghall-esplorazzjoni ta’, depoziti minerali,
ghejjun u rizorsi ohra naturali; bastimenti, opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma
ghandhomx jitqiesu bhala proprjeta  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ghandhom ikunu japplikaw ghal income li
jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-income
minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli uzata
ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu ikunu taxxabbli fl-Istat l-iehor izda biss ghal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla hsara ghall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti jigu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jaghmel
kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew ohrajn
bhalhom taht l-istess kundizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inkluzi l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jkunu saru, sew
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’ohra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti minhabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriza lill-partijiet diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 2 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jigi adottat ghandu, madankollu, jsir hekk li r-rizultat ghandu jkun skond
il-principji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
6. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti, l-profitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u sufficjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income li qeghdin jigu trattati
separatament f’artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 7
Artikolu 8
TBAHHIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti jew
ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ghandhom ukoll japplikaw ghal profitti
miksubin mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat
internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIZI ASSOCJATI
1. Meta -
(a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jew 
(b) l-istess persuni jippartecipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-Istat l-iehor u l-profitti hekk inkluzi jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet maghmula bejn iz-
zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti,
ghaldaqshekk dak l-Istat l-iehor jista’ jaghmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jigi stabbilit it-tibdil, ghandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-ohra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jekk ihossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Izda, dawk id-dividendi jistghu ukoll jigu intaxxati fl-Istat Kontraenti li
tieghu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun residenti u skond il-ligijiet ta’
dak l-Istat, izda:
(a) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti tas-
Slovakkja lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi,
it-taxxa Slovakka hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed minn 5 fil-mija
ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
8 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
(b) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti f’Malta lil
residenti tas-Slovakkja li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi, it-taxxa
ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’ghandhiex tkun izjed
minn dik li tithallas fuq il-profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal-kumpannija ghar-rigward tal-profitti li
minnhom jithallsu d-dividendi.
3. Il-frazi "dividendi" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser Income minn kull
tip ta’ ishma, jew minn drittijiet ohra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
partecipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jinghata l-
istess trattament fl-intaxxar bhallikieku kien income minn ishma skond il-ligijiet ta’
l-Istat li tieghu l-kumpannija li tkun qed taghmel it-tqassim tkun residenti.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaghmel
f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz
ghandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-kaz.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija, hlief daqskemm dawk id-dividendi
jithallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew daqskemm il-holding li dwaru
jithallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bazi stabbilita sitwati f’dak Istat l-iehor, lanqas jissuggetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat
l-iehor.
Artikolu 11
IMGHAX 
1. Imghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jigi intaxxat biss f’dak Istat l-iehor.
2. Il-frazi "imghax" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jaghti l-jedd ghal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inkluzi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet ghal hlas
tardiv m’ghandhomx jitqiesu bhala imghax ghall-ghanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jithallas l-imghax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilita. F’kaz bhal dak ghandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 9
4. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l-imghax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi. F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistghu jigu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalghu u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda jekk min jircevihom
ikun is-sid beneficjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed
minn hamsa fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ royalties.
3. Il-frazi "royalties" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv ghall-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xoghol letterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici,
kull privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew process sigrieti, jew
ghal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummercjali jew xjentifika.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties jinqalghu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jaghmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjeta  li dwarhom jithallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz, ghandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. Royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu fi Stat Kontraenti meta min
ihallashom ikun dak l-Istat innifsu jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-
persuna li thallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk
ma tkunx, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bazi stabbilit li
dwaru jkun ittiehed l-obbligu li jithallsu r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-
responsabbilta  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilit, allura dawk ir-
royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qieghed l-
istabbiliment permanenti jew bazi stabbilit.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejniethom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun
l-uzu, id-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-
ammont l-ahhar imsemmi. F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlasijiet ghandha tibqa’
taxxabbli skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-
ohra ta’ dan il-Ftehim.
10 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
Artikolu 13
QLIGH KAPITALI
1. Qligh li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjeta  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’
jigi intaxxat fl-Istat l-iehor.
2. Qligh mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli f’kumpannija li
jkollha l-assi taghha jikkonsistu, direttament jew indirettament, principalment fi
proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
3. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li taghmel parti mill-proprjeta  tan-
negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi stabbilita
disponibbli ghal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak il-qligh mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza kollha) jew ta’ dik il-
bazi stabbilita, jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
4. Qligh mit-trasferiment ta’ bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jew proprjeta  mobbli li tappartjeni
ghall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru, ghandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tieghu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi
professjonali jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti ghandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat. Madankollu dak l-income jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor
f’dawn ic-cirkostanzi li gejjin:
(a) jekk ikollu bazi stabbilita regolarment disponibbli ghalih fl-Istat
Kontraenti l-iehor bil-ghan li jwettaq l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz,
hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tkun attiribwibbli lil
dik il-bazi stabbilita li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat l-iehor; jew
(b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal perjodu jew
ghal perjodi li fit-total ikunu jammontaw ghal jew jaqbzu l-183 gurnata
f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda ghaddej jew itemm fis-sena kalendarja
involuta; f’dak il-kaz, hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm
tinkiseb mill-attivita  mwettqa f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor li tista’
tigi intaxxata f’dak l-Istat l-iehor. 
2. Il-frazi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistici,
edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inginiera, periti, dentisti u accountants.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 11
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla hsara ghall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens iehor bhal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda ghaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta; u
(b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor; u
(c) il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti jew bazi
stabbilit li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja l-provvedimenti precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg ezercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxat biss f’dak
l-Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
sportiv, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu ezercitati fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali ezercitati minn min jaghti spettaklu
jew sportiv fil-kapacita  tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu
jew l-isportiv innifsu izda minn xi persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jaghti spettaklu jew ta’ l-isportiv jigu ezercitati.
3. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, l-income li jinkiseb mill-
attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-qafas ta’ skambji kulturali bejn il-gvernijiet
taz-zewg Stati, ghandhom ikunu ezenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti fejn dawn l-
attivitajiet jigu esercitati.
12 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
Artikolu 18
PENSJONIJIET U HLASIJIET TAS-SIGURTA  SOCJALI
1. Bla hsara ghall-provvedimenti tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, pensjonijiet
u kumpens iehor simili li jithallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti minhabba f’xi
impieg imghoddi ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-dispozizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imhallsa u
hlasijiet ohra li jinhargu bis-sahha tal-ligijiet tas-Sigurta  Socjali ta’ Stat Kontraenti
ghandhom jigu intaxxati biss f’dak l-Istat.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni, minbarra pensjoni, mhallsa minn
Stat Kontraenti lil individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtijin lil dak
l-Istat ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dawk is-salarji, pagi u rimunerazzjoni ghandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-servizzi jinghataw
f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) huwa jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mhallsa minn, jew li tohrog minn fond mahluq minn, Stat
Kontraenti lil individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtija lil dak l-Istat
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-iehor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u cittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 ghandhom japplikaw ghal salarji,
pagi u kull rimunerazzjoni, u ghal pensjonijiet, ghar-rigward ta’ servizzi moghtijin
f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun gestit minn Stat Kontraenti.
Artikolu 20
STUDENTI U APPRENDISTI FIL-KUMMERC
Student jew apprendist li jkun prezenti fi Stat Kontraenti unikament bil-ghan ta’ l-
edukazzjoni jew it-tahrig tieghu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien hekk prezenti
kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor ikun ezenti mit-taxxa f’dak l-ewwel
imsemmi Stat fuq hlasijiet li huwa jircievi minn barra dak l-ewwel imsemmi Stat
ghall-ghanijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew tahrig tieghu.
Artikolu 21
INCOME IEHOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalghu minn fejn
jinqalghu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 13
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, ghax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi
fissa, f’dak il-kaz ghandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-kaz.
Artikolu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-kaz tas-Slovakkja, it-tassazzjoni doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
Slovakkja meta timponi xi taxxa fuq ir-residenti taghha, titsta’ tinkludi
fil-bazi tat-taxxa li fuqha jigu imposti dawk it-taxxi l-partiti ta’ qligh li
skond il-provvedimenti ta’ din il-Konvenzjoni jistghu wkoll jigu
intaxxat f’Malta, izda ghandhom jippermettu bhala kreditu ghall-amont
ta’ taxxa mahduma fuq dik il-bazi somma li tkun daqs it-taxxa mhallsa
f’Malta. Dak il-kreditu ma ghandux, madankollu, ikun jeccedi dik il-
parti tat-taxxa Slovakka, kif mahduma qabel ma jinghata l-kreditu, li
tkun adattata ghall-qligh li, skond il-provvedimenti ta’ din il-
konvenzjoni, jista’ jigi intaxxat f’Malta. 
2. Fil-kaz ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
Bla hsara ghall-provvedimenti ta’ l-ligi ta’ Malta li tirrigwarda l-ghoti
bi kreditu ghat-taxxa ta’ Malta ghar-rigward tat-taxxa barranija, meta,
skond il-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluzi fi stima ta’
Malta income minn sorsi fis-Slovakkja, it-taxxa Slovakka fuq dak l-
income ghandu jigi permess bhala kreditu ghat-taxxa ta’ Malta relattiva
li tithallas dwarhom. 
3. Ghall-finijiet ta’ allowance bhala kreditu, it-taxxa li tithallas fis-Slovakkja
jew f’Malta, skond il-htiega tal-kuntest, ghandha titqies li tinkludi t-taxxa li
xort’ohra tithallas fi Stat Kontraenti izda li tkun giet imnaqqsa jew imnehhija minn
dak l-Istat taht il-provvedimenti legali tieghu ghal incentivi dwar it-taxxa.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu suggetti fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew ghal xi htiega li jkunu konnessi ma’ dan li
tkun diversa jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htiegiet konnessi li ghalihom cittadini
ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi, b’mod partikolari ghar-rigward ta’
residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti. Dan il-provvediment ghandu, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll ghal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati Kontraenti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess ativitajiet. Dan il-provvediment ma ghandux jiftiehem bhala li
jobbliga lil Stat Kontraenti li jikkoncedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi
14 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
allowances, helsien u tnaqqis personali ghall-ghanijiet ta’ tassazzjoni minhabba fl-
istatus civili jew responsabbiltajiet familjari li tikkoncedi lir-residenti taghha.
3. Hlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, imghax, royalties u
hlasijiet ohra li jithallsu minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandhom, ghall-ghan li jigu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriza, jigu mnaqqsa taht l-istess kondizzjonijiet bhallikieku
kienu mhallsa residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
suggetti l-imprizi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
Artikolu 24
PROCEDURA GHAL FTEHIM RECIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati
Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-awtorita
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu huwa jkun residenti jew, jekk il-kaz tieghu
jkun jaqa’ taht il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu
huwa jkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet snin minn l-ewwel
avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk ikunx jidhrilha li l-
oggezzjoni tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni
sodisfacenti, li tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’
zmien fil-ligi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tistra’ tkun mehtiega ghat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew ta’ l-ligijiet domestici ta’ l-Istati Kontraenti ghar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir tahthom ma jkunx kuntrarju ghall-
Ftehim. L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull
informazzjoni li tigi ricevuta mill-Istat Kontraenti ghandha tigi ttrattata bhala wahda
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA g L.S.123.50 15
sigrieta bl-istess mod bhall-informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-
Istat u ghandha tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluzi qrati u korpi
amministrattivi) involuti fl-istima jew fil-gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew id-decizjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghal dawk l-ghanijiet. Huma
jistghu jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bhala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATICI U KARIGI KONSULARI
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi fiskali tal-membri ta’
missjonijiet diplomatici jew ta’ karigi konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht il-provvedimenti ta’ kull ftehim specjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEHH
1. Dan il-Ftehim ghandu jigi ratifikat u l-istrumenti tar-ratifika ghandhom jigu
skambjati kemm jista’ jkun malajr. 
2. Dan il-Ftehim ghandu jibda’ jsehh tletin jum wara d-data ta’ l-iskambju ta’
l-istrumenti tar-ratifika u d-disposizzjonijiet tal-Ftehim ghandhom ikunu japplikaw
ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’
kontijiet, skond il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar, minnufih wara s-
sena li fiha l-Ftehim jibda’ jsehh.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh sakemm jigi terminat minn xi Stat Kontraenti.
Kull wiehed mill-Istati Kontraenti jista’ jittermina l-Ftehim, permezz ta’ kanali
diplomatici, billi jaghti avviz tat-terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tmiem xi
sena kalendarja li tibda wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ hames snin mid-data tad-
dhul fis-sehh tieghu. F’dak il-kaz, il-Ftehim ma ghandux jibqa’ jsehh ghar-rigward
ta’ taxxi fuq l-income miksub matul is-snin taxxabbli li jibdew fi jew wara l-ewwel
jum ta’ Jannar minnufih wara d-data li fiha jinghata l-avviz.
16 L.S.123.50 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL fil-Belt Valletta, fis-7 ta’ Settembru, 1999, in duplikat fl-ilsien Ingliz
u dak Slovakk, iz-zewg testi awtentici ndaqs. 
DR JOE BORG EDUARD KUKAN
Ghal Malta Ghar-Repubblika Slovakka
