EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.57
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
14 ta’ Settembru, 2001
L-Avviz Legali 205 ta’ l-2001.
Titolu.
Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Ir-Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu).
Arrangamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qieghed jigi dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika Gharbija
ta’ l-Egittu sabiex jaghtu helsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li gejjin imposti bil-ligijiet tar-
Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu: 
(i) it-taxxa fuq l-income miksuba minn proprjeta
immobbli (inkluzi t-taxxa fuq l-art agrikola u t-
taxxa fuq il-bini);
(ii) it-taxxa unifikata fuq l-income ta’ individwi;
(iii) it-taxxa fuq profitti korporattivi;
(iv) id-dazju fuq l-izvilupp tar-rizorsi finanzjarji ta’
l-Istat; u
(v) taxxi supplimentari imposti bhala percentwali
tat-taxxi msemmija hawn aktar qabel jew
xort’ohra;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fis-7 ta’ April, 2001.
2 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
SKEDA
FTEHIM
BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U R-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
DWAR HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAZJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
IL-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu,
billi jixtiequ jaghmlu Ftehim dwar Helsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta’
Evazjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, ftehmu kif gej:
Artikolu 1
GHAN PERSONALI
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat Kontraenti
wiehed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fl-Egittu:
(i) it-taxxa fuq l-income miksuba minn proprjeta  immobbli (inkluzi t-
taxxa fuq l-art agrikola u t-taxxa fuq il-bini);
(ii) it-taxxa unifikata fuq l-income ta’ individwi;
(iii) it-taxxa fuq profitti korporattivi;
(iv) id-dazju fuq l-izvilupp tar-rizorsi finanzjarji ta’ l-Istat; u
(v) taxxi supplimentari imposti bhala percentwali tat-taxxi msemmija
hawn aktar qabel jew xort’ohra;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ l-Egittu");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
2. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jigu imposti wara d-data meta jigi ffirmat il-Ftehim b’zieda ma’, jew
minflok, it-taxxi ezistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom jgharrfu lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-ligijiet rispettivi
taghhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET GENERALI
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra:
(a) il-frazi "Egittu" tfisser ir-Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu u, meta tigi
uzata f’sens geografiku, tfisser it-territorju u l-ibhra territorjali tar-
Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu u z-zona ekonomika eskluziva u l-blata
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 3
kontinentali taghha kif imsfissra skond id-dritt internazzjonali;
(b) il-frazi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-
ohra ta’ l-arcipelagu Malti inkluzi l-ibhra territorjali taghhom, u kull
area ’l barra mill-ibhra territorjali ta’ Malta li giet jew tista’ minn issa ’l
quddiem tigi msemmija, skond il-ligi internazzjonali u taht il-ligi ta’
Malta li tirrigwarda l-blata kontinentali, bhala area li gewwa fiha d-
drittijiet ta’ Malta ghar-rigward ta’ qiegh il-bahar u s-sottoswol u r-
rizorsi naturali taghhom jistghu jigu ezercitati;
(c) il-frazijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-iehor" ifissru Malta
jew l-Egittu, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frazi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frazi "kumpannija" tfisser korp maghqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp maghqud ghall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frazi "impriza ta’ Stat Kontraenti" u "impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor" ifissru rispettivament impriza gestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(g) il-frazi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
ingenji ta’ l-ajru mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief meta
l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(h) il-frazi "awtorita  kompetenti" tfisser:
(i) fl-Egittu: il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rapprezentant awtorizzat
tieghu;
(ii) f’Malta: il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(i) il-frazi "cittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, socjeta  jew assocjazzjoni li tikseb l-istatus taghha
bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu fi Stat Kontraenti.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull
frazi li ma tkunx imfissra fih ghandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra, jkollha t-tifsir kif moghti lilha taht il-ligi ta’ dak l-Istat ghall-finijiet tat-
taxxi li l-Ftehim japplika ghalihom.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, r-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
simili. Izda din il-frazi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suggetta ghat-taxxa f’dak l-
Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minhabba d-dispozizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit kif gej:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar permanenti
4 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet personali u ekonomici
tieghu jkunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-dispozizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tieghu jkun cittadin;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejnithom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-manigg taghha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod specjali:
(a) post ta’ manigg, 
(b) fergha, 
(c) ufficcju, 
(d) fabbrika, 
(e) hanut tax-xoghol, u 
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frazi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod thaddan:
(a) art li tkun qeghda tinbena jew kostruzzjoni, progett ta’ assemblagg jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet supervizorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, izda biss meta dik l-art, dak il-progett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu ghal perjodu ta’ aktar minn sitt xhur;
(b) l-ghoti ta’ servizzi, inkluzi servizzi ta’ konsulenza minn impriza
permezz ta’ impjegati jew persunal iehor imqabbad mill-impriza
ghaldaqstant, izda biss sakemm attivitajiet ta’ dik ix-xorta ikomplu
(ghall-istess progett jew ghal progett konness) fi Stat Kontraenti ghal
perjodu jew perjodi li flimkien igibu iktar minn sitt xhur f’xi perjodu ta’
tnax-il xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
"stabbiliment permanenti" ghandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop uniku ta’ hazna jew ta’ wiri ta’ oggetti
jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ hazna jew ta’ wiri;
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 5
(c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ pprocessar minn impriza ohra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija, jew ta’ gbir ta’ taghrif ghall-impriza;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attivita  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirrizulta
minn din il-kombinazzjoni tkun wahda ta’ xorta preparatorja jew
awziljari.
5. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 7 - tkun qed tagixxi fi Stat
Kontraenti f’isem impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, dik l-impriza ghandha titqies
li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi ghar-rigward ta’ kull
attivita  li dik il-persuna taghmel ghal dik l-impriza, jekk dik il-persuna:
(a) ikollha u abitwalment tesercita f’dak l-Istat awtorita  li taghmel kuntratti
f’isem l-impriza, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma
jkunux limitati ghal dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jigu
ezercitati minn go post tan-negozju fiss, ma jirrendux dan il-post ta’
negozju fiss bhala stabbiliment permanenti taht il-provvedimenti ta’ dak
il-paragrafu; jew
(b) ma jkollha ebda awtorita  bhal dik, izda tkun abitwalment izzomm fl-
Istat l-ewwel imsemmi hazna ta’ oggetti jew ta’ merkanzija li minnha
huwa regolarment jikkunsinna oggetti jew merkanzija f’isem l-impriza.
6. Minkejja d-disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-Artikolu, impriza ta’ l-
assigurazzjoni ta’ Stat Kontraenti ghandha, hlief ghar-rigward ta’ ri-assigurazzjoni
titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor jekk tkun tigbor
premiums fit-territorju ta’ dak l-Istat l-iehor jew tkun tassigura riskji li jkunu sitwati
hemmhekk bil-hidma ta’ persuna li ma tkunx agent ta’ status indipendenti li ghaliha
japplika l-paragrafu 7.
7. Impriza ta’ Stat Kontraenti ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor biss minhabba li tkun tiggestixxi negozju f’dak
l-Istat l-iehor permezz ta’ sensal, agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor
bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju
tan-negozju taghhom. Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ agent bhal dak ikunu
ghalkollox, jew kwazi, dedikati f’isem dik l-impriza, huwa m’ghandux jitqies bhala
agent bi status indipendenti fis-sens moghti b’dan il-paragrafu. 
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, jew li tkun
tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija wahda jew l-
ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETA  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobbli (inkluz income mill-agrikoltura) li jkunu jinsabu fl-Istat Kontraenti l-iehor
jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
6 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
2. Il-frazi "proprjeta  immobbli" ghandu jkollha t-tifsira li ghandha taht il-ligi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta  involuta. Il-frazi ghandha f’kull
kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobbli, bhejjem f’razzett u
taghmir li jintuza fl-agrikoltura, drittijiet li ghalihom japplikaw il-provvedimenti tal-
ligi generali dwar il-proprjeta  ta’ l-art, l-uzufrutt tal-proprjeta  immobbli u drittijiet
dwar hlasijiet varjabbli jew fissi bhala korrispettiv ghal hidma fi, jew id-dritt li
jinhadmu, jew ghall-esplorazzjoni ta’, depoziti minerali, ghejjun u rizorsi ohra
naturali; bastimenti, opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx jitqiesu bhala
proprjeta  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ghandhom ikunu japplikaw ghal income li
jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-income
minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli uzata
ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu jigu intaxxati fl-Istat l-iehor izda biss ghal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla hsara ghall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti jigu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jaghmel
kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew ohrajn
bhalhom taht l-istess kundizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti
jew ma’ imprizi assocjati ohra li tittratta maghhom.
3. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inkluzi l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jkunu saru, sew
fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’ohra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti minhabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriza lill-partijiet diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 2 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jigi adottat ghandu, madankollu, jsir hekk li r-rizultat ghandu jkun skond
il-principji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
6. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti, l-profitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u sufficjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income li qeghdin jigu trattati
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 7
separatament f’Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l- Artikolu.
Artikolu 8
TBAHHIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti jew
ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ghandhom ukoll japplikaw ghal profitti
mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIZI ASSOCJATI
1. Meta:
(a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jew 
(b) l-istess persuni jippartecipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-Istat l-iehor u l-profitti hekk inkluzi jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet maghmula bejn iz-
zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti,
ghaldaqshekk dak l-Istat l-iehor jista’ jaghmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jigi stabbilit it-tibdil, ghandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-ohra tal-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’
l-Istati Kontraenti ghandhom, jekk ihossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
2. (a) Madankollu, dawk id-dividendi jistghu ukoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tieghu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun
residenti u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda:
(i) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-
Egittu lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju tad-
dividendi, it-taxxa ta’ l-Egittu hekk imposta m’ghandhiex tkun
izjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
8 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
(ii) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta lil residenti ta’ l-Egittu li jkun is-sid beneficjarju tad-
dividendi, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi
m’ghandhiex tkun izjed minn dik li tithallas fuq il-profitti li
minnhom jithallsu d-dividendi.
(b) Taht il-ligi li ssehh f’Malta, it-taxxa fuq l-income imhallsa jew li
ghandha tithallas minn kumpannija, kif riferibbli ghal dik il-parti mill-
profitti taghha li titqassam bhala dividendi, huwa assimilat mat-taxxa
fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qieghed jircievi dak id-
dividend. F’idejn l-azzjonist, it-taxxa tingabar fuq id-dividend gross u
ssir tpacija ta’ l-ammont ta’ taxxa rilevanti, hekk assimilat, mal-passiv
ta’ taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tieghu minn kull sorsi li fuqha
tista’ tithallas taxxa.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal- kumpannija ghar-rigward tal-
profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
3. Il-frazi "dividendi" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, ishma "jouissance" jew drittijiet "jouissance" , ishma konnessi mal-minjieri
jew mal-fundaturi jew ma’ drittijiet ohra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
partecipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jinghata l-
istess trattament fl-intaxxar bhallikieku kien income minn ishma skond il-ligijiet ta’
l-Istat li tieghu l-kumpannija li tkun qed taghmel it-tqassim tkun residenti.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaghmel
f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz
ghandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-kaz.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija, hlief daqskemm dawk id-dividendi
jithallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew daqskemm il-holding li dwaru
jithallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bazi stabbilita sitwati f’dak Istat l-iehor, lanqas jissuggetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat
l-iehor.
Artikolu 11
MGHAX 
1. Mghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dak l-imghax jista’ wkoll jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
jorigina u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda, jekk min jircevih ikun is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax it-taxxa hekk mhallsa m’ghandhiex taqbez 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imghax.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 9
3. Il-frazi "mghax" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jaghti l-jedd ghal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inkluzi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet ghal hlas
tardiv m’ghandhomx jitqiesu bhala mghax ghall-ghanijiet ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jithallas l-imghax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilita. F’kaz bhal dak ghandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. L-imghax ghandu jitqies li jorigina fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak
l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas l-imghax, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom kien sar id-dejn li fuqu jithallas
l-imghax, u dak l-imghax jiggarrab minn dak l-istabbiliment jew bazi fissa,
ghaldaqstant dak l-imghax ghandu jitqies li jorigina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-
istabbiliment permanenti jew il-bazi fissa.
6. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l- imghax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi. F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, imghax li jorigina fi Stat
Kontraenti u li jithallas lill-Istat Kontraenti l-iehor, lill-Bank ‚entrali tieghu, lil
sottodivizjoni politika jew awtorita  lokali tieghu dwar debentures, jew self li jkun
garantit, assigurat jew iffinanzjat minn Stat Kontraenti, il-Bank ‚entrali tieghu,
sottodivizjoni politika jew awtorita  lokali tieghu, jkun ezenti mit-taxxa fl-Istat l-
ewwel imsemmi.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties  li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties  jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriginaw u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda jekk min jircevihom
ikun is-sid beneficjarju tar-royalties , it-taxxa hekk imhallsa m’ghandhiex teccedi 12
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties .
3. Il-frazi "royalties " kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv ghall-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xoghol litterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici, jew
films jew tapes uzati ghax-xandir bir-radju jew bit-televizjoni, kull privattiva, trade
mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew process sigrieti, jew ghall-uzu ta’, jew
id-dritt li jintuza, taghmir industrijali, kummercjali jew xjentifiku, jew ghal
10 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummercjali jew xjentifika.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties , li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties  jinqalghu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jaghmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il- proprjeta  li dwarhom jithallsu r-royalties  ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz ghandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. Ir-royalties  jitqiesu li joriginaw fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas ir-royalties , sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom kienet saret l-obbligazzjoni li
fuqu jithallsu r-royalties  u dawk ir-royalties  jiggarbu minn dak l-istabbiliment jew
bazi fissa, ghaldaqstant dawk ir-royalties  ghandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bazi fissa.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties , fil-qies ta’ x’ikun l-
uzu, id-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-ammont l-ahhar
imsemmi. F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlas ghandha tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-ohra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
QLIGH KAPITALI
1. Qligh li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjeta  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’
jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Qligh mit-trasferiment ta’ ishma ta’ l-istokk kapitali ta’ kumpannija li l-
proprjeta  taghha tkun direttament jew indirettament principalment tikkonsisti fi
proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
3. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmel parti mill-proprjeta
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi stabbilita
disponibbli ghal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak l-income jew qligh mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza
kollha) jew ta’ dik il-bazi stabbilita, jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
4. Qligh mit-trasferiment ta’ bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti, jew proprjeta  mobbli li tappartjeni
ghall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru, ghandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tieghu ikun residenti min
jittrasferixxi.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 11
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi
professjonali jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti ghandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat. Madankollu, dak l-income jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor
f’dawn ic-cirkostanzi li gejjin:
(a) jekk ikollu bazi stabbilita regolarment disponibbli ghalih fl-Istat
Kontraenti l-iehor bil-ghan li jwettaq l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz hi
biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bazi stabbilita li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal perjodu jew
ghal perjodi li fit-total ikunu jaqbzu l-183 gurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda ghaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-kaz
hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tinkiseb mill-attivita
tieghu esercitata fl-Istat Kontraenti l-iehor li tista’ tigi intaxxata f’dak l-
Istat l-iehor.
2. Il-frazi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistici,
edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inginiera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla hsara ghall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens iehor bhal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata f’perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda
ghaddej jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor, u
(c) il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti, jew bazi
stabbilit li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja l-provvedimenti precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg ezercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
12 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
sportiv, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu ezercitati fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali ezercitati minn min jaghti spettaklu
jew sportiv fil-kapacita  tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu
jew l-isportiv innifsu izda minn xi persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jaghti spettaklu jew ta’ l-isportiv jigu ezercitati.
Artikolu 18
PENSJONIJIET U ANNWALITAJIET
1. Pensjonijiet u li joriginaw fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
2. Il-frazi "annwalitajiet" tfisser ammont fiss li jithallas perjodikament fi
zminijiet fissi, matul il-hajja jew matul perjodu ta’ zmien specifikat jew accertabbli,
taht obbligazzjoni li l-hlasijiet isiru ghal korrispettiv adegwat u shih fi flus jew valur
ta’ flus.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra mhallsa minn, jew minn
fondi originati minn, Stat Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika
jew minn awtorita  lokali tieghu lil individwu ghar-rigward ta’ servizzi
moghtijin lil dak l-Istat jew sottodivizjoni jew awtorita  ghandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dawk is-salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-
servizzi jinghataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
(i) huwa jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 ghandhom japplikaw ghal salarji,
pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra, u ghal pensjonijiet, ghar-rigward ta’ servizzi
moghtijin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun gestit minn Stat Kontraenti
jew minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali tieghu.
Artikolu 20
HLASIJIET LI JIRCIEVU STUDENTI U APPRENDISTI FIL-KUMMERC
Kull hlas li student jew apprendist fil-kummerc li jkun jew kien minnufih
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 13
qabel ma jzur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor u li jkun prezenti
fl-ewwel imsemmi Stat unikament ghall-ghan ta’ l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu,
jircievi ghall-fini tal-mantniment, l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu m’ghandux jigi
intaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-hlasijiet joriginaw minn ghejjun li ma jkunux
f’dak l-Istat.
Artikolu 21
INCOME IEHOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalghu minn fejn
jinqalghu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, ghax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi
fissa, f’dak il-kaz ghandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-kaz.
Artikolu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li, skond il-provvedimenti
ta’ dan il-Ftehim, jista’ jkun intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor, l-ewwel Stat
Kontraenti ghandu jippermetti bhala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-
residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income mhallsa f’dak l-Istat l-iehor. Dak
it-tnaqqis m’ghandux, madankollu, jeccedi dik il-parti mit-taxxa fuq l-income, hekk
kif tigi komputata qabel ma jinghata t-tnaqqis, li jkun attribbwibbli ghall-income li
jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta skond kull provvediment ta’ dan il-Ftehim, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti jkun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’
madankollu, fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-
residenti, iqis l-income ezentat.
3. Ghall-finijiet ta’ tnaqqis mit-taxxa fuq l-income fi Stat Kontraenti, it-taxxa
mhallsa fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandha titqies li tinkludi t-taxxa li kieku
xort’ohra tithallas f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor izda li tkun giet imnaqqsa jew
twarrbet minn dak l-Istat Kontraenti taht il-provvedimenti legali tieghu ghall-
incentivi dwar it-taxxa.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu suggetti fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew ghal xi htiega li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htiegiet konnessi li ghalihom cittadini
ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi, b’mod partikolari ghar-rigward ta’
residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti. Dan il-provvediment ghandu, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll ghal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati Kontraenti.
14 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess ativitajiet.Dan il-provvediment ma ghandux jiftiehem bhala li
jobbliga lil Stat Kontraenti li jikkoncedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi
allowances, helsien u tnaqqis personali ghall-ghanijiet ta’ ta’ tassazzjoni minhabba
fl-istatus civili jew responsabbiltajiet familjari li tikkoncedi lir-residenti taghha.
3. Hlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mghax, royalties  u hlasijiet
ohra li jithallsu minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor ghandhom, ghall-ghan li jigu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriza, jigu mnaqqsa taht l-istess kondizzjonijiet bhallikieku kienu mhallsa
residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
suggetti l-imprizi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ghandhom, minkejja l-provvedimenti ta’
Artikolu 2, japplikaw ghal taxxi ta’ kull ghamla u deskrizzjoni li jinkwadraw taht
dan il-Ftehim. 
Artikolu 24
PROCEDURA GHAL FTEHIM RECIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati
Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-awtorita
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu huwa jkun residenti jew, jekk il-kaz tieghu
jkun jaqa’ taht il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l- Stat Kontraenti li tieghu
huwa jkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet snin minn l-ewwel
avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk ikunx jidhrilha li l-
oggezzjoni tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni
sodisfacenti, li tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’
zmien fil-ligi domestika ta’ l- Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l- Stati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti. 
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU g L.S.123.57 15
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun mehtiega ghat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew ta’ l-ligijiet domestici ta’ l-Istati Kontraenti ghar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir tahtom ma jkunx kuntrarju ghall-Ftehim.
L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li
tigi ricevuta mill-Istat Kontraenti ghandha tigi ttrattata bhala wahda sigrieta bl-istess
mod bhall-informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-Istat u ghandha
tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluzi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-decizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghal dawk l-ghanijiet. Huma jistghu
jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bhala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATICI U KARIGI KONSULARI
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatici jew karigi konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht il-provvedimenti ta’ kull ftehim specjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEHH
1. Kull Stat Kontraenti ghandu javza lill-iehor, permezz tal-kanali diplomatici,
dwar meta jkunu ntemmew il-proceduri mehtiega skond il-ligi domestika tieghu
ghad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh fid-data li tigi l-iktar tard mill-ghoti ta’
dawn l-avvizi u ghandu malli dan ikollu effett:
(a) fl-Egittu:
(i) ghar-rigward ta’ taxxa li tinzamm minn ras-il ghajn, fuq ammonti
mhallsa jew akkreditati fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tigi minnufih wara dik meta l-Ftehim jibda
jsehh; u
(ii) ghar-rigward ta’ taxxi ohra, ghas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tigi minnufih
16 L.S.123.57 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TA’ L-EGITTU
wara dik meta l-Ftehim jibda jsehh;
(b) f’ Malta:
ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’
kontijiet, skond il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tigi minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jsehh.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh ghal zmien indefinittiv sakemm jigi terminat
minn Stat Kontraenti il-wiehed jew l-iehor. Stat Kontraenti il-wiehed jew l-iehor
jista jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali diplomatici, billi jaghti avviz bil-miktub
tat-terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ hames snin mid-data tad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim. 
F’dik ic-cirkostanza, l-Ftehim ghandu jtemm milli jibqa’ jsehh: 
(a) fl-Egittu:
(i) ghar-rigward ta’ taxxa li tinzamm minn ras-il ghajn, fuq ammonti
mhallsa jew akkreditati fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tigi minnufih wara dik meta jinghata l-avviz; u
(ii) ghar-rigward ta’ taxxi ohra, ghas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tigi minnufih
wara dik meta jinghata l-avviz;
(b) f’ Malta:
ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
zmien ta’ kontijiet, skond il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar
tas-sena kalendarja li tigi minnufih wara d-data meta jinghata l-avviz.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL fil-Kajr illum is-Sibt 20 ta’ Frar 1999, in duplikat fl-ilsien Ingliz u fl-
ilsien Gharbi, iz-zewg testi awtentici ndaqs. F’kaz ta’ divergenza ta’
interpretazzjoni, jipprevalixxi t-test Ingliz.
Ghall-Gvern  Ghall-Gvern 
tar-Repubblika ta’ Malta tar-Repubblika Gharbija ta’ l-Egittu
Guido de Marco Amre Moussa
Vici Prim Ministru Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
