EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.59
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
16 ta’ Ottubru, 2000
L-Avviz Legali 246 ta’ l-2001.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Gharbija tas-Sirja.
Arrangamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qieghed jigi dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika Gharbija
tas-Sirja sabiex jaghtu helsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li gejjin imposti bil-ligijiet tar-Repubblika
Gharbija tas-Sirja: 
(i) it-taxxa fuq l-income fuq il-profitti kummercjali,
industrijali u mhux kummercjali;
(ii) it-taxxa fuq l-income fuq is-salarji u l-pagi;
(iii) it-taxxa fuq l-income fuq persuni mhux
residenti;
(iv) it-taxxa fuq l-income fuq dhul minn kapital
mobbli u immobbli; u
(v) surcharges imposti bhala percentwali tat-taxxi
fuq imsemmija jew f'kull ghamla jew rata ohra;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fis-16 ta' Ottubru, 2000.
2 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
SKEDA
FTEHIM BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U R-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
DWAR HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAZJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Gharbija tas-Sirja,
billi jixtiequ jaghmlu Ftehim dwar Helsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta’
Evazjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, ftehmu kif gej:
Artikolu 1
GHAN PERSONALI
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wiehed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim ghandu japplika ghat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tieghu, irrispettivament mill-mod kif dawn
jingabru.
2. Ghandhom jitqiesu bhala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha  imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inkluzi taxxi fuq dhul mill-bejgh ta’
proprjeta  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mhallsa minn principali kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha ''it-taxxa ta’ Malta'');
(b) fis-Sirja:
it-taxxa fuq l-income fuq il-profitti kummercjali, industrijali u mhux
kummercjali;
it-taxxa fuq l-income fuq is-salarji u l-pagi;
it-taxxa fuq l-income fuq persuni mhux residenti;
it-taxxa fuq l-income fuq dhul minn kapital mobbli u immobbli;
surcharges imposti bhala percentwali tat-taxxi fuq imsemmija jew
f’kull ghamla jew rata ohra;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha ''it-taxxa tas-Sirja'').
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jigu imposti  wara d-data meta jigi ffirmat il-Ftehim b’zieda ma’, jew
minflok, it-taxxi ezistenti.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom jgharrfu lil xulxin b'kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-ligijiet rispettivi
taghhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET GENERALI
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 3
tehtiegx xort’ohra:
(a) il-frazijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-iehor'' ifissru Malta
jew is-Sirja, skond ir-rabta tal-kliem;
(b) il-frazi ''Malta'' tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-
ohra ta’ l-arcipelagu Malti, inkluzi l-ibhra territorjali taghhom, u kull
area ’l barra mill-ibhra territorjali  ta’ Malta li giet jew tista’ minn issa
’l quddiem tigi msemmija, skond il-ligi internazzjonali u taht il-ligi ta’
Malta li tirrigwarda l-blata kontinentali, bhala area li gewwa fiha d-
drittijiet ta’ Malta ghar-rigward ta’ qiegh il-bahar u s-sottoswol u r-
rizorsi naturali taghhom jistghu jigu ezercitati;
(c) il-frazi ''Sirja'' tfisser, fis-sens geografiku taghha, it-territorju tar-
Repubblika Gharbija tas-Sirja, inkluzi l-ibhra territorjali taghha, l-
ispazju ta’ l-ajru taghha, il-blata kontinentali, s-sottoswol u kull area
ohra ’l barra mill-ibhra territorjali tas-Sirja li fihom, skond id-dritt
internazzjonali, s-Sirja tesercita drittijiet sovrani ghall-fini ta’ l-
estrazzjoni u l-esplorazzjoni  tar-rizorsi naturali, vitali u minerarji u kull
dritt iehor fuq qiegh il-bahar u s-sottoswol tieghu u l-ibhra sovrajacenti;
(d) il-frazi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frazi ''cittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, socjeta  jew assocjazzjoni li tikseb l-istatus taghha
bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu fi Stat Kontraenti;
(f) il-frazi ''kumpannija'' tfisser korp maghqud, jew enti li jkun trattat,
ghall-iskopijiet ta’ taxxa, bhala korp maghqud;
(g) il-frazi ''impriza ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor'' ifissru rispettivament impriza gestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(h) il-frazi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b'bastiment jew
ingenji ta’ l-ajru mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief meta
l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(i) il-frazi ''awtorita  kompetenti'' tfisser:
(i) fil-kaz ta’ Malta, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(ii) fil-kaz tas-Sirja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rapprezentant
awtorizzat tieghu.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frazi
li ma tkunx imfissra fih ghandu jkollha t-tifsir kif moghti lilha taht il-ligijiet tat-
taxxa ta’ dak l-Istat li l-Ftehim japplika ghalihom, liema tifsir ghandu jipprevalixxi
fuq it-tifsir provdut ghal dik il-frazi f’ferghat ohra tal-ligi ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, r-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
simili.  Izda din il-frazi m’ghandhiex tinkludi lil xi persuna li tkun suggetta ghat-
4 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
taxxa f’dak l-Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit kif gej:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar permanenti
ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet personali u ekonomici
tieghu ikunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-disposizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li jkun
cittadin tieghu;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejniethom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-manigg taghha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b'mod specjali:
(a) post ta’ manigg;
(b) fergha;
(c) ufficcju;
(d) fabbrika;
(e) hanut tax-xoghol;
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling; u
(g) postijiet li jintuzaw bhala hwienet.
3. Art li tkun qeghda tinbena jew kostruzzjoni jew progett ta’ assemblagg
jikkostitwixxu stabbiliment permanenti biss jekk idumu ghal aktar minn sitt xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
''stabbiliment permanenti'' ghandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop uniku ta’ hazna jew ta’ wiri ta’ oggetti
jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ hazna jew ta’ wiri;
(c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ processar minn impriza ohra;
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 5
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija jew ta’ gbir ta’ taghrif ghall-impriza;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attivita  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirrizulta
minn din il-kombinazzjoni tkun wahda ta’ xorta preparatorja jew
awziljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed tagixxi u
jkollha, u tkun soltu tezercita, fi Stat Kontraenti awtorita  biex taghmel kuntratti
f’isem l-impriza, dik l-impriza ghandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat ghar-rigward ta’ kull attivita  li dik il-persuna taghmel ghal dik l-
impriza, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati ghal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jigu ezercitati minn go post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bhala stabbiliment permanenti taht id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriza ta’ Stat Kontraenti ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor biss minhabba li tkun tiggestixxi negozju f’dak
l-Istat l-iehor permezz ta’ sensal, agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor
bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju
tan-negozju taghhom. Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ agent bhal dak ikunu
ghalkollox, jew kwazi, dedikati f’isem dik l-impriza, huwa ma jitqiesx li jkun agent
bi status indipendenti fis-sens moghti b’dan il-paragrafu. 
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, jew li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta'
stabbiliment permanenti sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija wahda jew l-ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETA  IMMOBBLI
1. Income minn proprjeta  immobbli (inkluz income mill-agrikoltura jew hidma
fil-boskijiet) jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjeta
immobbli.
2. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi ''proprjeta  immobbli'' ghandu jkollha
t-tifsira li ghandha taht il-ligi ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta
involuta;  il-frazi ghandha f’kull kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta
immobbli, bhejjem f’razzett u taghmir li jintuza fl-agrikoltura u fil-hidma fil-
boskijiet, drittijiet li ghalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-ligi generali dwar
il-proprjeta  ta' l-art, l-uzufrutt tal-proprjeta  immobbli u drittijiet dwar hlasijiet
varjabbli jew fissi bhala korrispettiv ghal hidma fi, jew id-dritt li jinhadmu, jew
ghall-esplorazzjoni ta’, depoziti minerali, ghejjun u rizorsi ohra naturali;  bastimenti,
opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx jitqiesu bhala proprjeta  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ikunu japplikaw ghal income
li jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-
income minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli
uzata ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
6 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
5. Meta persuna jkollha ishma jew xi drittijiet ohra f’xi kumpannija, trust jew
istituzzjoni paragunabbli u bis-sahha ta’ dan tkun intitolata li tgawdi proprjeta
immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti u li tinzamm minn dik il-kumpannija, trust
jew istituzzjoni paragunabbli, l-income mill-uzu dirett, kiri jew uzu f’xi ghamla ohra
ta’ dak id-dritt ta’ tgawdija minn dik il-persuna jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7 u 14.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu jigu intaxxati fl-Istat Kontraenti l-iehor izda biss ghal dik il-parti minnhom
daqskemm tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti jigu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jaghmel
kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew ohrajn
bhalhom taht l-istess kundizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti
jew ma’ imprizi assocjati ohra li tkun tittratta maghhom.
3. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inkluzi l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’ohra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti minhabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriza lill-partijiet diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 2 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jigi adottat ghandu, madankollu, jsir hekk li r-rizultat ghandu jkun skond
il-principji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
6. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti ta’ dan l-Artikolu, l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-
istess metodu sena wara l-ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u
sufficjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income  li qeghdin jigu trattati
separatament fl-Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan  l-Artikolu  ma ghandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-ligi ta’ l-Istat Kontraenti dwar l-intaxxar ta’ profitti mill-
kummerc ta’ l-assigurazzjoni.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 7
Artikolu 8
TBAHHIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti jew
ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.  Dawk il-profitti ghandhom jinkludu profitti li jinkisbu mill-impriza minn
attivitajiet ohra, u partikolarment mill-uzu, manutenzjoni jew kiri ta’ containers li
jintuzaw fit-trasport ta’ oggetti jew merkanzija fit-traffiku internazzjonali, sakemm
dawk l-attivitajiet ikunu incidentali ghat-thaddim ta’ bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru
fit-traffiku internazzjonali mill-impriza.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ukoll japplikaw ghal profitti
mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat internazzjonali.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jinkludux profitti li impriza ta’
Stat Kontraenti taghmel bil-hlas ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgh li jsir, fl-Istat
Kontraenti l-iehor, ta’ biljetti ta’ l-ivvjaggar bl-ajru u l-bahar li jkunu jappartjenu lil
imprizi ohra.
Artikolu 9
IMPRIZI ASSOCJATI
1. Meta:
(a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jew 
(b) l-istess persuni jippartecipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-Istat l-iehor u l-profitti hekk inkluzi jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet maghmula bejn iz-
zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti,
ghaldaqshekk dak l-Istat l-iehor jista’ jaghmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti jekk dak l-Istat l-iehor ikun iqis it-tibdil
gustifikat.  Biex jigi stabbilit it-tibdil, ghandhom jitqiesu kif dovut id-
disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti ghandhom jekk ikun hekk mehtieg jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Dividendi msemmija fil-paragrafu 1 jistghu ukoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tieghu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun residenti u skond
il-ligijiet ta’ dak l-Istat.  Madankollu, it-taxxa totali ta’ Malta jew tas-Sirja fuq il-
8 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
profitti ta’ kumpannija u d-dividendi mqassma minn dik il-kumpannija, skond il-kaz,
m’ghandhiex teccedi l-massimu tat-taxxa li tithallas fuq il-profitti tal-kumpannija li
minnhom jithallsu d-dividendi.
3. Il-frazi ''dividendi'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn kull
ghamla ta’ ishma, jew drittijiet ohra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
partecipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jinghata l-
istess trattament fl-intaxxar bhallikieku kien income minn ishma skond il-ligijiet ta’
l-Istat li tieghu l-kumpannija li tkun qed taghmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaghmel
f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita.  F’dak il-kaz
ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-kaz.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija, hlief daqskemm dawk id-dividendi
jithallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew daqskemm il-holding li dwaru
jithallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bazi stabbilita sitwati f’dak Istat l-iehor, lanqas jissuggetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat
l-iehor.
Artikolu 11
MGHAX 
1. Mghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dak l-imghax jista’ wkoll jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
jorigina u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda, jekk is-sid beneficjarju ta’ l-imghax
ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor it-taxxa hekk mhallsa m’ghandhiex
taqbez 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imghax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, kull mghax bhal dak imsemmi
fil-paragrafu 1 ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li min jircevih ikun
residenti fih, jekk is-sid beneficjarju ta’ l-imghax ikun resident ta’ dak l-Istat, u jekk
titwettaq xi wahda minn dawn il-kondizzjonijiet li gejjin:
(a) min jircevih ikun Stat Kontraenti, jew xi awtorita  lokali tieghu, jew
korp statutorju ta’ l-wiehed jew l-ohra, inkluz il-bank centrali ta’ dak l-
Istat;  jew dak l-imghax jithallas minn Stat Kontraenti, jew mill-
awtoritajiet lokali tieghu, jew minn korp statutorju ta’ l-wiehed jew l-
ohrajn;  jew
(b) dak l-imghax jithallas ghar-rigward ta’ xi pretensjoni ta'’debitu jew self
li jkun garantit, assigurat jew appoggat minn Stat Kontraenti jew minn
xi persuna ohra li tagixxi f’isem Stat Kontraenti.
4. Il-frazi ''mghax'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 9
jaghti  xi jedd ghal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inkluzi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet ghal hlas
tardiv m’ghandhomx jitqiesu bhala mghax ghall-ghanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jithallas l-imghax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilita. F’kaz bhal dak ghandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
6. L-imghax ghandu jitqies li jorigina fi Stat Kontraenti meta l-persuna li tkun
qed thallas l-imghax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha
fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom
kien sar id-dejn li fuqu jithallas l-imghax u dak l-imghax jiggarrab, minn dak l-
istabbiliment jew bazi fissa.
7. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l-imghax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi.  F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriginaw u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, imma t-taxxa hekk
mhallsa m’ghandhiex teccedi 18 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties imsemmi
fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom bi ftehim reciproku jiffissaw il-mod kif japplikaw dawn il-
limitazzjonijiet.
3. Il-frazi ''royalties'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv ghall-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xoghol litterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici, jew
tapes ghax-xandir bit-televizjoni jew bir-radju, kull privattiva, trade mark, disinn
jew mudell, pjan, jew taghmir industrijali jew xjentifiku, jew ghal informazzjoni
dwar konoxxenza industrijali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties jinqalghu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jaghmel servizzi personali
indipendenti f’dak l-Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt
jew il-proprjeta  li dwarhom jithallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita.  F’dak il-kaz ghandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriginaw fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun dak
l-Istat Kontraenti nnifsu, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti.
10 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti
ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti
jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom kienet saret l-obbligazzjoni li fuqu jithallsu
r-royalties u dawk ir-royalties jiggarbu minn dak l-istabbiliment jew bazi fissa,
ghaldaqstant dawk ir-royalties ghandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat Kontraenti fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bazi fissa.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejniethom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun
l-uzu, id-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-
ammont l-ahhar imsemmi.  F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlasijiet ghandha tibqa’
taxxabbli skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet
l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
QLIGH KAPITALI
1. Qligh li jinkiseb mit-trasferiment ta’ proprjeta  immobbli jista’ jigi intaxxat
fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjeta  immobbli.
2. Qligh mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi paragunabbli f’kumpannija li
l-attiv ikun ghalkollox jew principalment jikkonsisti fi proprjeta  immobbli, jista’ jigi
intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-attiv jew l-attiv principali tal-
kumpannija.
3. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmel parti mill-proprjeta
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi stabbilita
disponibbli ghal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak il-qligh mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza kollha) jew ta’ dik il-
bazi stabbilita, jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
4. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  immobbli li tkun taghmel parti mill-
proprjeta  kummercjali ta’ intrapriza ta’ Stat Kontraenti u li tkun tikkonsisti
f’bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru operati fi traffiku internazzjonali jew proprjeta
mobbli li tkun tappartjeni ghall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti.
5. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tieghu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi
professjonali jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti ghandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, dak l-income jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor
f’dawn ic-cirkostanzi li gejjin:
(a) jekk ikollu bazi stabbilita regolarment disponibbli ghalih fl-Istat
Kontraenti l-iehor bil-ghan li jwettaq l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz hi
biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bazi stabbilita li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal perjodu jew
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 11
ghal perjodi li fit-total ikunu jaqbzu l-183 gurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda ghaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-kaz
hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tinkiseb mill-attivita
tieghu esercitata fl-Istat Kontraenti l-iehor li tista’ tigi intaxxata f’dak l-
Istat l-iehor.
2. Il-frazi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistici,
edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inginiera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens iehor bhal dawk li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk isehhu dawn il-kondizzjonijiet
kollha:
(a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda ghaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta;
(b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor; u
(c) il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti jew bazi
stabbilit li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg ezercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
sportiv, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu ezercitati fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali ezercitati minn min jaghti spettaklu
jew sportiv fil-kapacita  tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu
jew l-isportiv innifsu izda minn xi persuna ohra, sew jekk residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli
7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ min jaghti
12 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
spettaklu jew ta’ l-isportiv jigu ezercitati.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, income miksub minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala artist jew sportiv mill-attivitajiet personali li bhala
tali jezercita fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu jkun intaxxat biss fl-Istat l-ewwel
imsemmi jekk dawk l-attivitajiet fl-Istat l-iehor jkunu principalment sostnuti minn
fondi pubblici ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi jew ta’ l-awtoritajiet lokali tieghu.
Artikolu 18
PENSJONIJIET
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens iehor simili li jithallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minhabba f’xi impieg imghoddi ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet u hlasijiet ohra taht
il-legislazzjoni tas-sigurta  socjali ta' Stat Kontraenti ghandhom ikun intaxxati biss
f’dak l-Istat.
3. Ebda haga li tinsab fil-paragrafi 1 u 2 m’ghandha taffettwa d-
disposizzjonijiet tal-ligi ta’ Stat Kontraenti li jirrigwardaw l-ezenzjoni ta’
pensjonijiet mit-taxxa.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili, minbarra pensjoni, mhallsa
minn Stat Kontraenti jew minn awtorita  lokali tieghu lil individwu ghar-
rigward ta’ servizzi moghtijin lil dak l-Istat jew awtorita  ghandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili ghandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-servizzi jinghataw
f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) huwa jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mhallsa minn, jew li tohrog minn fond mahluq minn, Stat
Kontraenti jew minn awtorita  lokali tieghu lil individwu ghar-rigward
ta’ servizzi moghtija lil dak l-Istat jew awtorita  ghandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-iehor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u cittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 ghandhom japplikaw ghal kull
salarju, paga u rimunerazzjoni simili u ghal pensjonijiet, ghar-rigward ta’ servizzi
moghtijin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun gestit minn Stat Kontraenti
jew minn awtorita  lokali tieghu.
4. Ebda haga li tinsab fil-paragrafu 2 m’ghandha taffettwa d-disposizzjonijiet
tal-ligi ta’ Stat Kontraenti li jirrigwardaw l-ezenzjoni ta’ pensjonijiet mit-taxxa.
Artikolu 20
STUDENTI 
Kull hlas li student jew apprendist fil-kummerc li jkun jew kien minnufih
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 13
qabel ma jzur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor u li jkun prezenti
fl-ewwel imsemmi Stat unikament ghall-ghan ta’ l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu
jircievi ghall-fini ta’ mantniment, l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu ma jkunx
taxxabbli f’dak l-Istat, sakemm dawk il-hlasijiet joriginaw minn ghejjun li ma
jkunux f’dak l-Istat.
Artikolu 21
INCOME IEHOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalghu minn fejn
jinqalghu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, ghax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi
fissa.  F’dak il-kaz ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’
l-Artikolu 14, skond il-kaz.
Artiklu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor,
ghaldaqstant l-ewwel Stat Kontraenti ghandu jippermetti bhala tnaqqis mit-taxxa fuq
l-income ta’ dak ir-residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income imhallsa fl-
Istat Kontraenti l-iehor; dak it-tnaqqis m’ghandux, madankollu, jeccedi dik il-parti
mit-taxxa fuq l-income, kif din tinhadem qabel ma jinghata t-tnaqqis, kif attribwibbli
ghall-income li jista’ jkun intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor.
2. Meta, skond xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti jkun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’
madankollu fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-
residenti, iqis l-income ezentat.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu suggetti fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew ghal xi htiega li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom cittadini
ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi, b’mod partikolari ghar-rigward ta’
residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti. 
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma ghandhiex tiftiehem bhala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkoncedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi
allowances, helsien u tnaqqis personali ghall-ghanijiet ta’ tassazzjoni minhabba fl-
istatus civili jew responsabbiltajiet familjari li tikkoncedi lir-residenti taghha.
3. Hlief fejn d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, il-paragrafu 7
ta’ l-Artikolu 11, jew il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mghax, royalties u
14 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
hlasijiet ohra li jithallsu minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandhom, ghall-ghan li jigu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriza, jigu mnaqqsa taht l-istess kondizzjonijiet bhallikieku
kienu mhallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
suggetti l-imprizi  ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
Artikolu 24
PROCEDURA GHAL FTEHIM RECIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati
Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-
awtorita  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu huwa jkun residenti jew, jekk il-
kaz tieghu jkun jaqa’ taht il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat
Kontraenti li tieghu huwa jkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet
snin minn l-ewwel avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk ikunx jidhrilha li l-
oggezzjoni tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni
sodisfacenti, li tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’
zmien fil-ligi domestika ta’ l- Stati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti ta’ dan
l-Artikolu. Meta jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlahaq ftehim li jkun hemm
skambju verbali ta’ opinjonijiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’
kummissjoni maghmula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
5. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu bi ftehim reciproku
jaqblu dwar il-mod kif ghandu japplika dan il-Ftehim.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun mehtiega ghat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-ligijiet domestici ta’ l-Istati Kontraenti ghar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir tahthom ma jkunx kuntrarju ghall-Ftehim.  L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1.  Kull informazzjoni li tigi
ricevuta mill-Istat Kontraenti ghandha tigi ttrattata bhala wahda sigrieta bl-istess
mod bhall-informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-Istat u ghandha
tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluzi qrati u korpi amministrattivi)
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA g L.S.123.59 15
involuti fl-istima jew fil-gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-decizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghal dawk l-ghanijiet. Huma jistghu
jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bhala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATICI JEW KARIGI KONSULARI
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatici jew karigi konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim specjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEHH
1. L-Istati Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin, permezz tal-kanali
diplomatici, meta jkunu sehhu l-htigiet legali ghad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim.
Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh tletin jum wara d-data ta’ l-ahhar minn dawn l-
avvizi.
2. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ghandu jkollhom effett ghar-rigward ta’ taxxi
fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’ kontijiet, skond il-kaz, li
jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li jigi minnufih wara d-data meta l-Ftehim
jibda jsehh.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
1. Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh sakemm ma jigix terminat minn Stat
Kontraenti.  Wara perjodu ta’ hames snin mid-data tad-dhul fis-sehh tal-Ftehim, Stat
Kontraenti il-wiehed jew l-iehor jista jittermina l-Ftehim billi jaghti avviz bil-
miktub tat-terminazzjoni, permezz tal-kanali diplomatici, mill-inqas sitt xhur qabel
tmiem xi sena kalendarja.
2. F’dik ic-cirkostanza, l-Ftehim ghandu jtemm milli jibqa’ jsehh ghar-rigward
ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew zmien ta’ kontijiet, skond
il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li jigi minnufih wara d-data meta
jinghata l-avviz tat-terminazzjoni.
B'XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL f’Damasku, illum 22 ta’ Frar, 1999 fl-ilsien Ingliz.
Guido de Marco M. Khaled Al Mahayni
16 L.S.123.59 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GHARBIJA TAS-SIRJA
Vici Prim Ministru Ministru tal-Finanzi
u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Ghall-Gvern  Ghall-Gvern 
tar-Repubblika ta’ Malta tar-Repubblika Gharbija tas-Sirja
