EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.65
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MA’ BARBADOS
3 ta’ Settembru, 2002
L-Avviz Legali 249 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income ma’ Barbados.
Arrangamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qieghed jigi dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mal-Barbados sabiex
jaghtu helsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li gejjin
imposti bil-ligijiet tal-Barbados:
(i) it-taxxa fuq l-income (inkluza t-taxxa fuq l-
income premium);
(ii) it-taxxa korporattiva (inkluza t-taxxa fuq il-
profitti tal-ferghat);  u
(iii) it-taxxa fuq petroleum winning operations;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fid-19 ta’ Gunju, 2002.
2 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U L-BARBADOS
DWAR-HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAGJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Barbados, billi jixtiequ jaghmlu Ftehim
dwar helsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evazjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income,  ftehmu kif gej:
ARTIKOLU 1
APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wiehed jew fit-tnejn li huma.
ARTIKOLU 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim ghandu japplika ghat-taxxi fuq l-income imposti minn Stat
Kontraenti, irrispettivament mill-mod kif dawn jingabru.
2. Ghandhom jitqiesu bhala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha  imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inkluzi taxxi fuq dhul mill-bejgh ta’
proprjeta  mobbli jew immobbli u taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mhallsa mill-imprizi.
3. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika dan il-Ftehim huma:
a) fil-Barbados:
(i) it-taxxa fuq l-income (inkluza t-taxxa fuq l-income premium);
(ii) it-taxxa korporattiva (inkluza t-taxxa fuq il-profitti tal-ferghat);  u
(iii) it-taxxa fuq petroleum winning operations;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa tal-Barbados");
b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jigu imposti  wara d-data meta jigi ffirmat il-Ftehim b’zieda ma’, jew
minflok, it-taxxi ezistenti.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom jgharrfu lil xulxin b’kull tibdil sinifikanti li jkun sar fil-ligijiet rispettivi
taghhom dwar it-taxxa.
ARTIKOLU 3
TIFSIRIET GENERALI
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
tehtieg xort’ohra:
a) il-frazi "Barbados" tfisser il-gzira tal-Barbados u l-ibhra territorjali
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 3
rispettivi, inkluza kull area ohra ’l barra minn dawk l-ibhra territorjali li
skond id-dritt internazzjonali u l-ligijiet tal-Barbados tkun area fejn id-
drittijiet tal-Barbados ghar-rigward ta’ qiegh il-bahar u s-sottoswol u
tar-rizorsi naturali taghhom jistghu jigu ezercitati;
b) il-frazi "Malta" tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-
ohra ta’ l-arcipelagu Malti inkluzi l-ibhra territorjali taghhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegh il-bahar, is-sottoswol tieghu u l-kolonna ta’ bahar
sovrajacenti u adjacenti ghall-ibhra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta ghandha drittijiet sovrani, gurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali taghha, inkluza l-legislazzjoni
taghha ghar-rigward ta’ l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-rizorsi naturali taghha;
c) il-frazijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-iehor" ifissru l-
Barbados jew Malta, skond ma tkun tehtieg ir-rabta tal-kliem;
d) il-frazi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp iehor ta’
persuni;
e) il-frazi "kumpannija" tfisser korp maghqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp maghqud ghall-iskopijiet ta’ taxxa;
f) il-frazijiet "impriza ta’ Stat Kontraenti" u "impriza ta’ l-Istat Kontraenti
l-iehor" ifissru rispettivament impriza gestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
g) il-frazi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
ingenji ta’ l-ajru mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief meta
l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
h) il-frazi "awtorita  kompetenti" tfisser: 
(i) fil-Barbados, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
i) il-frazi "cittadin" tfisser:
i) ghar-rigward tal-Barbados:
(a) individwu li jkun cittadin tal-Barbados;
(b) persuna legali, socjeta  jew assocjazzjoni li tikseb l-istatus
taghha bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu fil-Barbados;
ii) ghar-rigward ta’ Malta:
(a) individwu li jkollu n-nazzjonalita  ta’ Malta;
(b) persuna legali, socjeta  jew assocjazzjoni li tikseb l-istatus
taghha bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu f’Malta.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim f’kull zmien minn Stat
Kontraenti, kull frazi li ma tkunx imfissra fih ghandu jkollha, kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ohra, t-tifsira moghtija lilha f’dak il-waqt taht il-ligi
ta’ dak l-Istat ghall-finijiet tat-taxxi li dwarhom ikun japplika l-Ftehim, hekk li kull
tifsir taht il-ligijiet tat-taxxa li jkunu fis-sehh f’dak l-Istat ikun jipprevalixxi fuq xi
tifsira moghtija lil dik il-frazi taht ligijiet ohra ta’ dak l-Istat.
4 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 4
RESIDENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, r-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
simili.  Din il-frazi, madankollu, ma tinkludix lil xi persuna li tkun suggetta ghat-
taxxa f’dak l-Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit kif gej:
a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar permanenti
ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu jitqies li huwa
residenti biss ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet personali u ekonomici
tieghu ikunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi vitali);
b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-disposizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li jkun cittadin
tieghu;
d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejnithom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, ghaldaqstant hija titqies li tkun
residenti biss ta’ l-Istat li fih ikun jinsab il-post ta’ manigg effettiv taghha.
ARTIKOLU 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod specjali:
a) post ta’ manigg;
b) fergha;
c) ufficcju;
d) fabbrika;
e) hanut tax-xoghol;  u
f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frazi "stabbiliment permanenti" ghandha tkun tinkludi wkoll:Ð
a) art li tkun qeghda tinbena, progett ta’ kostruzzjoni, assemblagg jew
stallazzjoni jew attivitajiet ta’ sorveljanza li jkollhom x’jaqsmu ma’
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 5
dan, izda biss meta dik l-art, dak il-progett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu ghal perjodu ta’ izjed minn sitt xhur;
b) l-ghoti ta’ servizzi, inkluzi servizzi ta’ konsulenza, minn impriza
permezz ta’ impjegati jew persunal iehor imqabbad mill-impriza
ghaldaqstant, izda biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu (ghall-istess
progett jew ghal wiehed konness) fi Stat Kontraenti ghal perjodu jew
perjodi li flimkien igibu izjed minn sitt xhur matul xi perjodu ta’ tnax-il
xahar li jkun.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
"stabbiliment permanenti" ghandha titqies li ma tinkludix:
a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop uniku ta’ hazna jew ta’ wiri ta’ oggetti
jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ hazna, wiri jew kunsinna;
c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ pprocessar minn impriza ohra;
d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija, jew ta’ gbir ta’ taghrif, ghall-impriza;
e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja;
f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi a) sa e),
kemm-il darba l-attivita  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirrizulta
minn din il-kombinazzjoni tkun wahda ta’ xorta preparatorja jew
awziljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed tagixxi u
jkollha, u tkun soltu tesercita, fi Stat Kontraenti awtorita  biex taghmel kuntratti
f’isem l-impriza, dik l-impriza ghandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat ghar-rigward ta’ kull attivita  li dik il-persuna taghmel ghal dik l-
impriza, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati ghal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jigu esercitati minn go post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bhala stabbiliment permanenti taht id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriza ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti unikament ghaliex tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’
sensal, agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor bi status indipendenti,
sakemm dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju tan-negozju taghhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ dak l-agent ikunu dedikati ghalkollox jew kwazi
ghalkollox ghal dik l-impriza, huwa ma jitqiesx bhala agent ta’ status indipendenti
fil-parametri tat-tifsir moghti f’dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, jew li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija wahda jew l-ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
6 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 6
INCOME MINN PROPRJETa  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobbli (inkluz income mill-agrikoltura jew hidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Il-frazi "proprjeta  immobbli" ghandu jkollha t-tifsira li ghandha taht il-ligi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta  involuta.  Il-frazi ghandha f’kull
kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobbli, bhejjem f’razzett u
taghmir li jintuza fl-agrikoltura, drittijiet li ghalihom japplikaw id-disposizzjonijiet
tal-ligi generali dwar il-proprjeta  ta’ l-art, l-uzufrutt tal-proprjeta  immobbli u d-
drittijiet dwar hlasijiet varjabbli jew fissi bhala korrispettiv ghal hidma fi, jew id-
dritt li jinhadmu, jew ghall-esplorazzjoni ta’, depoziti minerali, ghejjun u rizorsi
ohra naturali;  bastimenti, opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx jitqiesu
bhala proprjeta  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom japplikaw ghal income li
jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-
income minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli
uzata ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu jigu intaxxati fl-Istat l-iehor izda biss ghal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun qed
tiggestixxi attivitajiet kummercjali f’dak l-Istat l-iehor xort’ohra milli permezz ta’
stabbiliment permanenti ta’ l-istess xorta jew wahda simili bhall-attivitajiet
kummercjali gestiti mill-istabbiliment permanenti, ghaldaqstant il-profitti ta’ dawk
l-attivitajiet jistghu jkunu attribwibbli ghall-istabbiliment permanenti kemm-il darba
l-impriza ma turix li dawk l-attivitajiet ma setghux gew regonevolment  gestiti mill-
istabbiliment permanenti.
3. Bla hsara ghald-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun qed tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti
jigu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-profitti li kien ikun mistenni
jaghmel kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew
ohrajn bhalhom taht l-istess kundizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti.
4. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inkluzi l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun jinsab l-istabbiliment permanenti sew band’ohra.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 7
5. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti minhabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriza lill-partijiet diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 3 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jigi adottat ghandu, madankollu, jkun tali li r-rizultat ghandu jkun skond
il-principji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
6. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
7. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti, l-profitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u sufficjenti biex dan ma jsirx.
8. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income  li qeghdin jigu ttrattati
separatament f’Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma ghandhomx jintlaqtu bid-disposizzjonijiet ta’ dan l- Artikolu.
ARTIKOLU 8
TBAHHIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti jew
ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat. 
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ukoll japplikaw ghal profitti
mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat internazzjonali.
ARTIKOLU 9
IMPRIGI ASSOCJATI
1. Meta:
a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, jew
b) l-istess persuni jippartecipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, 
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux ghal dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi,
imma, minhabba f’dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu
inkluzi fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-Istat l-iehor u l-profitti hekk inkluzi jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet maghmula bejn iz-
zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti,
ghaldaqshekk dak l-Istat l-iehor jista’ jaghmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti.  Biex jigi stabbilit dak it-tibdil, ghandhom
8 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jekk ikun hekk mehtieg jikkonsultaw lil
xulxin.
ARTIKOLU 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata fl-Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn il-kumpannija li thallas id-dividendi tkun residenti tieghu u skond il-
ligijiet ta’ dak l-Istat, imma:
a) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-
Barbados lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju ta’ dawk id-
dividendi, t-taxxa tal-Barbados hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed
minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
beneficjarju jkun kumpannija li jkollha direttament mill-inqas 5
fil-mija tal-kapitali tal-kumpannija li tkun qed thallas id-
dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-kazijiet l-ohra
kollha;
b) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tal-Barbados li jkun is-sid beneficjarju ta’ dawk id-
dividendi, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi
m’ghandhiex tkun izjed minn dak li jithallas fuq il-profitti li minnhom
jithallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu m’ghandux ikun jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija ghar-
rigward tal-profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
3. Il-frazi "dividendi" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, jew drittijiet ohra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-partecipazzjoni fi
profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi ohra li jinghata l-istess
trattament fl-intaxxar bhallikieku kien income minn ishma skond il-ligijiet ta’ l-Istat
li tieghu l-kumpannija li tkun qed taghmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaghmel
f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita.  F’dak il-kaz
ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-kaz.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija, hlief daqskemm dawk id-dividendi
jithallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew daqskemm il-holding li dwaru
jithallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ stabbiliment permanenti jew
ma’ bazi stabbilita sitwati f’dak Istat l-iehor, lanqas jissuggetta l-profitti mhux
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 9
imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat
l-iehor.
6. Meta kumpannija, li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor, tikseb profitti jew income minn dak l-
istabbiliment permanenti, kull flus mibghuta jew meqjusa li jintbaghtu ta’ dawk il-
profitti jew income mill-istabbiliment permanenti lill-kumpannija li tkun residenti
ta’ l-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi jistghu, minkejja kull provvediment iehor ta’
dan il-Ftehim, jigu intaxxati skond il-ligi ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, imma r-rata
ta’ taxxa imposta fuq dawk il-flus mibghuta ma ghandhiex tkun teccedi 5 fil-mija.
ARTIKOLU 11
IMGHAX
1. Imghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat biss f’dak l-Istat l-iehor.
2. Madankollu, dak l-imghax jista’ wkoll jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
dan jorigina u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jircievi jkun is-sid
beneficjarju ta’ dak ta’ l-imghax, it-taxxa hekk mitluba m’ghandhiex teccedi 5 fil-
mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imghax. 
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, imghax li jorigina fi Stat
Kontraenti u li jithallas lill-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, jew lil xi agenzija
jew istrumentalita  taghha, jkun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-ewwel
imsemmi.  Ghall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-frazi "Gvern" tinkludi l-Bank
Centrali ta’ Barbados, il-Bank Centrali ta’ Malta, u kull istituzzjoni simili ohra li
jista’ jkun hemm ftehim dwarha minn zmien ghal zmien mill-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti.
4. Il-frazi "imghax" kif inhi wzata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk assigurati b’ipoteka sew jekk le, u
sew jekk ikollhomx dritt li jippartecipaw fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod
partikolari, income  minn titoli tal-Gvern u income minn bonds jew debentures,
inkluzi premiums u premjijiet relatati ma’ dawk it-titoli, bonds jew debentures.
Hlasijiet ta’ penali ghal hlas tardiv ma jitqiesux bhala imghax ghall-finijiet ta’ dan l-
Artikolu.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jithallas l-imghax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilita. F’kaz bhal dak ghandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
6. Ghandu jitqies li jorigina imghax fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas l-imghax, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni mieghu tkun inkisbet il-qaghda ta’ debitu
li fuqu jithallas l-imghax, u dak l-imghax jingarr minn dak l-istabbiliment
permanenti jew minn dik il-bazi fissa, allura dak l-imghax ghandu jitqies bhala li
jorigina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew bazi fissa.
10 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
7. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l-imghax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi.  F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistghu jigu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalghu u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jircevihom
ikun is-sid beneficjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed
minn 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frazi "royalties" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv ghall-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ xi dritt ta’ l-
awtur ta’ xoghol letterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici,
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew process sigrieti, jew
ghal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummercjali jew xjentifika.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, royalties dwar id-drittijiet
ta’ l-awtur ghar-rigward ta’ l-uzu, jew id-dritt ta’ l-uzu ta’ xi xoghol litterarju,
artistiku jew xjentifiku (inkluzi royalties dwar films cinematografici) li joriginaw fi
Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jkunu ezenti mit-
taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqalghu ir-royalties, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jaghmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjeta  li dwarhom jithallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita.  F’dak il-kaz, ghandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz.
6. Royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu fi Stat Kontraenti meta min
ihallashom ikun dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika, awtorita  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li thallas ir-royalties, sew jekk
tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk ma tkunx, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bazi stabbilit li dwaru jkun ittiehed l-obbligu li jithallsu
r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbilta  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilit, allura dawk ir-royalties ghandhom jitqiesu li jinqalghu
fl-Istat li fih ikun qieghed l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilit.
7. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
effettiv jew bejnithom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’
x’ikun l-uzu, d-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-
ammont li kien ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’
dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss
ghall-ammont l-ahhar imsemmi.  F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlasijiet ghandha
tibqa’ taxxabbli skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 11
disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
QLIGH KAPITALI
1. Qligh li jinkiseb minn resident ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjeta  immobbli msemmi fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-iehor
jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Qligh li jinkiseb mit-trasferiment ta’ ishma jew jeddijiet komparabbli
f’kumpannija li jkollha l-assi taghha jikkonsistu direttament jew indirettament
principalment fi proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti jista’ jigi
intaxxat f’dak l-Istat.
3. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmel parti mill-proprjeta
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi stabbilita
disponibbli ghal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak il-qligh mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza kollha) jew ta’ dik il-
bazi stabbilita, jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
4. Qligh li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru li jithaddmu fi traffiku internazzjonali, jew minn
proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghat-thaddim ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji
ta’ l-ajru, ghandhom jigu intaxxati biss f’dak l-Istat.
5. Qligh li jinkiseb mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik imsemmija
fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4, ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li t-trasferent
ikun residenti tieghu.
ARTIKOLU 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi
professjonali jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti ghandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, dak l-income jista’ wkoll jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti
l-iehor f’dawn ic-cirkostanzi li gejjin:
a) jekk ikollu bazi stabbilita regolarment disponibbli ghalih fl-Istat
Kontraenti l-iehor bil-ghan li jwettaq l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz hi
biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bazi stabbilita li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor;
jew
b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal perjodu jew
ghal perjodi li fit-total ikunu jaqbzu l-183 gurnata f’perjodu ta’ 12-il
xahar li jibda ghaddej jew itemm fis-sena kalendarja inkwistjoni;  f’dak
il-kaz, hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tinkiseb mill-
attivita  mwettqa f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor matul il-perjodu jew
perjodi hawn qabel imsemmija li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat l-
iehor.
2. Il-frazi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistici,
edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inginiera, periti, dentisti u accountants.
12 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens iehor bhal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
esercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor.  Jekk l-impieg jigi hekk esercitat, dak il-
kumpens li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg esercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda ghaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor, u
c) il-kumpens ma jkunx piz fuq stabbiliment permanenti jew bazi stabbilit
li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg esercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn residenti ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxat f’dak l-
Istat.
ARTIKOLU 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti fl-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
ARTIKOLU 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
sportiv, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu esercitati fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali esercitati minn min jaghti spettaklu
jew sportiv fil-kapacita  tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu
jew l-isportiv innifsu imma minn xi persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih
jigu esercitati l-attivitajiet ta’ min jaghti spettaklu jew ta’ l-isportiv.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma ghandhomx ikunu japplikaw ghal
income li jinkiseb minn attivitajiet li jsiru fi Stat Kontraenti minn min jaghti
spettaklu jew sportivi jekk il-vizta f’dak l-Istat tkun sostanzjalment appoggata
b’fondi pubblici ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jew sottodivizjoni politika jew awtorita
lokali tieghu.  F’tali kaz l-income ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat fejn ikun
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 13
residenti min jaghti spettaklu jew l-isportiv.
ARTIKOLU 18
PENSJONIJIET U HLASIJIET TAS-SIGURTA  SOCJALI
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens iehor simili li jithallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minhabba f’xi impieg imghoddi ghandhom ikunu taxxabbli  biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1, pensjonijiet u hlasijiet ohra li
jinghataw taht il-legislazzjoni tas-sigurta  socjali ta’ Stat Kontraenti  ghandhom
ikunu biss taxxabbli f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. Kull salarju, paga u kumpens iehor simili, minbarra pensjoni, mhallsa minn
Stat Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali tieghu lil
individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtijin lil dak l-Istat jew sottodivizjoni jew
awtorita  ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens ghandu jkun
taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-servizzi jinghataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti ta’ dak l-Istat  li
(i) jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaghti
dawk is-servizzi.
3. Kull pensjoni mhallsa minn, jew li tohrog minn fond mahluq minn, Stat
Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali tieghu lil xi
individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtija lil dak l-Istat jew sottodivizjoni jew
awtorita -
(a) ghandha tkunu taxxabbli biss f’dak l-Istat; u
(b) ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-iehor jekk l-individwu
jkun residenti u cittadin ta’ dak l-Istat.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 ghandhom japplikaw ghal
kull kumpens inkluzi salarji, pagi u hlasijiet simili, u ghal pensjonijiet, ghar-rigward
ta’ servizzi moghtijin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun gestit minn Stat
Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali tieghu.
ARTIKOLU 20
STUDENTI U ALLJEVI
Hlasijiet li student, jew alljev, li jkun jew li kien minnufih qabel ma jzur Stat
Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor u li jkun prezenti fl-Istat l-ewwel
imsemmi unikament ghall-fini ta’ l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu, li huwa jircievi
ghall-finijiet tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu ma ghandhomx jigu
intaxxati f’dak l-Istat, sakemm dawk il-hlasijiet joriginaw minn ghejjun barra minn
dak l-Istat.
14 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 21
INCOME IEHOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, li ma jkunux ittrattati
fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim ghandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, jekk dak l-income jinkiseb minn ghejjun fl-Istat
Kontraenti l-iehor, dan jista’ wkoll jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, ghax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income jkunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi
stabbilita.  F’dak il-kaz ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew
ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
ARTIKOLU 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-kaz tal-Barbados, bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-ligijiet tal-
Barbados dwar l-ghoti ta’ kreditu kontra t-taxxa tal-Barbados ta’ taxxa li tithallas
f’territorju barra mill-Barbados, it-tassazzjoni doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
a) taxxa li tithallas taht il-ligijiet ta’ Malta u skond il-Ftehim, sew
direttament sew bi tnaqqis, fuq profitti jew income minn ghejjun gewwa
Malta (eskluzi, fil-kaz ta’ taxxa fuq dividendi li tithallas ghar-rigward
tal-profitti li minnhom jithallas id-dividend), ghandha tithalla bi kreditu
kontra kull taxxa tal-Barbados mahduma b’riferenza ghall-istess profitti
jew income li dwarhom tinhadem it-taxxa ta’ Malta;
b) fil-kaz ta’ dividend imhallas minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta lil kumpannija li tkun residenti tal-Barbados u li jkollha
direttament mill-inqas 5 fil-mija mill-kapital tal-kumpannija li tkun qed
thallas id-dividend, il-kreditu msemmi fis-subparagrafu (a) ghandu
jikkunsidra, it-taxxa ta’ Malta li ghandha tithallas mill-kumpannija li
thallas id-dividend dwar il-profitti li minnhom jithallas dak id-dividend;
u
c) il-kreditu, madankollu, ma ghandu f’ebda kaz ikun jeccedi l-parti mit-
taxxa, kif mahduma qabel ma jinghata l-kreditu, li tkun tapplika ghall-
income li jista’ jigi intaxxat f’Malta.
2. Fil-kaz ta’ Malta, bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-ligi ta’ Malta dwar l-
ghoti bi kreditu ghat-taxxa ta’ Malta ghar-rigward tat-taxxa barranija, it-tassazzjoni
doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluzi fi
stima ta’ Malta income minn sorsi fil-Barbados, it-taxxa tal-Barbados fuq dak l-
income ghandu jigi permess bhala kreditu ghat-taxxa ta’ Malta relattiva li tithallas
dwarhom.
3. Ghall-finijiet ta’ ghoti bi kreditu tat-taxxa li tithallas fi Stat Kontraenti,
skond ma tkun tehtieg ir-rabta tal-kliem, dan ghandu jitqies li jinkludi t-taxxa li tkun
xort’ohra tithallas fi Stat Kontraenti imma li tkun giet imnaqqsa jew imwarrba minn
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 15
dak l-Istat taht id-disposizzjonijiet legali tieghu dwar incentivi tat-taxxa li jkunu
jezistu fil-waqt tad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim jew disposizzjonijiet legali dwar
incentivi tat-taxxa li jistghu jsiru b’ligi aktar tard u li l-awtoritajiet kompetenti
jaqblu li jkunu ta’ xorta sostanzjalment simili.Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu ghandhom ikunu japplikaw ghall-ewwel ghaxar snin li matulhom ikun
effettiv dan il-Ftehim.  Dan il-perjodu jista’ jittawwal bi ftehim reciproku bejn l-
awtoritajiet kompetenti.
ARTIKOLU 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu suggetti fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew ghal xi htiega li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom cittadini
ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi u b’mod partikolari, ghar-rigward ta’
residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti.   Din id-disposizzjoni ghandha, minkejja
d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll ghal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi Stat Kontraenti wiehed jew tat-tnejn li huma.
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess ativitajiet.  Din id-disposizzjoni ma ghandhiex tiftiehem bhala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkoncedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi
allowances, helsien u tnaqqis personali ghall-ghanijiet ta’ tassazzjoni minhabba fl-
istatus civili jew ir-responsabbiltajiet familjari li tikkoncedi lir-residenti taghha.
3. Hlief fejn id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 7 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, imghax, royalties
u hlasijiet ohra li jithallsu minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandhom, ghall-fini li jigu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli
ta’ dik l-impriza, jigu mnaqqsa taht l-istess kondizzjonijiet bhallikieku dawn kienu
mhallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma ghandhomx jiftiehmu bhala li
jipprevjenu lill-Barbados milli tapplika t-taxxa taghha fuq profitti mill-ferghat bir-
rata specifikata taht l-Income Tax Act jew fuq il-profitti ta’ negozji zghar bir-rata
specifikata taht is-Small Business Development Act.
5. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
assoggettati l-imprizi  ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
6. Dan l-Artikolu ghandu japplika ghal taxxi li jkunu s-soggett ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 24
PROCEDURA GHAL FTEHIM RECIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati
Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
16 L.S.123.65 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
pprovduti mil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-
awtorita  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu huwa jkun residenti jew, jekk il-
kaz tieghu jkun jaqa’ taht il-paragrafu 1 ta’ l-artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti
li tieghu huwa jkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet snin minn l-
ewwel avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk ikunx jidhrilha li l-
oggezzjoni tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni
sodisfcenti, li tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-Ftehim.
Meta jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’ zmien
fil-ligi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti.
ARTIKOLU 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tistra’ tkun mehtiega ghat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-ligijiet domestici ta’ l-Istati Kontraenti ghar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir tahtom ma jkun kuntrarju ghall-Ftehim.  L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-artikolu 1.  Kull informazzjoni li tigi
ricevuta mill-Istat Kontraenti ghandha tigi ttrattata bhala wahda sigrieta bl-istess
mod bhall-informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-Istat u ghandha
tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluzi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-decizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghall-ghanijiet hawn imsemmija. Huma
jistghu jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bhala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor;
c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS g L.S.123.65 17
ARTIKOLU 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATICI U KARIGI KONSULARI
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatici jew karigi konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim specjali.
ARTIKOLU 27
BIDU FIS-SEHH
1. L-Istati Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin, permezz ta’ kanali
diplomatici, meta jkunu tharsu l-htigiet legali ghad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim. 
2. Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh tletin jum wara d-data li jasal l-ahhar
wiehed mill-avvizi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tieghu ghandu
jkollhom effett ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income li jinkisbu matul xi sena
kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-kaz, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar
jew wara dik id-data li jigu minnufih wara d-data li fiha jibda jsehh il-Ftehim.
ARTIKOLU 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh sakemm jigi terminat minn xi Stat
Kontraenti.  Sew Stat Kontraenti wiehed sew l-iehor jistghu jitterminaw il-Ftehim,
permezz tal-kanali diplomatici, billi jaghtu avviz tat-terminazzjoni mill-inqas sitt
xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda minnufih wara li jiskadi perjodu ta’
hames snin mid-data meta l-Ftehim jibda jsehh.  F’dak il-kaz, il-Ftehim ghandu
jtemm milli jibqa’ jsehh ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income li jinkisbu matul xi sena
kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-kaz, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar
jew wara dik id-data li jigu minnufih wara d-data li fiha jibda jsehh il-Ftehim.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL f’Londra, illum 5 ta’ Dicembru, 2001, f’zewg originali fl-ilsien
Ingliz.
Ghall-Gvern ta’ Malta Ghall-Gvern tal-Barbados
E.T. Dr George Bonello du Puis E.T. Mr Peter Patrick Simmons
