EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.66
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAL-MALASJA
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIZ LEGALI 281 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mal-Malasja.
Arrangamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qieghed jigi dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mal-Malasja sabiex
jaghtu helsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li gejjin
imposti bil-ligijiet tal-Malasja:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income supplimentari, jigifieri, t-
taxxa fuq l-izvilupp; u
(iii) it-taxxa fuq l-income mill-petroleum;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fl-1 ta’ Settembru, 2000.
2 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN MALTA U L-MALASJA
DWAR HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
Malta u l-Malasja, billi jixtiequ jaghmlu Ftehim dwar Helsien minn Taxxa
Doppja, ftehmu kif gej:
Artikolu 1
Ghan personali
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wiehed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
Taxxi koperti
1. Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal taxxi fuq l-income imposti minn Stat
Kontraenti, irrispettivament mill-mod kif dawn jingabru.
2. It-taxxi ezistenti li huma soggetti ghal dan il-Ftehim huma:
(a) fil-Malasja:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income supplimentari, jigifieri, t-taxxa fuq l-
izvilupp; u
(iii) it-taxxa fuq l-income mill-petroleum;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa tal-Malasja");
(b) f’Malta:
 it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim ma
ghandux japplika ghal taxxa li tkun thallset jew li tithallas f’Malta bir-rata li hemm
provdut dwarha fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income (Kap. 123).
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa fuq l-income identika jew
sostanzjalment simili li tigi imposta wara d-data meta jigi ffirmat dan il-Ftehim
b’zieda ma’, jew minflok, it-taxxi ezistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti ghandhom jgharrfu lil xulxin b’kull tibdil importanti li jkun sar fil-ligijiet
rispettivi taghhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
Tifsiriet generali
1. F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ohra:
(a) il-frazi "Malasja" tfisser it-territorji tal-Federazzjoni tal-Malasja, l-
ibhra territorjali tal-Malasja u qiegh il-bahar u s-sottoswol ta’ l-ibhra
territorjali, u tinkludi kull area li testendi lil hinn mil-limiti ta’ l-ibhra
territorjali tal-Malasja, u qiegh il-bahar u s-sottoswol ta’ kull area bhal
dik, li gew jew li jistghu jigu msemmija minn issa ’l quddiem taht il-
ligijiet tal-Malasja u skond id-dritt internazzjonali bhala area li fuqha l-
Malasja ghandha drittijiet sovrani ghall-finijiet ta’ l-esplorazzjoni ghal,
u l-esplojtazzjoni tar-rizorsi naturali, kemm dawk li jghixu kemm dawk
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 3
li ma jghixux;
(b) il-frazi "Malta" meta uzata f’sens geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta,
il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-ohra ta’ l-arcipelagu Malti inkluzi l-
ibhra territorjali taghhom, u kull area ’l barra mill-bahar territorjali ta’
Malta skond il-ligi internazzjonali li giet jew tista’ minn issa ’l quddiem
tigi msemmija, taht il-ligi ta’ Malta li tirrigwarda l-Blata Kontinentali,
bhala area li gewwa fiha d-drittijiet ta’ Malta ghar-rigward ta’ qiegh il-
bahar u s-sottoswol u r-rizorsi naturali taghhom jistghu jigu ezercitati;
(c) il-frazijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-iehor" ifissru il-
Malasja jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frazi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’ persuni
ttrattati bhala persuna ghall-finijiet ta’ taxxa;
(e) il-frazi "kumpannija" tfisser korp maghqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp maghqud ghall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frazi "impriza ta’ Stat Kontraenti" u "impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor" ifissru rispettivament impriza gestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(g) il-frazi "taxxa" tfisser it-taxxa tal-Malasja jew it-taxxa ta’ Malta, skond
ir-rabta tal-kliem;
(h) il-frazi "cittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, socjeta , assocjazzjoni u kull entita  ohra li tikseb l-
istatus taghha bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu fi Stat
Kontraenti;
(i) il-frazi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
ingenji ta’ l-ajru mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief meta
l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(j) il-frazi "awtorita  kompetenti" tfisser:
(i) fil-kaz tal-Malasja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rapprezentant
awtorizzat tieghu; u
(ii) fil-kaz ta’ Malta, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu.
2. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frazi li ma
tkunx imfissra fih ghandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg
xort’ohra, ikollha t-tifsir kif moghti lilha taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat ghall-finijiet
tat-taxxi li dan il-Ftehim japplika ghalihom.
Artikolu 4
Residenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti"
tfisser:
 (a) fil-kaz tal-Malasja, persuna li tkun residenti fil-Malasja ghall-finijiet
tat-taxxa tal-Malasja; u
(b) fil-kaz ta’ Malta, persuna li tkun residenti f’Malta ghall-finijiet tat-
taxxa ta’ Malta.
2. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit skond dawn ir-
4 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
regoli li gejjin:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti ghad-disposizzjoni tieghu. Jekk huwa jkollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet
personali u ekonomici tieghu ikunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-disposizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti unikament
ta’ l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tieghu jkun cittadin;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejnithom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti unikament ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-manigg
taghha.
Artikolu 5
Stabbiliment permanenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" ghandha tinkludi b’mod specjali:
(a) post ta’ manigg,
(b) fergha,
(c) uffccju,
(d) fabbrika,
(e) hanut tax-xoghol, u
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass (inkluz sit ta’ offshore drilling),
barriera jew kull post iehor ta’ estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluzi s-
sigar li jaghtu l-injam jew prodotti ohra tal-foresta;
(g) razzett jew qasam;
(h) art li tkun qeghda tinbena jew kostruzzjoni, stallazzjoni jew progett ta’
assemblagg li jezisti ghal izjed minn tnax-il xahar.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
"stabbiliment permanenti" ghandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-uzu ta’ facilitajiet unikament ghall-iskop ta’ hazna, wiri jew kunsinna
ta’ oggetti jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza unikament ghall-iskop ta’ hazna, wiri jew kunsinna;
(c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ processar minn impriza ohra;
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 5
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija, jew ta’ gbir ta’ taghrif ghall-impriza;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja.
4. Impriza ta’ Stat Kontraenti ghandha titqies bhala li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor jekk:
(a) twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza f’dak l-Istat l-iehor ghal izjed minn
tnax-il xahar b’konnessjoni ma’ kostruzzjoni, stallazzjoni jew progett
ta’ assemblagg li jkun qieghed isir f’dak l-Istat l-iehor; jew
(b) jkun hemm taghmir sostanzjali f’dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
jintuza jew jigi installat minn, ghal jew skond kuntratt ma’ l-impriza.
5. Persuna (li ma tkunx sensal, agent b’kummissjoni generali jew xi agent
iehor bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 6 li tkun qed tagixxi fi Stat
Kontraenti f’isem impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor ghandha titqies li tkun
stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi, jekk dik il-persuna:
(a) ikollha, u abitwalment tesercita fl-Istat l-ewwel imsemmi, awtorita  li
taghmel kuntratti f’isem l-impriza, kemm-il darba l-attivitajiet taghha
ma jkunux limitati ghax-xiri ta’ oggetti jew merkanzija ghall-impriza;
jew
(b) tkun abitwalment izzomm fl-Istat l-ewwel imsemmi hazna ta’ oggetti
jew ta’ merkanzija li jkunu jappartjenu lill-impriza li minnha hija
regolarment taqdi ordnijiet f’isem l-impriza;
(c) tkun timmanifattura jew tipprocessa fl-Istat l-ewwel imsemmi ghall-
impriza oggetti jew merkanzija li jkunu jappartjenu lill-impriza.
6. Impriza ta’ Stat Kontraenti ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-iehor biss minhabba li tkun tiggestixxi negozju f’dak
l-Istat l-iehor permezz ta’ sensal, agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor
bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju tan-
negozju taghhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ agent bhal dak ikunu ghalkollox, jew
kwazi ghalkollox, dedikati f’isem dik l-impriza, huwa m’ghandux jitqies bhala agent
bi status indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-agent u l-impriza ma jkunux saru
taht arm's length conditions.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
jew li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’ stabbiliment
permanenti sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija
wahda jew l-ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
Artikolu 6
Income minn proprjeta  immobbli
1.   Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobbli li jkunu jinsabu fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-
iehor.
2. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "proprjeta  immobbli" ghandha
titfisser skond il-ligijiet ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta  involuta.
Il-frazi ghandha f’kull kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobbli,
bhejjem f’razzett u taghmir li jintuza fl-agrikoltura u fil-hidma fil-boskijiet, drittijiet
li ghalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-ligi generali dwar il-proprjeta  ta’ l-art,
6 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
l-uzufrutt tal-proprjeta  immobbli u drittijiet dwar hlasijiet varjabbli jew fissi bhala
korrispettiv ghal hidma fi, jew id-dritt li jinhadmu, depoziti minerali, bjar taz-zejt
jew tal-gass (inkluz sit ta’ offshore drilling), barrieri u postijiet ohra mnejn issir l-
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluzi sigar li minnhom isir l-injam jew prodotti ohra
gejjin mill-foresti. Bastimenti, opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx
jitqiesu bhala proprjeta  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ikunu japplikaw ghal income
li jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-
income minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli
uzata ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
Profitti minn negozju
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu jigu intaxxati fl-Istat l-iehor imma biss fuq dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti jigu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jaghmel
kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew ohrajn
bhalhom taht l-istess kondizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez inkluzi spejjez amministrattivi ezekuttivi u
generali, li jkunu jistghu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment permanenti kien impriza
indipendenti, fil-qies li dawn ikunu ragonevolment allokabbli ghall-istabbiliment
permanenti, sew jekk isiru fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment
permanenti sew band’ohra.
4. Jekk l-informazzjoni disponibbli ghall-awtorita  kompetenti ma jkunx
adegwat biex jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu attribwiti lill-istabbiliment
permanenti ta’ impriza, ebda haga f’dan l-Artikolu ma ghandha tolqot l-
applikazzjoni ta’ xi ligi ta’ dak l-Istat ghar-rigward ta’ kif tigi stabbilita t-taxxa li
ghandha tithallas minn persuna bl-ezercizzju ta’ diskrezzjoni jew bl-ghemil ta’ stima
mill-awtorita  kompetenti, izda l-ligi ghandha tigi applikata, sakemm l-informazzjoni
disponibbli ghall-awtorita  kompetenti tkun tippermetti, skond il-principju li jinsab
f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
6. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti, l-profitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u sufficjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income li qeghdin jigu trattati
separatament f’Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 7
Artikolu 8
Tbahhir u trasport bl-ajru
1. Il-profitti li jinkisbu minn impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’
bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
2. Il-paragrafu 1 ghandu wkoll japplika ghas-sehem mill-profitti mit-thaddim
ta’ bastimenti jew ta’ ingenji ta’ l-ajru li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti
mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat internazzjonali.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Artikolu, il-profitti mit-thaddim
ta’ bastiment fi traffiku internazzjonali li jinkiseb minn kumpannija li tkun residenti
ta’ Malta u li jkollha izjed minn 25 fil-mija mill-kapital taghha li jkun, direttament
jew mhux, jappartjeni lil persuni li ma jkunux residenti f’Malta, jistghu jigu
intaxxati fil-Malasja kemm-il darba l-kumpannija ma ggibx prova li l-profitti li
jinkisbu mit-thaddim ta’ dak il-bastiment ikunu soggetti ghat-taxxa ta’ Malta
minghajr ma jitqies ebda helsien minnha skond ma hemm provdut fl-artikolu 86 ta’
l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Kap. 234) jew f’xi disposizzjoni identika jew
simili.
Artikolu 9
Imprizi assocjati
Meta:
(a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jew
(b) l-istess persuni jippartecipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
Artikolu 10
Dividendi
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Dividendi li jithallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-Malasja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi ghandhom ikunu ezenti
minn kull taxxa fil-Malasja li jkollha tithallas fuq dividendi b’zjieda mat-taxxa li
jkollha tithallas ghar-rigward tal-kumpannija. Ebda haga f’dan il-paragrafu ma
ghandha tolqot id-disposizzjonijiet tal-ligi tal-Malasja li tahtha t-taxxa dwar
dividend mhallsa minn kumpannija li tkun residenti tal-Malasja li minnha t-taxxa
tal-Malasja tkun giet, jew tkun tqieset li giet, imnaqqsa tkun tista’ tigi aggustata
b’riferenza ghar-rata ta’ taxxa adatta ghas-sena ta’ stima tal-Malasja li tigi minnufih
wara dik li fiha jkun thallas id-dividend.
3. (a) Dividendi li jithallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil
residenti tal-Malasja li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi jistghu
8 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
jkunu soggetti ghat-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross ta’ dawk id-
dividendi, imma t-taxxa li hekk tithallas m’ghandhiex tkun izjed minn
dik li tithallas fuq il-profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
(b) Meta dawk id-dividendi jithallsu minn profitti li taghmel kumpannija u
li jkunu soggetti ghat-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ taxxa taht
disposizzjonijiet specjali intizi biex igibu ’l quddiem l-investimenti
mehtiega ghall-izvilupp ekonomiku ta’ Malta, ir-rata tat-taxxa ta’ Malta
fuq id-dividendi ma ghandhiex tkun izjed minn dik ir-rata mnaqqsa.
4. Il-frazi "dividendi" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma jew minn drittijiet ohra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
partecipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jinghata l-
istess trattament fl-intaxxar bhallikieku kien income minn ishma skond il-ligijiet ta’
l-Istat li tieghu l-kumpannija li tkun qed taghmel it-tqassim tkun residenti.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’ghandhomx japplikaw jekk is-
sid beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, u l-holding
li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti. F’dak il-kaz, ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 7.
6. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb income jew
profitti mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija lil persuni li ma jkunux residenti ta’ dak l-
Istat l-iehor, jew jassoggetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq
il-profitti mhux imqassma, ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux
imqassma jkunu kollha kemm huma jew f’parti minnhom jikkonsistu f’income jew fi
profitti li jinqalghu f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 11
Mghax
1. Mghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dak l-imghax jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jorigina
u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jircevih ikun is-sid beneficjarju ta’
l-imghax, it-taxxa hekk imhallsa m’ghandhiex taqbez 15 fil-mija ta’ l-ammont gross
ta’ l-imghax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2, kull imghax li residenti ta’
Malta jkollu jedd beneficjarju ghalih ghandu jkun ezenti mit-taxxa tal-Malasja jekk
is-self jew addebitament iehor li dwaru jithallas l-imghax ikun self approvat kif
imfisser fl-artikolu 2(1) ta’ l-Income Tax Act, 1967 tal-Malasja (kif emendat).
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-Gvern ta’ Stat Kontraenti
jkun ezenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti l-iehor ghar-rigward ta’ mghax li jinkiseb
mill-Gvern minn dak l-istat l-iehor.
5. Ghall-finijiet tal-paragrafu 4, il-frazi "Gvern":
(a) fil-kaz tal-Malasja tfisser il-Gvern tal-Malasja u ghandha tinkludi:
(i)  il-gvern ta’ l-Istati;
(ii)  l-awtoritajiet lokali;
(iii) il-korpi statutorji;
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 9
(iv)  il-Bank Negara Malaysia;
(v) dawk l-istituzzjonijiet, li ghandhom il-kapital taghhom proprjeta
assoluta tal-Gvern tal-Malasja jew tal-gvernijiet ta’ l-Istati, jew
ta’ l-awtoritajiet lokali jew tal-korpi statutorji taghhom, skond ma
jista’ jigi miftiehem minn zmien ghal zmien bejn l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti;
(b) fil-kaz ta’ Malta tfisser il-Gvern ta’ Malta u ghandha tinkludi:
(i)  il-Bank Centrali ta’ Malta;
(ii) il-Korporazzjoni ghal Gvilupp ta’ Malta;
(iii) il-korpi statutorji;
(iv) dawk l-istituzzjonijiet, li ghandhom il-kapital taghhom proprjeta
assoluta tal-Gvern ta’ Malta, skond ma jista’ jigi miftiehem minn
zmien ghal zmien bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti.
6. Il-frazi "mghax" kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jaghti l-jedd ghal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures.
7. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’ghandhomx japplikaw jekk is-
sid beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas l-imghax
tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment permanenti. F’kaz bhal dak
ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.
8. L-imghax ghandu jitqies li jorigina fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtoritˆ lokali jew korp statutorju
taghhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas
l-imghax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat
Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni mieghu kien sar id-dejn li fuqu
jithallas l-imghax, u dak l-imghax jiggarrab minn dak l-istabbiliment permanenti,
ghaldaqstant dak l-imghax ghandu jitqies li jorigina fl-Istat fejn ikun jinsab l-
istabbiliment permanenti.
9. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ mghax imhallas, wara li
titqies xi tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss
ghall-ammont l-ahhar imsemmi. F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’
taxxabbli skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-
ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Royalties
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriginaw u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda jekk min jircevihom
ikun is-sid beneficjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imhallsa m’ghandhiex teccedi 15
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
10 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
3. Il-frazi "royalties" kif tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull xorta
fil-qies li dawn isiru b’korrispettiv ghal:
(a) l-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ kull
(i) dritt ta’ l-awtur, privattiva, disinn jew mudell, pjan, formula jew
process sigrieti, trade mark, jew xi proprjeta  jew dritt bhal dawk;
(ii) taghmir industrijali, kummercjali jew xjentifiku; jew
(iii) films cinematografici jew tapes uzati ghax-xandir bir-radju jew
bit-televizjoni;
(b) l-ghoti ta’ konoxxenza jew informazzjoni xjentifika, teknika,
industrijali jew kummercjali;
(c) l-ghoti ta’ kull ghajnuna li tkun ancillari u sussidjarja ghal, u li tigi
pprovduta bhala mezz li tkun tista’ ssir l-applikazzjoni jew it-tgawdija
ta’, kull proprjeta  jew dritt bhal dawk imsemmija fis-subparagrafu
(a)(i), kull taghmir bhal dak imsemmi fis-subparagrafu (a)(ii), jew kull
konoxxenza jew informazzjoni bhal dawk imsemmija fis-subparagrafu
(b).
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties jinqalghu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom
jithallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment
permanenti. F’dak il-kaz ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriginaw fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtorita  lokali jew korp statutorju
taghhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas
dawk ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi
Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni mieghu kienet saret l-
obbligazzjoni li fuqu jithallsu r-royalties u dawk ir-royalties jiggarbu minn dak l-
istabbiliment, ghaldaqstant dawk ir-royalties ghandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat
fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties imhallsa jew
akkreditati, fil-qies ta’ x’ikun l-uzu, id-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu jew jigu
akkreditati ghalihom, ikun izjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min ihallas
u s-sid benefi_jarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-ammont l-ahhar imsemmi. F’dak il-kaz, il-
parti zejda tar-royalties imhallsa jew akkreditati ghandha tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
Drittijiet teknici
1. Drittijiet teknici li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk id-drittijiet teknici jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriginaw, u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat; izda jekk min jircevihom
ikun is-sid beneficjarju tad-drittijiet teknici, it-taxxa hekk imhallsa m’ghandhiex
teccedi 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-drittijiet teknici.
3. Il-frazi "drittijiet teknici" kif tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 11
xorta lil xi persuna, minbarra lil persuna impjegata mal-persuna li tkun qed taghmel
il-hlasijiet, b’korrispettiv ghal servizzi ta’ xorta teknika, manigerjali jew ta’
konsulenza.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’ghandhomx
japplikaw jekk is-sid beneficjarju tad-drittijiet teknici, li jkun residenti ta’ Stat
Kontraenti, ikun qed imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqalghu d-
drittijiet teknici permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun
qed iwettaq servizzi personali f’dak l-Istat indipendenti l-iehor, u d-drittijiet teknici
ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew servizzi. F’dak
il-kaz, ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
15, skond il-kaz.
5. Id-drittijiet teknici jitqiesu li joriginaw fi Stat Kontraenti meta min ihallas
ikun dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtoritˆ lokali jew korp
statutorju taghhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun
qed thallas dawk id-drittijiet teknici, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew
jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni mieghu
kienet saret l-obbligazzjoni li fuqu jithallsu d-drittijiet teknici, u dawk id-drittijiet
teknici jiggarbu minn dak l-istabbiliment, ghaldaqstant dawk id-drittijiet teknici
ghandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u min jircievi jew
bejnithom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont ta’ drittijiet teknici mhallsa, ghal
liema raguni tkun, ikun izjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min ihallas u
s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-ammont l-ahhar imsemmi. F’dak il-kaz, il-
parti zejda tal-hlasijiet ghandha tibqa’ taxxabbli skond il-ligi ta’ kull Stat
Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 14
Trasferiment ta’ proprjeta
1.  Income jew qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  immobbli kif imfisser fil-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6 jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik
il-proprjeta .
2.   Income jew qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmel parti
mill-proprjeta  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun disponibbli ghal
residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li jitwettqu servizzi
professjonali, inkluz dak l-income jew qligh mit-trasferiment ta’ dak l-istabbiliment
permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza kollha) jista’ jigi intaxxat f’dak Istat
l-iehor. Madankollu, income jew qligh mit-trasferiment ta’ bastimenti jew ingenji ta’
l-ajru operati minn impriza ta’ Stat Kontraenti fi traffiku internazzjonali u proprjeta
mobbli li tappartjeni ghall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat li l-impriza tkun residenti tieghu.
3. Income jew qligh mit-trasferiment ta’ ishma ta’ kumpannija, li l-proprjeta
taghha tkun principalment tikkonsisti fi proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat
Kontraenti, tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat. Income jew qligh mit-trasferiment ta’ xi
interess f’socjeta  jew fi trust, li l-proprjeta  taghha tkun principalment tikkonsisti fi
proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti, tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat.
4. Income jew qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  jew attiv li ma jkunux dawk
imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li tieghu ikun residenti min jittrasferixxi.
12 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
Artikolu 15
Servizzi personali indipendenti
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi professjonali jew attivitajiet ohra
indipendenti ta’ xorta simili ghandhom ikunu intaxxati biss f’dak l-Istat.
Madankollu, jekk dak l-income jinkiseb mill-Istat Kontraenti l-iehor dan jista’ jigi
intaxxat f’dak l-Istat l-iehor jekk:
(a) il-qaghda tieghu f’dak l-Istat l-iehor tkun ghal perjodu jew ghal perjodi
li fit-total ikunu jammontaw ghal jew jaqbzu l-183 gurnata matul xi
sena kalendarja; jew
(b) ir-rimunerazzjoni ghas-servizzi tieghu f’dak l-Istat l-iehor jew tinkiseb
minn residenti ta’ dak l-Istat jew tiggarrab minn stabbiliment
permanenti li l-persuna li tkun qed thallas ir-rimunerazzjoni jkollha
f’dak l-Istat u f’kull kaz tkun taqbez l-ekwivalenti fil-munita ta’ dak l-
Istat ta’ hamest elef dollaru Amerikan (US $ 5,000) matul is-sena
kalendarja.
2. Il-frazi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod specjali, attivitajiet
letterarji, artistici, edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif
ukoll l-attivitajiet indipendenti ta’ tobba, avukati, inginiera, periti u accountants.
Artikolu 16
Servizzi personali dipendenti
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 19, 20, 21 u 22 is-salarji,
il-pagi u kumpens iehor bhal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar
xi impieg ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma
jigix ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-
kumpens li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata matul is-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor, u
(c) il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti li l-prin_ipal
ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens dwar
impieg ezercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti, jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat.
Artikolu 17
Drittijiet tad-diretturi
  Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi, jew ta’ korp
komparabbli iehor ikun kif ikun imsemmi, ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 13
Artikolu 18
Artisti u atleti
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
atleta, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu ezercitati fl-Istat Kontraenti
l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta dwar attivitajiet personali ezercitati minn min jaghti spettaklu jew
atleta fil-kapacita  tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu jew l-
atleta innifsu izda minn xi persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16, jigi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jaghti spettaklu jew ta’ l-atleta jigu ezercitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma ghandhomx japplikaw ghal
rimunerazzjoni jew profitti li jinkisbu minn attivitajiet ezercitati fi Stat Kontraenti
jekk il-vizta f’dak l-Istat tkun direttament jew mhux appoggata ghalkollox jew
sostanzjalment mill-flejjes pubblici ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, sottodivizjoni
politika, awtoritˆ lokali jew korp statutorju taghhom.
Artikolu 19
Pensjonijiet u annwalitajiet
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 20, kull
pensjoni u rimunerazzjoni simili ohra ghal impieg ta’ qabel jew kull annwalita  li
torigina fi Stat Kontraenti u tithallas lil xi residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-iehor.
2. Pensjonijiet u hlasijiet ohra li jinghataw taht il-legislazzjoni ta’ l-
assigurazzjoni socjali ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
3. Il-frazi "annwalitajiet" tfisser ammont fiss li jithallas perjodikament fi
zminijiet fissi, matul il-hajja jew matul perjodu ta’ zmien specifikat jew accertabbli,
taht obbligazzjoni li l-hlasijiet isiru ghal korrispettiv adegwat u shih fi flus jew valur
ta’ flus.
Artikolu 20
Servizz tal-gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, li ma tkunx pensjoni, mhallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali jew minn korp
statutorju taghhom lil xi individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtijin
lil dak l-Istat jew sottodivizjoni politika jew awtorita  lokali jew korp
statutorju taghhom ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik ir-rimunerazzjoni ghandha tkun taxxabbli biss f’dak l-
Istat Kontraenti l-iehor jekk is-servizzi jinghataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
 (i) huwa jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex iwettaq
dawk is-servizzi.
2. Pensjonijiet u hlasijiet ohra mhallsa taht il-legislazzjoni ta’ l-assigurazzjoni
socjali ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17 u 19 ghandhom japplikaw ghal kull
rimunerazzjoni u pensjonijiet, ghar-rigward ta’ servizzi moghtija f’dak li ghandu
14 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
x’jaqsam ma’ negozju jew kummerc gestiti minn Stat Kontraenti jew minn
sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali jew minn korp statutorju taghhom.
Artikolu 21
Studenti u alljevi
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jaghmel
vizta lill-Istat Kontraenti l-iehor u li jkun temporanjament prezenti fl-Istat l-iehor
unikament:
(a) bhala student f’universita , kullegg jew skola rikonoxxuti jew
istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta simili ohra f’dak l-Istat l-iehor;
(b) bhala apprendist kummercjali jew tekniku; jew
(c) bhala persuna li tircievi ghotja, allowance jew premju ghall-fini ewlieni
ta’ studju, ricerka jew tahrig mill-gvern ta’ xi Stat wiehed jew l-iehor
jew minn xi organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, religjuza jew
karitattevoli jew taht xi programm ta’ assistenza teknika maghmul mill-
Gvern ta’ xi Stat wiehed jew l-iehor,
ikun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-iehor fuq:
(a) kull hlas li jircievi minn barra l-pajjiz ghall-finijiet tal-manteniment, l-
edukazzjoni, l-istudju, r-ricerka jew it-tahrig tieghu;
(b) l-ammont ta’ dik l-ghotja, allowance jew premju; u
(c) kull rimunerazzjoni li ma tkunx teccedi l-ekwivalenti fil-munita ta’ dak
l-Istat l-iehor ta’ elfejn dollaru Amerikan (US $ 2,000) ghar-rigward ta’
servizzi f’dak l-Istat l-iehor sakemm is-servizzi jsiru f’dak li ghandu
x’jaqsam ma’ l-istudju, ricerka jew tahrig tieghu jew ikunu mehtiega
ghall-finijiet tal-manteniment tieghu.
Artikolu 22
Ghalliema u ricerkaturi
1. Individwu li jkun residenti fi Stat Kontraenti minnufih qabel ma jaghmel
zjara lill-Istat Kontraenti l-iehor, u li, fuq stedina ta’ xi universita , kullegg, skola jew
istituzzjoni edukattiva simili ohra, jinvizta lil dak l-Istat l-iehor ghal perjodu li ma
jeccedix is-sentejn unikament ghall-fini ta’ taghlim jew ricerka jew it-tnejn flimkien
f’dik l-istituzzjoni edukattiva jkun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-iehor fuq kull
rimunerazzjoni ghal dak it-taghlim jew ricerka jew it-tnejn li huma.
2. Dan l-Artikolu ma ghandux japplika ghal income minn ricerka jekk dik ir-
ricerka ssir primarjament ghall-beneficcju privat ta’ xi persuna specifika jew persuni
specifici.
Artikolu 23
Income mhux espressament imsemmi
Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti li mhux espressament
imsemmija fl-Artikoli precedenti ta’ dan il-Ftehim ghandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat Kontraenti hlief li jekk dak l-income jinkiseb minn ghejjun fl-Istat
Kontraenti l-iehor, dan jista’ wkoll jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 24
Eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja
1. Bla hsara ghal-ligijiet tal-Malasja dwar l-ghoti bi kreditu kontra t-taxxa tal-
Malasja ta’ taxxa pagabbli f’xi pajjiz li ma jkunx il-Malasja, it-taxxa ta’ Malta li
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 15
tithallas taht il-ligijiet ta’ Malta u skond dan il-Ftehim minn residenti tal-Malasja
dwar income miksub minn Malta ghandu jigi permess bhala kreditu kontra t-taxxa
tal-Malasja li tithallas ghar-rigward ta’ dak l-income. Dak il-kreditu m’ghandux,
madankollu, jeccedi dik il-parti tat-taxxa tal-Malasja, kif tigi komputata qabel ma
jinghata l-kreditu, li tkun tapplika ghal dak l-element ta’ income.
2. Ghall-finijiet tal-paragrafu 1, il-frazi "taxxa ta’ Malta li tithallas" ghandha
titqies li tinkludi l-ammont ta’ taxxa ta’ Malta li kienet, taht il-ligijiet ta’ Malta u
skond dan il-Ftehim, tithallas fuq income miksub minn ghejjun f’Malta li kieku l-
income ma jkunx gie intaxxat b’rata mnaqqsa jew ezentat mit-taxxa ta’ Malta skond:
(a) l-Ordinanza ta’ l-1959 dwar l-Ghajnuna lill-Industrji, u l-Att ta’ l-1988
dwar l-Izvilupp Industrjali, daqskemm dawn kienu fis-sehh fi, u ma
gewx modifikati mid-data meta jkun gie ffirmat dan il-Ftehim jew ikunu
gew modifikati biss f’xi dettall minuri sabiex ma tintlaqatx ix-xorta
generali taghhom; jew
(b) kull disposizzjoni ohra li tista’ tkun sussegwentement imdahhla f’Malta
b’modifika jew b’zjieda mal-ligijiet li jezistu dwar incentivi specjali
sakemm dawn ikun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti bhala li jkunu ta’ xorta sostanzjalment simili.
3. Bla hsara ghal-ligijiet ta’ Malta dwar l-ghoti bi kreditu kontra t-taxxa ta’
Malta ta’ taxxa li tithallas f’xi pajjiz li ma jkunx Malta, it-taxxa tal-Malasja li
tithallas taht il-ligijiet tal-Malasja u skond dan il-Ftehim minn residenti ta’ Malta
dwar income li jinkiseb mill-Malasja ghandha tigi permessa bhala kreditu kontra t-
taxxa ta’ Malta li tithallas dwar dak l-income. Il-kreditu ma ghandux, madankollu,
jeccedi dik il-parti tat-taxxa ta’ Malta, kif din tinhadem qabel ma jinghata l-kreditu,
li tkun tapplika ghal dak l-element ta’ income.
4. Ghall-finijiet tal-paragrafu 1, il-frazi "taxxa tal-Malasja li tithallas" ghandha
titqies li tinkludi l-ammont ta’ taxxa tal-Malasja li kienet, taht il-ligijiet ta’ Malasja
u skond dan il-Ftehim, tithallas fuq income miksub minn ghejjun fil-Malasja li kieku
l-income ma jkunx gie intaxxat b’rata mnaqqsa jew ezentat mit-taxxa tal-Malasja
skond:
(a) l-Income Tax Act, 1967 u l-Promotion of Investment Act, 1986
daqskemm dawn kienu fis-sehh fi, u ma gewx modifikati mid-data meta
jkun gie ffirmat dan il-Ftehim jew ikunu gew modifikati biss f’xi dettall
minuri sabiex ma tintlaqatx ix-xorta generali taghhom; jew
(b) kull disposizzjoni ohra li tista’ tkun sussegwentement imdahhla fil-
Malasja b’modifika jew b’zjieda mal-ligijiet li jezistu dwar incentivi
specjali sakemm dawn ikun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti bhala li jkunu ta’ xorta sostanzjalment
simili; u
(c) mghax li ghalih japplika l-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 11 li kieku dak l-
imghax ma giex ezentat mit-taxxa tal-Malasja skond dak il-paragrafu.
5. Ghall-finijiet tal-paragrafu 3, meta royalties miksuba minn residenti ta’
Malta jkunu, bhall-kiri ta’ films, soggetti ghad-dazju fuq il-kiri ta’ films fotografici
fil-Malasja, dak id-dazju ghandu jitqies bhala taxxa tal-Malasja.
Artikolu 25
Ebda diskriminazzjoni
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu soggetti fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan, li tkun diversa
jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htigiet konnessi li ghalihom cittadini ta’ dak l-Istat
16 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
l-iehor fl-istess cirkostanzi huma jew jistghu jkunu soggetti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess attivitajiet.
3. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htiegiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
soggetti l-imprizi ta’ dak l-ewwel imsemmi Stat.
4. Ebda haga f’dan l-Artikolu ma ghandha tiftiehem bhala li tobbliga:
(a) lil Stat Kontraenti li jaghti lil individwi li jkunu residenti fl-Istat
Kontraenti l-iehor xi allowance personali, helsien u tnaqqis ghal finijiet
ta’ taxxa minhabba fi status civili, responsabbiltajiet familjari jew kull
cirkostanza personali ohra li soltu jaghti lir-residenti tieghu stess;
(b) lil Malasja li taghti lil cittadini ta’ Malta mhux residenti fil-Malasja kull
tali allowance personali, helsien u tnaqqis ghal finijiet ta’ taxxa li huma
skond il-ligi disponibbli fid-data meta jigi ffirmat dan il-Ftehim biss lil
cittadini tal-Malasja li ma jkunux residenti fil-Malasja.
5. F’dan l-Artikolu, il-frazi "tassazzjoni" tfisser taxxi li dan il-Ftehim japplika
ghalihom.
Artikolu 26
Procedura ghal ftehim reciproku
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jkun jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed
jew taz-zewg Stati Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li
ma tkunx skond dan il-Ftehim, huwa jista’, minkejja r-rimedji pprovduti bil-ligijiet
ta’ tassazzjoni ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-awtorita
kompetenti ta’ l-Istat li huwa jkun residenti fih jew, jekk il-kaz tieghu jkun jaqa’ taht
il-paragrafu 1 ta’ l-artikolu 25, lil dik ta’ l-Istat li tieghu huwa jkun cittadin. Il-kaz
ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet snin minn l-ewwel avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta
f’intaxxar li ma jkunx skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk l-oggezzjoni tkun tidher
wahda gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni adatta, li
tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Meta
jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’ zmien fil-ligi
domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom f’dan il-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA g L.S.123.66 17
Artikolu 27
Skambju ta’ informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun mehtiega ghat-twettiq ta’ dan il-Ftehim ghall-prevenzjoni
jew il-kxif ta’ evazjoni jew evitar ta’ taxxi koperti b’dan il-Ftehim. Kull
informazzjoni li tigi hekk mibdula ghandha tigi ttrattata bhala wahda sigrieta u
ghandha tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluza qorti jew awtorita  ta’
revizjoni) involuti fl-istima, il-gbir, l-infurzar jew il-prosekuzzjoni dwar, jew id-
decizjoni ta’ appelli dwar it-taxxi li jaqghu taht dan il-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghal dawk l-ghanijiet. Huma
jistghu jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bhala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet jew
mal-prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) li jaghti partikolaritajiet li ma jkunux ottenibbli taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat l-iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku.
Artikolu 28
Persuni diplomatici u ufficjali konsulari
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi fiskali ta’ persuni
diplomatici jew ufficjali konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt internazzjonali jew
taht id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim specjali.
Artikolu 29
Bidu fis-sehh
1. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin li jkunu gew
imharsa l-htigiet kostituzzjonali ghad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh tletin jum wara d-data ta’ l-ahhar mill-
avvizi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-disposizzjonijiet tieghu
jkollhom effett ghar-rigward ta’ taxxi ghal xi sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-
ewwel ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tigi wara s-sena meta l-Ftehim jibda
jsehh.
Artikolu 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jkollu effett ghal zmien indefinittiv, imma Stat
Kontraenti il-wiehed jew l-iehor jista’ jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali
diplomatici, billi jaghti lill-Istat Kontraenti l-iehor avviz bil-miktub tat-
terminazzjoni fi jew qabel it-30 ta’ Gunju ta’ xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ hames snin mid-data tad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim.
F’dik ic-cirkostanza, l-Ftehim ghandu jtemm milli jibqa’ jsehh dwar taxxi ghas-sena
ta’ stima li tibda fl-ewwel ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tigi minnufih wara s-
sena meta jinghata l-avviz u ghas-snin ta’ stima li jigu wara.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan,
mill-Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
18 L.S.123.66 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
MAGHMUL f’Kingston, Gamajka, illum 3 ta’ Ottubru 1995, kull wiehed fl-ilsien
Ingliz u fl-ilsien Bahasa Malaysia, iz-zewg testi awtentici ndaqs.
Ghall-Gvern tal-Malasja Ghall-Gvern ta’ Malta
Wong see Wah John Dalli
Deputat Ministru tal-Finanzi Ministru tal-Finanzi
PROTOKOLL
(1) Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-ftehim bejn il-Gvern tal-Malasja u l-Gvern ta’
Malta ghall-helsien mit-Taxxa u l-Prevenzjoni ta’ l-Evazjoni Fiskali ghar-rigward
ta’ Taxxi fuq l-Income, iz-zewg Gvernijiet ftehmu li dawn id-disposizzjonijiet li
gejjin ghandhom jifformaw parti integrali mill-Ftehim:
(2) Ghar-rigward ta’ Artikolu 7 dwar ‘Profitti minn Negozju’:
Ebda haga f’ dan il-Ftehim ma ghandha tolqot it-thaddim ta’ xi ligi ta’ xi
Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ l-income jew il-profitti minn kummerc ta’ l-
assigurazzjoni sakemm jekk il-ligi rilevanti li tkun fis-sehh f’xi Stat Kontraenti l-
wiehed jew l-iehor tigi emendata (xort’ohra milli f’ xi dettall minuri hekk li ma
jkunx jolqot ix-xorta generali taghha) l-Istati ghandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-
ghan li jaqblu dwar kull emenda li ssir f’ dan il-paragrafu u li tista’ tkun adatta.
(3) Ghar-rigward ta’ Artikolu 10 ‘Dividendi’ :
Taht il-ligi ta’ Malta fis-sehh, it-taxxa fuq l-income imhallsa minn
kumpannija, bhalma jirreferi ghal dik il-parti mill-profitti taghha li titqassam bhala
dividendi, hija assimilata mat-taxxa fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qed
jircievi dak id-dividend. Meta jkun ghand l-azzjonist tithallas fuq id-dividend it-
taxxa grossa u l-ammont ta’ taxxa rilevanti, hekk assimilat, ssir tpacija tieghu kontra
l-passiv tat-taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tieghu minn kull ghajn li fuqha
tithallas it-taxxa.
(4) Ghar-rigward paragrafu 4 ta’ Artikolu 13 ÔDrittijiet Teknici’ qieghed
jiftiehem li fejn paragrafu 1 (a) jew (b) ta’ Artikolu 15 japplika, ghandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 15.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan,
mill-Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL f’Kingston, Gamajka, illum 3 ta’ Ottubru 1995, kull wiehed fl-
ilsien Ingliz u fl-ilsien Bahasa Malaysia, iz-zewg testi awtentici ndaqs. 
Ghall-Gvern tal-Malasja Ghall-Gvern ta’ Malta
Wong see Wah John Dalli
Deputat Ministru tal-Finanzi Ministru tal-Finanzi
