EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.70
ORDNI DWAR EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA 
DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
12 ta’ Gunju, 2003
L-AVVIZ LEGALI 145 ta’ l-2003.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tas-Slovenja.
Arrangamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qieghed jigi dikjarat -
(a) illi l-arrangamenti specifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika tas-
Slovenja sabiex jaghtu helsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li gejjin imposti bil-ligijiet tar-Repubblika tas-
Slovenja:
- it-taxxa fuq il-profitti ta’ persuni legali;
- it-taxxa fuq l-income ta’ individwi, inkluzi pagi
u salarji, income minn attivitajiet ta’ l-
agrikoltura, income mill-kummerc, qligh
kapitali u income minn proprjeta  immobbli u
minn proprjeta  mobbli;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti ghandu
jkollhom effett;
(c) illi l-Ftehim beda jsehh fit-12 ta’ Gunju, 2003.
2 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U R-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
DWAR HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAGJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Malta u r-Repubblika tas-Slovenja, billi jixtiequ jaghmlu Ftehim dwar
helsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evazjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, ftehmu kif gej:
Artikolu 1
Persuni koperti
Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wiehed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
Taxxi koperti
1. Dan il-Ftehim ghandu japplika ghal taxxi fuq l-income imposti f’isem xi
Stat Kontraenti jew is-sottodivizjonijiet politici jew awtoritajiet lokali tieghu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jingabru.
2. Ghandhom jitqiesu bhala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha imposti fuq
l-income totali, jew fuq elementi ta’ income, inkluzi taxxi fuq qligh mit-trasferiment
ta’ proprjeta  mobbli jew immobbli u taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mhallsa mill-intraprizi, kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament tal-kapital.
3. It-taxxi ezistenti li ghalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fis-Slovenja:
(i) it-taxxa fuq il-profitti ta’ persuni legali;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi, inkluzi pagi u salarji, income
minn attivitajiet ta’ l-agrikoltura, income mill-kummerc, qligh
kapitali u income minn proprjeta  immobbli u minn proprjeta
mobbli;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha ''it-taxxa tas-Slovenja'');
(b) f’Malta:
 it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim ghandu japplika wkoll ghal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li tigi imposta wara d-data meta jigi ffirmat il-Ftehim b’zieda ma’, jew
minflok, it-taxxi ezistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom jgharrfu lil xulxin b’kull tibdil sinifikanti li jkun sar fil-ligijiet rispettivi
taghhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
Tifsiriet generali
1. Ghall-ghanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra:
(a) il-frazi ''Slovenja'' tfisser ir-Repubblika tas-Slovenja u, meta tigi uzata
f’sens geografiku, tfisser it-territorju tas-Slovenja, inkluza l-area tal-
bahar, qiegh il-bahar u s-sottoswol adjacenti ghall-bahar territorjali, li
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 3
fuqhom ir-Repubblika tas-Slovenja tista’ tezercita d-drittijiet sovrani u
l-gurisdizzjoni taghha skond il-legislazzjoni taghha u skond id-dritt
internazzjonali;
(b) il-frazi ''Malta'' tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta uzata f’sens
geografiku, tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-gzejjer l-
ohra ta’ l-arcipelagu Malti inkluzi l-ibhra territorjali taghhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegh il-bahar u s-sottoswol taghha u l-kolonna ta’ l-ilma
sovrajacenti u li tinsab adjacenti ghall-ibhra territorjali, fejn Malta
tezercita drittijiet sovrani, gurisdizzjoni, jew kontroll skond il-ligi
internazzjonali u skond il-ligi nazzjonali taghha, inkluza l-legislazzjoni
taghha li tirrigwarda l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-rizorsi naturali taghha;
(c) il-frazijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-iehor'' ifissru s-
Slovenja jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frazi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frazi ''kumpannija'' tfisser korp maghqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp maghqud ghall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frazi ''impriza ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor'' ifissru rispettivament impriza gestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriza gestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(g) il-frazi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
ingenji ta’ l-ajru mhaddma minn impriza ta’ Stat Kontraenti, hlief meta
l-bastiment jew l-ingenji ta’ l-ajru jigu unikament imhaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-iehor;
(h) il-frazi ''awtorita  kompetenti'' tfisser:
(i) fis-Slovenja: il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tas-Slovenja
jew ir-rapprezentant awtorizzat tieghu;
(ii) f’Malta: il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ir-
rapprezentant awtorizzat tieghu;
(i) il-frazi ''cittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu c-cittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, socjeta  jew assocjazzjoni li tikseb l-istatus taghha
bhala tali mil-ligijiet li jkunu jsehhu fi Stat Kontraenti.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim f’kull zmien minn Stat
Kontraenti, kull frazi li ma tkunx imfissra fih ghandha, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma tehtiegx xort’ohra, ikollha t-tifsir kif moghti lilha f’dak iz-zmien taht il-
ligi ta’ dak l-Istat ghall-finijiet tat-taxxi li l-Ftehim ikun japplika ghalihom, b’dan li
t-tifsir taht il-ligijiet tat-taxxa applikabbli ta’ dak l-Istat ikunu jipprevalixxu fuq
tifsira moghtija lill-frazi taht ligijiet ohra ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
Residenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taht il-ligijiet ta’ dak l-Istat, hija suggetta ghat-taxxa hemmhekk
minhabba d-domicilju, r-residenza, post tal-manigg jew xi kriterju iehor ta’ xorta
simili, u tinkludi wkoll lil dak l-Istat u lil kull sottodivizjoni politika jew awtorita
lokali relattiva. Din il-frazi, madankollu, ma tinkludix lil xi persuna li tkun suggetta
ghat-taxxa f’dak l-Istat ghar-rigward biss ta’ income minn ghejjun f’dak l-Istat.
4 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
2. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taz-zewg Stati Kontraenti, allura l-istatus tieghu ghandu jigi stabbilit kif gej:
(a) huwa ghandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti ghad-disposizzjoni tieghu; jekk huwa jkollu dar permanenti
ghad-disposizzjoni tieghu fiz-zewg Stati, huwa ghandu jitqies li jkun
residenti biss ta’ l-Istat li mieghu r-relazzjonijiet personali u ekonomici
tieghu ikunu l-aktar marbuta (centru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu c-centru ta’ interessi vitali ma jistax jigi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux ghad-disposizzjoni tieghu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
li fih soltu jirrisjedi;
(c) jekk huwa soltu jirrisjedi fiz-zewg Stati jew f’ebda wiehed minnhom,
huwa ghandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tieghu jkun cittadin;
(d) jekk huwa jkun cittadin taz-zewg Stati jew ta’ l-ebda wiehed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiddeciedu l-
kaz bi ftehim bejnithom.
3. Meta minhabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taz-zewg Stati Kontraenti, din ghandha ghaldaqstant titqies
bhala residenti biss ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-manigg taghha.
Artikolu 5
Stabbiliment permanenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa ghalkollox jew f’parti minnu x-xoghol ta’
impriza.
2. Il-frazi "stabbiliment permanenti" ghandha tinkludi b’mod specjali:
(a) post ta’ manigg,
(b) fergha,
(c) uffccju,
(d) fabbrika,
(e) hanut tax-xoghol, u
(f) minjiera, bir taz-zejt jew tal-gass, barriera jew kull post iehor ta’
estrazzjoni ta’ rizorsi naturali inkluz sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frazi ''stabbiliment permanenti'' bl-istess mod thaddan:
(a) art li tkun qeghda tinbena jew kostruzzjoni, progett ta’ assemblagg jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet supervizorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, izda biss meta dik l-art, dak il-progett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu ghal perjodu ta’ aktar minn disa’ xhur;
(b) l-ghoti ta’ servizzi, inkluzi servizzi ta’ konsulenza minn impriza
permezz ta’ impjegati jew persunal iehor imqabbad mill-impriza
ghaldaqstant, izda biss sakemm attivitajiet ta’ dik ix-xorta ikomplu
(ghall-istess progett jew ghal progett konness) fi Stat Kontraenti ghal
perjodu jew perjodi li flimkien igibu iktar minn sitt xhur f’xi perjodu ta’
tnax-il xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
''stabbiliment permanenti'' ghandha titqies li ma tinkludix:
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 5
(a) l-uzu ta’ facilitajiet ghall-iskop uniku ta’ hazna, wiri jew kunsinna ta’
oggetti jew merkanzija li jkunu proprjeta  ta’ l-impriza;
(b) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ hazna, wiri jew kunsinna;
(c) il-manutenzjoni ta’ hazna ta’ oggetti jew merkanzija li tkun proprjeta  ta’
l-impriza ghall-iskop uniku ta’ processar minn impriza ohra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oggetti jew merkanzija, jew ta’ gbir ta’ taghrif ghall-impriza;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku li tigi gestita,
ghall-impriza, xi attivita  ohra ta’ xorta preparatorja jew awziljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju ghall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attivita  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirrizulta
minn din il-kombinazzjoni tkun wahda ta’ xorta preparatorja jew
awziljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
agent bi status indipendenti li ghalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed tagixxi f’isem
impriza u jkollha, u tkun soltu tezercita, fl-Istat Kontraenti awtorita  li jaghmlu
kuntratti f’isem l-impriza, dik l-impriza ghandha titqies li jkollha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat ghar-rigward ta’ kull attivita  li dik il-persuna taghmel ghal
dik l-impriza, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati ghal
dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jigu ezercitati minn go post tan-negozju fiss,
ma jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bhala stabbiliment permanenti taht id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriza ma ghandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti l-iehor biss minhabba li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’
sensal, agent b’kummissjoni generali jew kull agent iehor bi status indipendenti,
sakemm dawk il-persuni jkunu qed jagixxu fil-kors ordinarju tan-negozju taghhom.
7. IIl-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor, jew li tkun tiggestixxi negozju f’dak l-Istat l-iehor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’ohra), m’ghandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija wahda jew l-ohra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-ohra.
Artikolu 6
Income minn proprjeta  immobbli
1.   Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjeta
immobbli (inkluz income mill-agrikoltura jew hidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’ jigi intaxxat f’dak l-Istat l-iehor.
2. Il-frazi ''proprjeta  immobbli'' ghandu jkollha t-tifsira li ghandha taht il-ligi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjeta  involuta. Il-frazi ghandha f’kull
kaz tinkludi proprjeta  accessorja ghal proprjeta  immobbli, bhejjem f’razzett u
taghmir li jintuza fl-agrikoltura u hidma fil-boskijiet, drittijiet li ghalihom japplikaw
id-disposizzjonijiet tal-ligi generali dwar il-proprjeta  ta’ l-art, l-uzufrutt tal-proprjeta
immobbli u drittijiet dwar hlasijiet varjabbli jew fissi bhala korrispettiv ghal hidma
fi, jew id-dritt li jinhadmu, jew ghall-esplorazzjoni ta’, depoziti minerali, ghejjun u
rizorsi ohra naturali; bastimenti, opri tal-bahar u ingenji ta’ l-ajru ma ghandhomx
jitqiesu bhala proprjeta  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ikunu japplikaw ghal income
li jinkiseb mill-uzu dirett, kiri, jew uzu ta’ kull xorta ta’ proprjeta  immobbli.
6 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ghandhom japplikaw ukoll ghall-
income minn proprjeta  immobbli ta’ impriza u ghal income minn proprjeta  immobbli
uzata ghall-ghemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
Profitti minn negozju
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti ghandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriza ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qieghed hemmhekk. Jekk l-impriza tkun
qeghda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriza
jistghu jigu intaxxati fl-Istat l-iehor izda biss ghal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli ghal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriza ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qieghed hemmhekk, ghandhom f’kull Stat Kontraenti jigu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jaghmel
kieku kien impriza distinta u separata li tahdem fl-istess attivitajiet jew ohrajn
bhalhom taht l-istess kondizzjonijiet jew ohrajn bhalhom u li tahdem
indipendentement ghalkollox mill-impriza li taghha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jigu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, ghandhom ikunu
permessi bhala tnaqqis dawk l-ispejjez li jsiru ghall-ghanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inkluzi l-ispejjez ezekuttivi u amministrattivi generali li jkunu saru, sew
fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’ohra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti minhabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriza lill-partijiet diversi taghha, ebda haga fil-paragrafu 2 ma ghandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li ghandhom jigu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jigi adottat ghandu, madankollu, jsir hekk li r-rizultat ghandu jkun skond
il-principji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma ghandhom jigu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minhabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oggetti jew
merkanzija ghall-impriza.
6. Ghall-ghanijiet tal-paragrafi precedenti, l-profitti li ghandhom jigu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti ghandhom jigu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
ohra kemm-il darba ma jkunx hemm raguni tajba u sufficjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oggetti ta’ income li qeghdin jigu trattati
separatament f’Artikoli ohra ta’ dan il-Ftehim, ghaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Tbahhir u trasport bl-ajru
1. Il-profitti ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti mit-thaddim ta’ bastimenti jew
ingenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ghandhom ukoll japplikaw ghal profitti
mill-partecipazzjoni f’pool, negozju bi shab jew agenzija b’operat internazzjonali.
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 7
Artikolu 9
Imprizi assocjati
1. Meta:
(a) impriza ta’ Stat Kontraenti tippartecipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor, jew
(b) l-istess persuni jippartecipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriza ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor,
u f’kull kaz isiru jew jigu imposti kondizzjonijiet bejn iz-zewg imprizi fir-
relazzjonijiet kummercjali jew finanzjarji taghhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jigu maghmula bejn imprizi indipendenti, f’dak il-kaz il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw ghal wahda mill-imprizi, izda,
minhabba dawk il-kondizzjonijiet, ma gewx hekk akkumulati, jistghu jigu inkluzi
fil-profitti ta’ dik l-impriza u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriza ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriza ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor giet
intaxxata f’dak l-Istat l-iehor u l-profitti hekk inkluzi jkunu profitti li kienu
jinqalghu mill-impriza ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet maghmula bejn iz-
zewg imprizi kienu dawk li kienu jsiru bejn zewg imprizi indipendenti,
ghaldaqshekk dak l-Istat l-iehor jista’ jaghmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jigi stabbilit it-tibdil, ghandhom
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-ohra tal-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom, jekk ihossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
Dividendi
1. Dividendi mhallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistghu ukoll jigu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tieghu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun residenti u skond
il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda:
(a) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti tas-
Slovenja lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi,
it-taxxa tas-Slovenja hekk imposta m’ghandhiex tkun izjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
beneficjarju ikun kumpannija li direttament ikollha f’idejha mill-
inqas 25 fil-mija tal-kapital tal-kumpannija li tkun qed thallas id-
dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-kazijiet l-ohra
kollha;
(b) meta d-dividendi jithallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tas-Slovenja li jkun is-sid beneficjarju tad-dividendi, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma ghandhiex tkun
izjed minn dik li tithallas fuq il-profitti li minnhom jithallsu d-
dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal-kumpannija ghar-rigward tal-
profitti li minnhom jithallsu d-dividendi.
8 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
3. Il-frazi ''dividendi'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, ishma konnessi mal-minjieri jew mal-fundaturi jew ma’ drittijiet ohra, li ma
jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-partecipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn
drittijiet korporattivi li jinghata l-istess trattament fl-intaxxar bhallikieku kien
income minn ishma skond il-ligijiet ta’ l-Istat li tieghu l-kumpannija li tkun qed
taghmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-iehor li tieghu tkun residenti l-kumpannija li thallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaghmel
f’dak l-Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz
ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-kaz.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-iehor, dak l-Istat l-iehor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mhallsa mill-kumpannija, hlief daqskemm dawk id-dividendi
jithallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-iehor jew daqskemm il-holding li dwaru
jithallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bazi stabbilita sitwati f’dak Istat l-iehor, lanqas jissuggetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija ghal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mhallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalghu f’dak l-Istat
l-iehor.
Artikolu 11
Mghax
1. Mghax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jithallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dak l-imghax jista’ wkoll jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
jorigina, u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda, jekk min jircevih ikun is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, it-taxxa hekk mhallsa m’ghandhiex taqbez 5 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imghax.
3. Il-frazi ''mghax'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jaghti l-jedd ghal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inkluzi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet ghal hlas
tardiv m’ghandhomx jitqiesu bhala mghax ghall-ghanijiet ta’ dan l-Artikolu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju ta’ l-imghax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih jinqala’ l-imghax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jaghmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jithallas l-imghax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bazi stabbilita. F’kaz bhal dak ghandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. L-imghax ghandu jitqies li jorigina fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak
l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas l-imghax, sew jekk tkun
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 9
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom kien sar id-dejn li fuqu jithallas
l-imghax, u dak l-imghax jiggarrab minn dak l-istabbiliment jew bazi fissa,
ghaldaqstant dak l-imghax ghandu jitqies li jorigina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-
istabbiliment permanenti jew il-bazi fissa.
6. Meta, minhabba f’relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna ohra, l-ammont ta’ l-imghax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jithallas, ikun izjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom ikunu japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi. F’kaz bhal dak, il-parti zejda tal-hlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Royalties
1. Royalties li jinqalghu fi Stat Kontraenti u jithallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati biss f’dak Istat l-iehor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistghu wkoll jigu intaxxati fl-Istat Kontraenti
fejn joriginaw u skond il-ligijiet ta’ dak l-Istat, izda jekk min jircevihom ikun is-sid
beneficjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imhallsa m’ghandhiex teccedi 5 fil-mija ta’
l-ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
3. Il-frazi ''royalties'' kif din tintuza f’dan l-Artikolu tfisser hlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv ghall-uzu ta’, jew ghall-jedd ta’ l-uzu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xoghol litterarju, artistiku jew xjentifiku inkluzi films cinematografici, kull
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew process sigrieti, jew
ghal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummercjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’ghandhomx japplikaw jekk is-sid
beneficjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor li fih ir-royalties jinqalghu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jaghmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-iehor minn bazi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjeta  li dwarhom jithallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bazi stabbilita. F’dak il-kaz ghandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-kaz.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriginaw fi Stat Kontraenti meta min ihallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodivizjoni politika tieghu, awtorita  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed thallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bazi fissa li f’konnessjoni maghhom kienet saret l-obbligazzjoni li
fuqu jithallsu r-royalties u dawk ir-royalties jiggarbu minn dak l-istabbiliment jew
bazi fissa, ghaldaqstant dawk ir-royalties ghandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bazi fissa.
6. Meta, minhabba r-relazzjoni specjali bejn min ihallas u s-sid beneficjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna ohra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun l-
uzu, id-dritt jew l-informazzjoni li jithallsu ghalihom, ikun izjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min ihallas u s-sid beneficjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw biss ghall-ammont l-
ahhar imsemmi. F’dak il-kaz, il-parti zejda tal-hlasijiet ghandha tibqa’ taxxabbli
skond il-ligijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-ohra ta’
dan il-Ftehim.
10 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
Artikolu 13
Qligh kapitali
1.  Qligh li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjeta  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-iehor jista’
jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Qligh mit-trasferiment ta’ ishma jew ta’ mghaxijiet li jixxiehbu
f’kumpannija li l-attiv taghha jkun direttament jew indirettament principalment
jikkonsisti fi proprjeta  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxata
f’dak l-Istat.
3. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  mobbli li taghmel parti mill-proprjeta
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-iehor jew ta’ proprjeta  mobbli li tkun tappartjeni ghal bazi stabbilita
disponibbli ghal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-iehor bil-ghan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluz dak il-qligh mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (wahdu jew flimkien ma’ l-impriza kollha) jew ta’ dik il-
bazi stabbilita, jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
4. Qligh li jinkiseb minn intrapriza ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
bastimenti jew ingenji ta’ l-ajru operati fi traffiku internazzjonali, jew minn
proprjeta  mobbli li tappartjeni ghall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew ingenji ta’ l-
ajru, ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
5. Qligh mit-trasferiment ta’ proprjeta  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 ghandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tieghu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
Servizzi personali indipendenti
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti ghal servizzi
professjonali jew attivitajiet ohra ta’ xorta indipendenti ghandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat. Madankollu, dak l-income jista’ jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-iehor
f’dawn ic-cirkostanzi li gejjin:
(a) jekk ikollu bazi stabbilita regolarment disponibbli ghalih fl-Istat
Kontraenti l-iehor bil-ghan li jwettaq l-attivitajiet tieghu; f’dak il-kaz hi
biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bazi stabbilita li tista’ tigi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor;
jew
(b) jekk il-qaghda tieghu fl-Istat Kontraenti l-iehor tkun ghal perjodu jew
ghal perjodi li fit-total ikunu jaqbzu l-183 gurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda ghaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-kaz
hi biss dik il-parti mill-income tieghu daqskemm tinkiseb mill-attivita
tieghu esercitata fl-Istat Kontraenti l-iehor li tista’ tigi intaxxata f’dak l-
Istat l-iehor.
2. Il-frazi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistici,
edukattivi jew ta’ taghlim li huma specjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inginiera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
Servizzi personali dipendenti
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, is-salarji, il-
pagi u kumpens iehor bhal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 11
impieg ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jigix
ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor. Jekk l-impieg jigi hekk ezercitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jigi intaxxat f’dak Istat l-iehor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg ezercitat fl-Istat Kontraenti l-iehor ghandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jircevih ikun prezenti fl-Istat l-iehor ghal perjodu jew perjodi li ma
jaqbzux it-total ta’ 183 gurnata f’perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda
ghaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta, u
(b) il-kumpens jithallas minn, jew f’isem, principal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-iehor, u
(c) il-kumpens ma jkunx piz fuq l-istabbiliment permanenti, jew bazi
stabbilit li l-principal ikollu fl-Istat l-iehor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg ezercitat abbord bastiment jew ingenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriza ta’ Stat Kontraenti jista’ jigi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
Drittijiet tad-diretturi
  Id-drittijiet tad-diretturi u hlasijiet simili ohra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapacita  tieghu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
Artikolu 17
Artisti u sportivi
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bhala uhud li jaghtu spettaklu, bhal artisti tat-teatru, tal-
films cinematografici, tar-radju jew tat-televizjoni, jew bhala muzicista, jew bhala
sportiv, mill-attivitajiet personali tieghu bhala tali li jigu ezercitati fl-Istat
Kontraenti l-iehor, jistghu jigu intaxxati f’dak l-Istat l-iehor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali ezercitati minn min jaghti spettaklu
jew sportiv fil-kapacita tieghu bhala tali jingabar mhux minn min jaghti spettaklu
jew l-isportiv innifsu izda minn xi persuna ohra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jigi intaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jaghti spettaklu jew ta’ l-isportiv jigu ezercitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, ma ghandhomx japplikaw ghal
income minn attivitajiet li jitwettqu fi Stat Kontraenti minn uhud li jaghtu spettaklu
jew sportivi jekk l-attivitajiet ikunu sostanzjalment appoggati minn fondi pubblici
ta’ Stat Kontraenti wiehed jew tat-tnejn li huma jew ta’ sottodivizjonijiet politici jew
awtoritajiet lokali relattivi. F’dak il-kaz, l-income ikun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li tieghu min jaghti spettaklu jew l-isportiv ikun persuna residenti.
Artikolu 18
Pensjonijiet u hlasijiet tas-sigurta  socjali
1. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u hlasijiet ohra bhal dawk li jithallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
b’korrispettiv ghal xi impjieg imghoddi ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet imhallsa u hlasijiet
ohra li jsiru taht il-legislazzjoni tas-sigurta socjali ta’ Stat Kontraenti jistghu jigu
12 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
intaxxati f’dak l-Istat.
Artikolu 19
Servizz tal-gvern
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra, li ma jkunux xi pensjoni,
mhallsa minn Stat Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika jew minn
awtorita  lokali tieghu lil individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtijin
lil dak l-Istat jew sottodivizjoni jew awtorita  ghandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dawk is-salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-iehor jekk is-
servizzi jinghataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
 (i) huwa jkun cittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Pensjoni li tithallas minn Stat Kontraenti jew sottodivizjoni politika jew
awtorita  lokali relattivi, jew minn fondi originati minnhom lil xi
individwu ghar-rigward ta’ servizzi moghtija lil dak l-Istat jew
sottodivizjoni politika jew awtorita  lokali relattivi, ghandha tkun
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni ghandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-iehor jekk l-individwu jkun residenti ta’ dak l-Istat u
cittadin tieghu.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 ghandhom japplikaw ghal
salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili ohra, u ghal pensjonijiet, ghar-rigward ta’
servizzi moghtijin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun gestit minn Stat
Kontraenti jew minn sottodivizjoni politika jew minn awtorita  lokali tieghu.
Artikolu 20
Professuri u ricerkaturi
1. Residenti ta’ xi wiehed mill-Istati Kontraenti li, fuq stedina li ssirlu minn xi
universita , kullegg, skola, jew istituzzjoni edukattiva ohra rikonoxxuta li tkun tinsab
fl-Istat Kontraenti l-iehor, ikun temporanjament prezenti fl-Istat l-iehor unikament
bl-iskop li jghallem, jew li jaghmel ricerka, jew it-tnejn flimkien, fl-istituzzjoni
edukattiva ghandu, ghal perjodu li ma jkunx jeccedi s-sentejn minn meta l-ewwel
jasal f’dak l-Istat l-iehor, ikun ezenti mit-taxxa mill-Istat l-iehor fuq il-hlas li jircievi
ghal dak it-taghlim jew dik ir-ricerka, sakemm dak il-hlas jinkiseb minnu minn
ghejjun barra minn dak l-Istat l-iehor. Jekk iz-zjara tkun teccedi is-sentejn, l-Istat l-
iehor jista’ jintaxxa lill-individwu taht il-ligi nazzjonali tieghu ghaz-zmien kollu taz-
zjara, kemm-il darba f’xi kaz partikolari l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ma
jaqblux xort’ohra.
2. Ma ghandha tinghata ebda ezenzjoni taht il-paragrafu 1 dwar xi hlas
maghmul ghal ricerka li ssir ghall-beneficcju ta’ xi persuna li ma tkunx l-istituzzjoni
edukattiva li tkun ghamlet l-istedina msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 21
Studenti u apprendisti fil-kummerc
Kull hlas li student jew apprendist fil-kummerc li jkun jew kien minnufih
qabel ma jzur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor u li jkun prezenti
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 13
fl-ewwel imsemmi Stat unikament ghall-ghan ta’ l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu,
jircievi ghall-fini tal-mantniment, l-edukazzjoni jew it-tahrig tieghu m’ghandux jigi
intaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-hlasijiet joriginaw minn ghejjun li ma jkunux
f’dak l-Istat.
Artikolu 22
Income iehor
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalghu minn fejn
jinqalghu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
ghandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ghandhomx japplikaw ghal income, li
ma jkunx income minn proprjeta  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jircievi dak l-income, ghax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiggestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-iehor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-iehor servizzi personali indipendenti minn bazi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjeta  li dwarhom jithallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bazi
fissa. F’dak il-kaz ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-kaz.
Artikolu 23
Eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja
1. Fil-kaz tas-Slovenia, it-tassazzjoni doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
Meta residenti jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim,
jista’ jkun intaxxat f’Malta, is-Slovenja ghandha tippermetti bhala tnaqqis mit-taxxa
fuq l-income ta’ dak ir-residenti, ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income mhallsa
f’Malta. Dak it-tnaqqis ma ghandux, madankollu, jeccedi dik il-parti mit-taxxa fuq l-
income hekk kif tigi komputata qabel ma jinghata t-tnaqqis, li jkun attribbwibbli
ghall-income li jista’ jigi intaxxat f’Malta.
2. Fil-kaz ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja ghandha tigi eliminata kif gej:
Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-ligi ta’ Malta dwar li jigi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta ghar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluz fi stima li ssir minn Malta
income minn ghejjun gewwa s-Slovenja, it-taxxa tas-Slovenja fuq dak l-income
ghandha tkun permessa bhala kreditu fit-taxxa ta’ Malta relattiva li tithallas fuqu.
3. Meta skond kull disposizzjoni tal-Ftehim income li jinkiseb minn residenti
ta’ Stat Kontraenti jkun ezenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’ madankollu,
fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-residenti, iqis l-
income ezentat.
Artikolu 24
Ebda diskriminazzjoni
1. Ic-cittadini ta’ Stat Kontraenti ma ghandhomx jigu assoggettati fl-Istat
Kontraenti l-iehor ghal xi tassazzjoni jew ghal xi htiega li jkunu konnessi ma’ dan li
tkun diversa jew ta’ iktar piz mit-tassazzjoni u htiegiet konnessi li ghalihom cittadini
ta’ dak l-Istat l-iehor fl-istess cirkostanzi, b’mod partikolari ghar-rigward ta’
residenza, huma jew jistghu jkunu suggetti. Din id-disposizzjoni ghandha, minkejja
d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll ghal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati Kontraenti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriza ta’ Stat Kontraenti jkollha
14 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
fl-Istat Kontraenti l-iehor ma ghandux jingabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
iehor mit-tassazzjoni migbura fuq imprizi ta’ dak l-Istat l-iehor li jkun qieghed
iwettaq l-istess ativitajiet. Din id-disposizzjoni ma ghandhiex tiftiehem bhala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkoncedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor xi
allowances, helsien u tnaqqis personali ghall-ghanijiet ta’ ta’ tassazzjoni minhabba
fl-istatus civili jew responsabbiltajiet familjari li tikkoncedi lir-residenti taghha.
3. Hlief fejn id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, il-paragrafu 6
ta’ l-Artikolu 11, jew il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mghax, royalties u
hlasijiet ohra li jithallsu minn impriza ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-iehor ghandhom, ghall-ghan li jigu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriza, jigu mnaqqsa taht l-istess kondizzjonijiet bhallikieku
kienu mhallsa residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital taghhom ikun ghalkollox jew f’parti
minnu proprjeta  jew taht il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wiehed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor, ma jkunux suggetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi ghal xi tassazzjoni jew htiega konnessa ma’ dan li tkun xort’ohra jew ta’
iktar piz mit-tassazzjoni u htiegiet konnessi li ghalihom ikun jew jistghu jkunu
suggetti l-imprizi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ghandhom japplikaw ghal taxxi
koperti b’dan il-Ftehim.
Artikolu 25
Procedura ghal ftehim reciproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wiehed jew taz-zewg Stati
Kontraenti jirrizultawlu jew jistghu jirrizultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-ligi domestika ta’ dawk l-Istati, jipprezenta l-kaz tieghu quddiem l-
awtorita  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tieghu huwa jkun residenti jew, jekk il-
kaz tieghu jkun jaqa’ taht il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lil dik ta’ l-Istat
Kontraenti li tieghu huwa jkun cittadin. Il-kaz ghandu jigi pprezentat fi zmien tliet
snin minn l-ewwel avviz ta’ l-azzjoni li tirrizulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorita  kompetenti ghandha tistharreg, jekk ikunx jidhrilha li l-
oggezzjoni tkun gustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni
sodisfacenti, li tirrisolvi l-kaz bi ftehim reciproku ma’ l-awtorita  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-iehor, bil-ghan li tigi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlahaq ftehim dan ghandu jigi implimentat minkejja kull terminu ta’
zmien fil-ligi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jistharrgu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reciproku kull diffikulta  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistghu wkoll
jikkonsultaw flimkien ghall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-kazijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistghu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-ghan li jilhqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti.
Artikolu 26
Skambju ta’ informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun mehtiega ghat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 15
Ftehim jew ta’ l-ligijiet domestici ta’ l-Istati Kontraenti ghar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir tahtom ma jkunx kuntrarju ghall-Ftehim.
L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li
tigi ricevuta mill-Istat Kontraenti ghandha tigi ttrattata bhala wahda sigrieta bl-istess
mod bhall-informazzjoni miksuba taht il-ligijiet domestici ta’ dak l-Istat u ghandha
tigi zvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluzi qrati u korpi amministrattivi) li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istima jew il-gbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew id-decizjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet ghandhom juzaw dik l-informazzjoni biss ghal dawk l-ghanijiet. Huma
jistghu jizvelaw l-informazzjoni fi proceduri tal-qorti bil-miftuh jew f’decizjonijiet
gudizzjarji.
2. F’ebda kaz ma ghandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bhala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq mizuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-ligijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-iehor;
(b) li jaghti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taht il-ligijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor;
(c) li jaghti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengha, negozju, industrija,
kummerc jew professjoni jew process tal-kummerc, jew informazzjoni,
li meta tigi zvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 27
Limitazzjoni ta’ beneficcji
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma ghandhomx japplikaw ghal persuni
li jkunu intitolati ghal xi beneficcju ta’ taxxa specjali taht il-ligi ta’ xi wiehed mill-
Istati Kontraenti jew xi ligi sostanzjalment simili li tigi maghmula sussegwentement
u li tkun identifikata mill-Istati Kontraenti.
Artikolu 28
Membri ta’ Missjonijiet diplomatici u karigi konsulari
Ebda haga f’dan il-Ftehim ma ghandha tolqot il-privileggi fiskali ta’ membri
ta’ missjonijiet diplomatici jew karigi konsulari taht ir-regoli generali tad-dritt
internazzjonali jew taht id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim specjali.
Artikolu 29
Bidu fis-sehh
1. L-Istati Kontraenti ghandhom javzaw lil xulxin, permezz tal-kanali
diplomatici, li l-htigiet legali ghad-dhul fis-sehh ta’ dan il-Ftehim jkunu gew
imharsa.
2. Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh tletin jum wara d-data ta’ l-iktar tard mill-
ghoti ta’ l-avvizi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tieghu ghandu
jkollhom effett:
(a) fis-Slovenja:
ghar-rigward ta’ income li jinkiseb f’xi sena fiskali li tibda fi jew wara
l-ewwel jum ta’ Jannar li jigi minnufih wara s-sena kalendarja meta l-
Ftehim jibda jsehh;
(b) f’Malta:
ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
16 L.S.123.70 h
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
zmien ta’ kontijiet, skond il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar li jigi minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jsehh.
Artikolu 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim ghandu jibqa’ jsehh ghal zmien indefinittiv sakemm jigi
terminat minn xi Stat Kontraenti. Stat Kontraenti il-wiehed jew l-iehor jista
jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali diplomatici, billi jaghti avviz bil-miktub tat-
terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ hames snin mid-data tad-dhul fis-sehh. F’dak il-kaz, il-
Ftehim m jibqax isehh:
(a) fis-Slovenja:
ghar-rigward ta’ income li jinkiseb f’xi sena fiskali li tibda fi jew wara
l-ewwel jum ta’ Jannar li jigi minnufih wara s-sena kalendarja meta
jinghata l-avviz ta’ terminazzjoni;
(b) f’Malta:
ghar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
zmien ta’ kontijiet, skond il-kaz, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar li jigi minnufih wara d-data meta jinghata l-avviz.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan
mill-Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGHMUL fil-Belt Valletta illum it-8 ta’ Ottubru, 2002, in duplikat fl-
ilsien Ingliz u fl-ilsien Sloven, iz-zewg testi awtentici ndaqs. F’kaz ta’ divergenza
bejn iz-zewg testi, jipprevalixxi t-test Ingliz.
Ghal Malta Ghar-Repubblika tas-Slovenja
Joseph Scicluna Samuel Zbogar
Segretarju Permanenti Segretarju ghall-Istat
Ministeru tal-Finanzi Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
PROTOKOLL
Meta sar l-iffirmar tal-Ftehim bejn Malta u r-Repubblika tas-Slovenja ghall-
helsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evazjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, is-sottoskritti ftehmu kif gej:
B’riferenza ghall-Artikolu 27:
Huwa miftiehem li fil-kaz ta’ Malta il-persuni li huma intitolati ghal
beneficcju ta’ taxxa specjali kif imsemmi fl-Artikolu 27 huma dawn li gejjin:
(a) persuni li jkunu intitolati ghal xi beneficcju ta’ taxxa specjali taht l-Att
dwar l-Awtorita  ghas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330) hlief
ghal dawk il-persuni li jaghzlu taht l-artikolu 41 ta’ dak l-Att li jkunu
soggetti ghad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income (Kap. 123) u l-Att ta’ l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa;
(b) persuni li u li sal-limitu fejn taht id-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1973
EZENZJONI MILL-HLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA g L.S.123.70 17
dwar il-Bastimenti Merkantili, ma jkunux soggetti ghat-taxxa fuq il-
profitti miksuba mit-thaddim ta’ bastimenti fi traffiku internazzjonali;
(c) persuni intitolati ghal xi beneficcju ta’ taxxa specjali ghar-rigward ta’
distribuzzjonijiet minn trust bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar it-Trusts, fil-konsiderazzjoni li trust kif stipulata f’dak l-Att ma
tkunx vestita b’personalita  guridika u ghalhekk ma tkunx tista’
tibbenefika taht dan il-Ftehim skond kull jedd li jappartjeni lilha;
(d) persuni intitolati ghal xi beneficcju ta’ taxxa specjali taht xi ligi
sostanzjalment simili maghmula sussegwentement li tkun ikkunsidrata
bi ftehim reciproku mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
bhala trattament fiskali specjali fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-Artikolu 27
ta’ dan il-Ftehim.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaghmlu dan
mill-Gvernijiet rispettivi taghhom, iffirmaw dan il-Protokoll.
MAGHMUL fil-Belt Valletta illum it-8 ta’ Ottubru 2002, in duplikat fl-
ilsien Ingliz u fl-ilsien Sloven, iz-zewg testi awtentici ndaqs. F’kaz ta’ divergenza
bejn iz-zewg testi, jipprevalixxi t-test Ingliz.
Ghal Malta Ghar-Repubblika tas-Slovenja
Joseph Scicluna Samuel Zbogar
Segretarju Permanenti Segretarju ghall-Istat
Ministeru tal-Finanzi Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
