PROCEDURI  g L.S.128.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 128.02
REGOLAMENTI DWAR PROCEDURI 
1 ta’ Marzu, 1991
L-AVVIZ LEGALI 18 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avvizi Legali 117 ta’ l-
1991 u 136 ta’ l-2001.
Titolu.
Proceduri.
Tifsir.
Sostitwit:
A.L. 136 ta’ l-
2001.
2. F’dawn ir-regolamenti, "licenza" tfisser licenza biex f’xi
post taghmel jew izzomm workshop, jew tiggestixxi kummerc jew
negozju.
Bord ta’ Pariri 
dwar Licenzi tal-
Pulizija.
Emendat:
A.L. 117 ta’ l-1991.
3. (1) Ghandu jkun hemm Bord ta’ Pariri dwar Licenzi tal-
Pulizija, hawnhekk izjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti
msejjah "il-Bord", sabiex jaghti pariri lill-Kummissarju tal-Pulizija
fuq l-applikazzjonijiet kollha dwar l-ghoti, tigdid u trasferimenti
ta’ licenzi.
(2) Il-Bord ikun kompost minn president u zewg membri li
jinhatru ghal dak il-ghan mill-Ministru responsabbli ghall-Pulizija
ghal zmien sena.
Il-Bord jisma ukoll 
lil persuna 
interessata.
4. Meta applikazzjoni ghall-ghoti, tigdid jew trasferiment ta’
licenza tkun giet kontestata minn xi persuna ohra li jkollha interess,
il-Bord ghandu jzomm seduta sabiex jisma bil-gurament kemm lill-
applikant u lill-persuna li jkollha interess, flimkien ma’ kull xhud li
jista’ jenhtieg.
Pariri lill-
Kummissarju tal-
Pulizija.
5. (1) Il-Bord ghandu jaghti l-parir tieghu bil-miktub lill-
Kummissarju tal-Pulizija dwar l-ghoti, tigdid jew trasferiment ta’
licenza hekk kif jidhirlu xieraq, u jista’ ukoll jaghti parir dwar it-
tqeghid ta’ kundizzjonijiet partikolari ghal xi licenza.
(2) Kopja ta’ parir kif imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan
ir-regolament ghandha tinghata minnufih malli tintalab lil applikant
jew lil persuna interessata fil-kaz.
Tribunal ta’ 
Appelli dwar 
Licenzi tal-
Pulizija.
6. (1) Ghandu jkun hemm Tribunal ta’ Appelli dwar Licenzi
tal-Pulizija, hawnhekk izjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti
msejjah "it-Tribunal", sabiex jisma u jaqta’ l-parir finali li ghandu
jinghata lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar id-decizjoni ta’ qabel li
l-istess Kummissarju jkun ghamel dwar l-ghoti, tigdid, trasferiment
jew tahsir ta’ licenzi.
(2) It-Tribunal ikun kompost minn president u zewg assessuri
li jinhatru ghal dak il-ghan mill-Ministru responsabbli ghall-
Pulizija ghal zmien sentejn.
(3) It-Tribunal jisma appelli prezentati minn kull -
(a) applikant li jikkontesta d-decizjoni tal-Kummissarju
tal-Pulizija li tirrifjutalu jew tikkondizzjonalu l-ghoti,
tigdid jew trasferiment ta’ licenza, jew li thassarlu
licenza; u
(b) persuna interessata li tkun qabel ressqet l-ilmenti
2 L.S.128.02 h PROCEDURI 
taghha quddiem il-Bord skond ir-regolament 4 u li
tikkontesta l-ghoti, tigdid jew trasferiment ta’ licenza.
Il-Bord u t-
Tribunal jirregolaw 
il-procedura 
taghhom.
7. Il-Bord ta’ Pariri dwar Licenzi tal-Pulizija u t-Tribunal ta’
Appelli dwar Licenzi tal-Pulizija ghandhom jirregolaw il-procedura
taghhom stess.
Termini ta’ l-
appell.
8. Appell minn decizjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija
moghtija wara li l-Bord ikun ta l-parir tieghu skond ir-regolament 5
jista’ jingieb quddiem it-Tribunal permezz ta’ ittra ndirizzata lill-
president tieghu fil-Headquarters tal-Pulizija, Floriana, fi zmien
wiehed u ghoxrin jum minn notifika tad-decizjoni tal-Kummissarju
tal-Pulizija lill-applikant jew lill-persuna interessata skond il-kaz.
Sejha tax-xhieda u 
ghoti ta’ 
guramenti.
Mizjud:
A.L. 117 ta’ l-1991.
9. (1) Sew il-Bord kif ukoll it-Tribunal ikollhom is-setgha, li
tigi ezercitata permezz tal-president taghhom -
(a) li jharrku xhieda li ghandhom jinstemghu bil-
gurament;
(b) li jaghtu l-gurament lil kull xhud u lil kull persuna li
jkollhom x’jaqsmu fil-kaz, u jenhtieguhom li jixhdu.
(2) Tahrika ghall-attendenza tax-xhieda tista’ ssir f’dik il-
forma li tkun xierqa fil-kaz, u ghandha tkun iffirmata mill-
President tal-Bord jew tat-Tribunal, skond il-kaz.
