GHAJNUNA FINANZJARJA g L.S.146.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 146.01
ARRANGAMENTI DWAR GHAJNUNA 
FINANZJARJA
28 ta’ Lulju, 1981
L-AVVIZ LEGALI 83 ta’ l-1981, kif emendat bl-Avvizi Legali 44 u 54 ta’
l-1986, u 142 ta’ l-1993.
Titolu.
Ghajnuna Finanzjarja.
Il-Kummissjoni.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1986;
A.L. 54 ta’ l-1986.
Sostitwit:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
Kap. 146.
2. (1) Id-Diretturta l-Agrikoltura, rapprezentant ta’ l-Avukat
Generali, rapprezentant tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-
Finanzi, rapprezentant tac-Chairman tal-Bord tal-Koperattivi,
Assistent Kap fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u zewg ufficjali
pubblici, wiehed li jkun qed jaqdi d-dmirijiet tieghu fil-Ministeru
ta’ l-Agrikoltura u wiehed fit-Taqsima ta’ Ghawdex tad-
Dipartiment tal-Biedja, it-tnejn mahtura ghal dan il-ghan mill-
Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura, ghandhom jiffurmaw
Kummissjoni biex tikkonsidra applikazzjonijiet ghal ghajnuna
finanzjarja skond l-Att dwar l-Ghajnuna Finanzjarja lill-Industriji
tal-Biedja u tas-Sajd, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjah "l-Att".
(2) Id-Direttur tal-Biedja ghandu jkun ic-Chairman tal-
Kummissjoni u ghandu jinnomina ufficjal mid-Dipartiment tal-
Biedja biex jaghmilha ta’ segretarju tal-Kummissjoni.
Applikazzjonijiet.
ghandhom isiru fuq formula approvata mill-Kummissjoni li
ghandha tintbaghat lis-Segretarju tal-Kummissjoni fid-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura.
Persuni li jistghu 
japplikaw ghal 
ghajnuna.
4. Cittadini ta’ Malta biss li jirrisjedu permanentement
f’Malta jistghu japplikaw ghal ghajnuna skond l-Att.
Informazzjoni u 
provi mehtiega.
5. Dawk li japplikaw ghal ghajnuna finanzjarja ghandhom
jaghtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni u provi kif il-
Kummissjoni tista’ titlob biex tikkonsidra l-applikazzjoni.
Ghajnuna tinghata 
biss fuq 
rakkomandazzjoni.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
6. Ghajnuna finanzjarja skond l-Att ghandha tinghata biss fuq
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli ghall-Agrikoltura jew ta’ ufficjal nominat minnu ghal
hekk.
Ftehim ghandu jsir 
permezz ta’ kitba 
privata jew 
permezz ta’ att 
nutarili.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
7. Kull ftehim dwar l-ghoti ta’ ghajnuna finanzjarja skond l-
Att ghandu jsir permezz ta’ kitba privata jew permezz ta’ att
nutarili, kif ikun mehtieg, u ghandu jsir f’isem il-Gvern ta’ Malta
mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura, jew minn ufficjal ta’ mhux inqas
mill-grad ta’ Assistent Kap fid-Dipartiment tal-Biedja delegat mid-
Direttur biex jagixxi minfloku.
2 L.S.146.01 h GHAJNUNA FINANZJARJA
Ghajnuna tista’ 
tinghata suggetta 
ghal 
kondizzjonijiet, 
ftehim u obbligi.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
8. Ghajnuna finanzjarja skond dan l-Att tista’ tinghata
suggetta ghal dawk il-kondizzjonijiet, ftehim u obbligi mposti fuq
jew li huma responsabbilita  ta’ min jirceviha skond kif tista’ taghti
parir il-Kummissjoni. Dawn il-kondizzjonijiet u l-obbligi
ghandhom jinkludu r-responsabbilta  fuq min jircievi l-ghajnuna -
(a) li jhallas lura kull self flimkien ma’ l-imghax fuqu
skond il-pattijiet tal-ftehim;
(b) li la jbiegh lanqas ma jiddisponi b’xi mod mill-
proprjeta  li tkun fil-pussess jew il-pussess ta’ kull haga
miksuba jew imtejba permezz ta’ l-ghajnuna ta’ ghoti
jew self minghajr il-kunsens minn qabel bil-miktub
tal-Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura qabel ma
s-self ikun thallas lura ghal kollox jew, fil-kaz ta’
ghotja matul dak iz-zmien li jkun preskritt fil-ftehim;
(c) li jzomm kwalunkwe haga mixtrija jew imtejba
permezz ta’ l-ghajnuna finanzjarja li tkun inghatat, fl-
ordni proprju u l-kondizzjoni ghas-sodisfazzjon tal-
Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura, u li
jippermetti kull persuna awtorizzata mill-Ministru
responsabbli ghall-Agrikoltura li tispezzjona kull haga
bhal din fil-hinijiet kollha ragonevoli;
(d) f’kaz li wiehed li jircievi jonqos li jimxi skond xi
wiehed mill-pattijiet tal-ftehim mal-Gvern li jkun
dahal fih huwa ghal dik li hija ghajnuna finanzjarja li
tkun inghatat, l-ammont totali ta’ din l-ghajnuna tkun
trid tithallas lura lill-Gvern minnufih.
Hlas lura. 9. Is-self li jsir taht dawn l-arrangamenti ghandu jithallas lura
kif gej -
Sa Lm1,000 fi zmien massimu ta’ 5 snin.
’il fuq minn Lm1,000 sa Lm3,000 fi zmien massimu
ta’ 7 snin.
’il fuq minn Lm3,000 u sa Lm5,000 fi zmien massimu
ta’ 10 snin.
’il fuq minn Lm5,000 u sa Lm10,000 fi zmien
massimu ta’ 15-il sena.
’il fuq minn Lm10,000 fi zmien massimu ta’ 20 sena.
Rata ta’ imghax. 10. Ir rata ta’ l-imghax li tithallas fuq self moghti taht il-
kondizzjonijiet ta’ dawn l-arrangamenti, ghandha tkun b’rati fis-
sena ta’ mhux inqas minn tlieta fil-mija u mhux iktar mir-rata ta’
imghax kummercjali li tkun ghal dak iz-zmien fis-sehh.
