PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM g L.S.156.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 156.01
REGOLAMENTI DWAR
IL-PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
1 ta’ Dicembru, 2001
L-AVVIZ LEGALI 320 ta’ l-2001.
Titolu.
Produzzjoni tal-Petroleum.
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 386.
"kumpanija" tfisser kumpanija ta’ responsabbilta  limitata
kostitwita skond l-Att dwar il-Kumpaniji, jew enti morali simili
mwaqqaf jew inkorporat barra minn Malta;
Kap. 194.
"blata kontinentali" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Blata Kontinentali;
Kap. 156.
Kap. 194.
"licenza" tfisser licenza skond 1-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Petroleum, jew skond dak l-Att u dak l-Att kif applikat bl-Att dwar
il-Blata Kontinentali;
"detentur tal-licenza" tfisser il-kumpanija li lilha tkun moghtija
l-licenza, ir-rapprezentant taghha nominat skond il-licenza u kull
kumpanija li lilha d-drittijiet moghtija bil-licenza jkunu gew
assenjati legalment;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 2 ta’
l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum;
"persuna" tinkludi ghaqda jew assocjazzjoni ta’ persuni, sew
inkorporata sew xort’ohra.
Tipi ta’ licenzi.
regolamenti ghal -
(a) licenza ta’ produzzjoni; jew
(b) licenza ta’ esplorazzjoni.
(2) Licenza ta’ produzzjoni tista’ tipprovdi wkoll ghad-dritt ta’
tiftix ghall-petroleum.
Applikazzjonijiet 
ghal licenzi.
4. (1) Applikazzjoni ghal wahda jew l-ohra mit-tipi ta’
licenza ghandha ssir bil-miktub fil-formula murija fl-Iskeda jew
f’formula li sostanzjalment ghandha l-istess effett indirizzata lill-
Ministru u maghha ghandu jintbaghat id-dritt dovut u ghandha
tinghata dik l-informazzjoni u dik il-prova b’sostenn taghha kif
imsemmi f’dik l-Iskeda u jkun kif imiss ghal dik l-applikazzjoni.
(2) Jekk xi wahda mill-hwejjeg dikjarati f’applikazzjoni
titbiddel wara li tkun saret l-applikazzjoni izda qabel ma tkun
inghatat licenza jew qabel ma’ l-Ministru jkun informa lill-
applikant li l-applikazzjoni hija michuda, l-applikant ghandu
minnufih jaghti avviz bil-miktub lill-Ministru u jaghti l-
2 L.S.156.01 h PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
partikolarijiet dwar it-tibdil.
(3) L-informazzjoni kollha li jkun hemm f’applikazzjoni ghal
licenza jew li tigi moghtija lill-Ministru minhabba applikazzjoni
tali ghandha titqies bhala konfidenzjali.
(4) Kull applikazzjoni ghal licenza ta’ produzzjoni skond
dawn ir-regolamenti ghandha tkun -
(a) relattivament ghal blokka jew area wahda jew izjed
deskritti jew specifikati b’avviz pubblikat skond is-
subregolament (5);
(b) prezentata mhux qabel jew wara d-dati specifikati
b’dak l-avviz bhala d-dati li warajhom jew qabilhom
rispettivament il-Ministru huwa preparat li jircievi
applikazzjonijiet relattivament ghall-blokki jew arei
hekk specifikati.
(5) L-avviz imsemmi fis-subregolament (4)(a) huwa avviz
pubblikat minn zmien ghal zmien mill-Ministru fil-Gazzetta u
b’kull mod iehor bhal dak li jista’ jkun mehtieg taht l-
obbligazzjonijiet internazzjonali li jidhol fihom il-Gvern, li
jiddeskrivi jew jispecifika b’riferenza ghal mappa depozitata fl-
Ufficcju tal-Ministru u f’dawk il-postijiet l-ohra (jekk ikun hemm)
li jistghu jigu specifikati fl-avviz, arei (f’dawn ir-regolamenti
msejha "blokki" jew "arei") li lilhom jigu assenjati numri ta’
riferenza u li relattivament ghalihom ikun preparat li jircievi
applikazzjonijiet ghal licenzi ta’ produzzjoni, u li jispecifika d-dati
li fihom ghandhom isiru l-applikazzjonijiet relattivament ghall-
blokki jew arei hekk specifikati.
(6) Is-sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet specifikati f’dan
l-artikolu ghandha ssir mill-anqas disghin gurnata qabel id-data ta’
l-gheluq ta’ dawn l-applikazzjonijiet.
(7) Applikazzjoni ghal licenza ta’ esplorazzjoni tista’ ssir
relattivament ghal Malta kollha u ghall-blata kontinentali jew ghal
xi parti minnhom, izda hekk illi d-drittijiet moghtija b’licenza ta’
esplorazzjoni li tkun moghtija ma ghandhomx ikunu ezercitabbli
f’ebda arei li dwarha tkun ghal dak iz-zmien issehh licenza
moghtija mill-Ministru, li taghti setgha lill-koncessjonarju li jfittex
u jhaffer ghall-petroleum u jiehdu, hlief bil-ftehim tad-detentur ta’
dik il-licenza ghall-ezercizzju f’dik l-area ta’ xi drittijiet moghtija
b’dik il-licenza ta’ esplorazzjoni.
(8) Ebda haga f’dan ir-regolament ma ghandha timpedixxi li
ssir izjed minn applikazzjoni wahda mill-istess kumpanija jew li
tinghata lilha izjed minn licenza wahda.
Drittijiet. 5. (1) Ghandu jithallas dritt ta’ hamest elef lira (Lm5,000)
ma’ kull applikazzjoni ghal licenza ta’ produzzjoni.
(2) Ghandu jithallas dritt ta’ elf lira (Lm1,000) ma’ kull
applikazzjoni ghal licenza ta’ esplorazzjoni.
Il-Ministru ghandu 
jippublika avviz ta’ 
l-ghoti, ecc., ta’ 
licenza.
Kap. 156.
Kap. 194.
6. Il-Ministru ghandu kemm jista’ jkun malajr wara l-ghoti,
konsenja, terminazzjoni jew assenjazzjoni ta’ licenza moghtija
skond l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum, jew skond dak l-Att
u skond dak l-Att kif applikat bl-Att dwar il-Blata Kontinentali jew
PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM g L.S.156.01 3
skond dawn ir-regolamenti jew skond il-licenza moghtija bis-sahha
taghhom, jippubblika avviz dwar il-fatt fil-Gazzetta jew b’xi mod
iehor li jkun hemm bzonn taht obbligazzjonijiet internazzjonali li
jkun dahal ghalihom il-Gvern fejn jaghti l-partikolaritajiet relattivi.
Formula ta’ 
licenzi.
7. Kull licenza ta’ produzzjoni u kull licenza ta’ esplorazzjoni
ghandha tinkorpora l-klawzoli modelli murija rispettivament fil-
Model Production Sharing Contract (2001) u fil-Model
Exploration Study Agreement (2001) u termini u kondizzjonijiet
ohrajn kif jistghu jigu specifikati f’sejha ghall-applikazzjonijiet
jew kif miftiehem mill-Ministru u mid-detentur tal-licenza f’kull
kaz partikolari. Kopji tal-klawzoli modelli jistghu jinkisbu fuq
applikazzjoni lid-Dipartiment tat-Tiftix ghaz-Zejt fl-Ufficcju tal-
Prim Ministru.
SKEDA
(Regolament 4)
Formula ta’ Applikazzjoni ghal Licenza ta’ Produzzjoni
jew ghal Licenza ta’ Esplorazzjoni
1. Isem shih ta’ l-applikant.
2. (a) Post tar-registrazzjoni jew ta’ l-inkorporazzjoni.
(b) Post principali tan-negozju.
(c) Post tad-direzzjoni u kontroll centrali.
(d) Partikolarijiet tal-membri tal-bord tad-diretturi jew tal-
korp iehor li jmexxi l-enti morali, kif gej:
(1) Ismijiet shah
(2) Indirizz solitu residenzjali
(3) Nazzjonalitajiet
3. (a) Il-partikolarijiet tal-kapital awtorizzat u mahrug, kif
gej:
(1) Klassi ta’ kapital
(2) Ammont awtorizzat
(3) Ammont mahrug
(4) Ammont imhallas
(5) Drittijiet ghal vot ta’ kull klassi
(b) Ir-rapporti annwali u l-karti tal-bilanc jekk ikun hemm,
ghat-tliet snin minnufih qabel l-applikazzjoni li
jintbaghtu flimkien ma’ l-applikazzjoni.
(c) Il-partikolaritajiet tal-holdings kollha ta’ mhux anqas
minn 5 fil-mija fin-numru jew fil-valur ta’ kull klassi
ta’ kapital li tkun giet mahruga mill-enti morali, kif
gej:
(1) Isem shih ta’ l-azzjonista jew ismijiet shah ta’
detenturi flimkien ta’ azzjoni
4 L.S.156.01 h PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
(2) Klassi ta’ holding
(3) Ammont
(4) Nazzjonalita  tad-detentur(i)
(d) Il-partikolaritajiet tal-kapital kollu mahrug lill-
portatur, kif gej:
(1) Klassi ta’ kapital
(2) Ammont totali mahrug
(3) Ammont mahrug lill-portatur
4. Il-partikolaritajiet ta’ esperjenza precendenti fl-
esplorazzjoni u/jew produzzjoni ta’ petroleum u disponibbilta  ta’
persunal specjalizzat u ta’ taghmir.
5. Jekk l-applikazzjoni tkun ghal licenza ta’ esplorazzjoni -
(a) Deskrizzjoni ta’ l-area li relattivament ghaliha l-
applikazzjoni tkun sottomessa, liema area ghandha
tkun murija wkoll fuq mappa li tintbaghat ma’ l-
applikazzjoni.
(b) Deskrizzjoni ta’ l-esplorazzjoni mahsuba li ssir,
inkluza indikazzjoni tal-metodi li jkunu ser jigu wzati
u informazzjoni dwar kull ingenji tal-bahar jew ta’ l-
ajru mahsuba li jigu wzati.
6. Tip ta’ licenza li ghaliha ssir l-applikazzjoni, u f’kaz ta’
applikazzjoni ghal licenza ta’ produzzjoni, in-numru(i) ta’ riferenza
tal-blokka(i) jew area(i) li relattivament ghaliha(hom) ssir l-
applikazzjoni.
Jiena hawnhekk niddikjara illi l-informazzjoni moghtija
hawn fuq jew annessa ma’ din l-applikazzjoni hija korretta.
Data
Firma ta’ ufficjal awtorizzat
kif imiss ta’ l-enti morali, ta’
liema ufficjal ghandha tkun
dikjarata l-kariga.
