REGISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEHHIJA MILL-KONTROLL g L.S.158.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 158.01
REGOLAMENTI DWAR IR-REGISTRAZZJONI
TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI 
MNEHHIJA MILL-KONTROLL
10 ta’ April, 1959
L-AVVIZ LEGALI 32 ta’ l-1959, kif emendat bl-Avvizi Legali 41 ta’ l-
1968, 11 ta’ l-1970, 15 ta’ l-1972, 33 ta’ l-1984, 82 ta’ l-1988 u 213 ta’ l-
1997.
Titolu.
Registrazzjoni ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Mnehhija mill-Kontroll.
Tizmim ta’ registru 
ta’ djar ta’ 
abitazzjoni 
mnehhija mill-
kontroll.
Kap. 158.
2. (1) L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu jzomm
registru ta’ djar ta’ abitazzjoni registrati minnu bhala djar
imnehhija mill-kontroll skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar, (hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha
"l-Ordinanza") u ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Dan ir-registru ghandu jissejjah r-Registru ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Mnehhija mill-Kontroll (hawnhekk izjed ’il quddiem
imsejjah "ir-Registru") u ghandu jinzamm f’dik il-forma u skond
dak il-mod ta’ klassifikazzjoni bil-lokalita  jew xort’ohra kif l-
Ufficjal ta’ Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet ta’dawn ir-Regolamenti, minn zmien ghal zmien
jistabbilixxi.
Procedura u dritt 
dwar talba ghal 
registrazzjoni.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1968;
A.L. 11 ta’ l-1970;
A.L. 15 ta’ l-1972;
A.L. 213 ta’ l-
1997.
3. (1) Talba ghar-registrazzjoni ta’ dar ta’ abitazzjoni bhala
dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll ghandha ssir f’dik il-
forma, u jkollha dawk il-partikolaritajiet kif l-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet minn zmien ghal zmien jistabbilixxi.
b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern.
(2) Ghandha ssir applikazzjoni separata ghal kull dar ta’
abitazzjoni:
Izda, meta ssir applikazzjoni fl-istess hin ghat-tnehhija
mill-kontroll dwar numru ta’ flats li jkunu ta’ l-istess sid u li jkunu
parti mill-istess blokk ta’ flats, ghandha ssir applikazzjoni wahda
biss dwar dak in-numru ta’ flats.
(3) Ghandu jithallas dritt ta’ hamsa u ghoxrin lira ghal kull dar
ta’ abitazzjoni jew flat li dwarhom issir applikazzjoni ghat-tnehhija
mill-kontroll.
L-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet jista’ 
jehtieg 
partikolaritajiet 
ohra u provi.
4. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jehtieg lil
min jaghmel it-talba li jghati partikolaritajiet ohra u li jipproduci
kull kotba, registri, pjanti, kuntratti, atti gudizzjariji u dokumenti
ohra, jew kopja taghhom dwar il-fond li ghalih it-talba tirriferixxi.
Setgha ta’ 
spezzjon.
5. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew persuna
awtorizzata bil-miktub minnu ghal hekk tista’, wara avviz xieraq u
matul il-hinijiet xierqa tal-gurnata, tidhol f’kull fond li dwaru tkun
saret talba sabiex jigi spezzjonat u jittiehdu partikolaritajiet dwar
dak il-fond.
2 L.S.158.01 h
REGISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEHHIJA MILL-KONTROLL
Ordni li jilqa’ 
registrazzjoni.
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-1984;
A.L.82 ta’ l-1988.
6. (1) Meta jkun sodisfatt illi l-fond li ghalih it-talba
tirriferixxi jkun skond il-htigiet ta’ xi wiehed mill-paragrafi (a),
(b), (c), (d), (e) jew (f) ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza u, fejn
applikabbli, ma jkunx eccettwat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 6(1) taghha, l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu
jaghmel ordni li jilqa’ t-talba u ghandu jibghat kopja ta’ dak l-ordni
lil min ikun ghamel it-talba bil-posta registrata.
(2) Meta l-artikolu 6(4) ta’ l-Ordinanza jghodd ghal dar ta’
abitazzjoni li dwarha jsir ordni skond is-subregolament li jahbat
sew sew qabel dan f’dan ir-regolament, l-Ufficjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet ghandu, meta jaghmel l-ordni, jirriferixxi ghall-fatt illi
r-registrazzjoni ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni ghandu jkollha sehh
biss mill-gurnata li fiha l-proprjetarju jkollu dritt ghall-pussess tad-
dar vojta meta tkun spiccat il-kirja relattiva.
Avviz dwar hsieb li 
jichad 
registrazzjoni.
7. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, qabel ma jaghmel
ordni li jichad talba ghal registrazzjoni skond dawn ir-Regolamenti,
ghandu jibghat lil min ikun ghamel it-talba bil-posta registrata
avviz dwar il-hsieb tieghu li jaghmel dak l-ordni, li juri fil-qosor ir-
ragunijiet ghaliex fi hsiebu jichad it-talba, u li jaghti lil min ikun
ghamel it-talba avviz illi jekk eghluq ghaxart ijiem minn mindu
jircievi l-avviz min ikun ghamel it-talba jgharrfu bil-miktub tax-
xewqa tieghu li jaghmel hekk, jaghti lilu jew lir-r rapprezentant
tieghu opportunita  qabel ma jsir li juri l-ghaliex l-ordni ma
ghandux isir.
Ordni ta’ cahda ta’ 
registrazzjoni.
8. Jekk, wara li jhares id-disposizzjonijiet tar-regolament 7, l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jiddeciedi li jichad talba ghal
registrazzjoni, huwa ghandu jaghmel ordni f’dak is-sens u ghandu
jinnotifika lil min ikun ghamel it-talba b’ittra registrata li huwa
jkun ghamel dak l-ordni .
Procedura dwar 
appelli lill-Bord.
9. (1) Appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-Ordinanza
jista’ jsir permezz ta’ rikors li jigi prezentat eghluq sitt ijiem mid-
data li fiha min ikun ghamel it-talba ghal registrazzjoni jkun
notifikat bl-ordni li jichad ir-registrazzjoni.
(2) Ir-rikors lill-Bord ghandu, taht piena ta’ nullita , jkun
iffirmat minn avukat jew prokuratur legali, u ghandu jkollu
indikazzjoni cara tal-fond li dwaru jkun sar u dikjarazzjoni tar-
ragunijiet li fuqhom ikun sar l-appell.
(3) Ma’ kull rikors ghandha tkun prezentata kopja awtentika
tieghu ghan-notifika lill-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
(4) Mal-prezentazzjoni ta’ kull rikors lill-Bord skond is-
subregolamenti li jahbtu sew sew qabel dan f’dan ir-regolament,
dritt tar-registru ta’ lira u hamsin centezmu ghandu jithallas b’zieda
ghad-drittijiet xierqa ghat-trasport ghan-notifika tal-kopja tar-
rikors.
(5) Id-data tas-smigh ghandha tigi hekk iffissata mill-Bord illi
mhux anqas minn tmient ijiem tax-xoghol jghaddu bejn il-
prezentata tar-rikors u l-ewwel smigh tal-kwistjoni, izda ghandhom
jithallew mhux anqas minn tliet ijiem tax-xoghol bejn id-data tan-
notifika tar-rikors lill-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u d-
data ffissata ghas-smigh tar-rikors.
REGISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEHHIJA MILL-KONTROLL g L.S.158.01 3
(6) L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu jaghmel is-
sottomissjonijiet tieghu, verbalment jew bil-miktub, jekk ikun
hemm, fl-ewwel smigh tal-kwistjoni.
(7) F’nuqqas ta’ xi sottomissionijiet fil-gurnata tas-smigh,
b’kontestazzjoni tat-talba msemmija fir-rikors, il-Bord ghandu
jilqa’ r-rikors.
(8) Il-Bord jista’, jekk jidhirlu hekk mehtieg, jaghmel spezzjon
tal-fond permezz tal-membri teknici tieghu.
(9) Id-dritt li ghandu jithallas lill-avukat jew prokuratur legali
li jidher ghall-partijiet f’appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-
Ordinanza jkun mhux anqas minn zewg liri u mhux izjed minn
erba’ liri, skond ma jkun stabbilit mill-Bord.
Kap. 69.
(10) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet li jahbtu qabel f’dan ir-
regolament, id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Tirregola t-
Tigdid tal-Kiri ta’ Bini ghandhom jghoddu ghal kull rikors li
permezz tieghu jsir appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-
Ordinanza u ghall-proceduri li ghandhom x’jaqsmu ma’ hekk.
Procedura ghal 
appelli mid-
decizjonijiet tal-
Bord.
10. Appell mid-decizjoni tal-Bord skond l-artikolu 4(3) ta’ l-
Ordinanza ghandu jingieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, permezz
ta’ rikors li ghandu jigi prezentat eghluq sitt ijiem mill-gurnata li
fiha d-decizjoni tal-Bord tkun inghatat.
Partikolaritajiet 
biex jigu innutati 
fir-Registru.
11. Fl-eghmil ta’ ordni ghal registrazzjoni skond ir-regolament
6, jew meta ordni skond ir-regolament 8 li jichad registrazzjoni
jkun maqlub b’decizjoni tal-Bord jew tal-Qorti ta’ l-Appell, skond
il-kaz, l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu jara li d-dar
ta’ l-abitazzjoni li ghaliha l-ordni jirriferixxi tkun inkluza fir-
Registru permezz ta’ registrazzjoni li jkun fiha -
(a) id-data tar-registrazzjoni;
(b) il-lokalita , l-isem tat-triq, in-numru tal-bieb, u
partikolaritajiet ohra bizzejjed biex tigi identifikata d-
dar ta’ abitazzjoni;
(c) id-data tad-decizjoni tal-Bord jew tal-Qorti ta’ l-
Appell, jekk ikun hemm, li tilqa’ r-registrazzjoni;
(d) riferenza ghad-disposizzjoni ta’ l-Ordinanza li tahtha
tkun giet permessa r-registrazzjoni; u
(e) riferenza ghal kull rizerva li ghandha ssir skond ir-
regolament 6(2).
Delega ta’ 
dmirijiet, setghat u 
funzjonijiet.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1968.
12. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jiddelega kull wiehed
mid-dmirijiet, setghat u funzjonijiet skond dawn ir-Regolamenti, li
ma jkunx l-eghmil ta’ ordni li jichad registrazzjoni, lil kull
Assistent Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew lil kull ufficjal
iehor pubbliku.
Registru miftuh 
ghal spezzjon.
13. Kull persuna tista’ matul il-hinijiet ta’ ufficcju tas-soltu
tispezzjona r-Registru u tiehu noti minnu.
Hrug ta’ certifikati.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1972;
A.L. 213 ta’ l-
1997.
14. (1) Fuq talba li jkun hemm maghha dritt ta’ lira l-Ufficjal
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu johrog, dwar kull dar ta’
abitazzjoni wahda partikolari, certifikat li juri jekk dik id-dar tkunx
4 L.S.158.01 h
REGISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEHHIJA MILL-KONTROLL
registrata bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll.
(2) Ic-certifikat ghandu juri d-data tar-registrazzjoni, d-
disposizzjoni ta’ l-Ordinanza li tahtha r-registrazzjoni tkun giet
permessa u kull rizerva maghmula skond ir-regolament 6(2).
