IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.02
REGOLAMENTI DWAR L-IGJENE TA’ L-IKEL
1 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIZ LEGALI 73 ta’ l-1969, kif emendat bl-Avvizi Legali 73 ta’ l-
1970, 77 ta’ l-1973, 135 ta’ l-1974, 25 ta’ l-1977, 52 ta’ l-1984, 50 ta’ l-
1988 u 179 ta’ l-2001.
Titolu.
Igjene ta’ l-Ikel.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Preliminari
Tifsir.
Emendat:
A.L. 73 ta’ l-1970.
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il-darba r-rabta tal-
kliem ma tehtiegx xort’ohra -
"hidma agrikola" tinkludi ortikoltura, tkabbir tal-frott, trobbija u
tizmim ta’ bhejjem tal-halib, it-trobbija u t-tizmim ta’ bhejjem,
inkluz il-pullam, u l-uzu ta’ art bhala gonna jew mixtla;
"ghaqda ta’ persuni" tinkludi kull kumpannija, socjeta  jew korp
ta’ persuni, kemm korporati kemm mhux korporati u kemm jekk
ikollhom personalita  guridika kemm jekk le;
"van tal-hobz" tfisser kull vettura wzata ghall-bejgh, jew biex
jigi offrut jew espost ghall-bejgh, jew ghat-tqassim ta’ hobz
(imgezwer jew mhux imgezwer), kemm jekk wahdu jew flimkien
ma’ helu maghmul mid-dqiq jew bakery goods li jkunu ikel
mghotti;
"negozju" tinkludi impriza ta’ canteen, kazin, skola, sptar jew
istituzzjoni, kemm jekk immexxija ghall-qligh kemm jekk le, u kull
impriza jew attivita , pubblika jew mod iehor;
"negozju li jipprovdi ikel" tfisser negozju ta’ l-ikel li jikkonsisti
ghal kollox jew f’parti fil-provvista ta’ ikel mahsub ghal konsum
immedjat;
"recipjent" tinkludi kull basket, barmil, gabarrè , pakkett, kaxxa
jew recipjent iehor ta’ kull xorta, kemm jekk miftuh jew maghluq;
"kontaminazzjoni" tinkludi kontaminazzjoni permezz ta’ riha; u
"tikkontamina" u "li jikkontamina" ghandhom jiftehmu skond
hekk;
"ikel mghotti" tfisser ikel li ma jkunx ikel mikxuf;
"vettura tat-tqassim" tfisser vettura wzata ghat-tqassim ta’ ikel
fil-kors ta’ kummerc jew negozju, izda ma tinkludi ebda vettura li
tkun qed tintuza ghall-bejgh ta’ l-ikel, u li taqa taht it-tifsira ta’
posta;
"bacir" tinkludi kull port, irmigg, xatt, pont, bankina jew
xoghlijiet ohra li fihom jew fuqhom kwalunkwe ikel jista’ jigi
mbarkat jew zbarkat, u kull mahzen, tinda ghal merkanzija in
transit jew fond iehor uzat in konnessjoni maghhom ghall-hzin
2 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
temporanju jew taghbija ghall-ispedizzjoni ta’ ikel li jkun zbarkat
jew li jkun ser jigi mbarkat;
"taghmir" tinkludi apparat, ghamara u utensili;
"hut" tfisser hut mhux misjur (inkluz hut ippriservat jew
imnixxef), u, fir-regolament 32, tinkludi hut li jkun gie misjur jew
b’mod iehor ippreparat ghall-bejgh b’xi process simili;
"ikel" tfisser ikel mahsub, ghall-bejgh, jew mibjugh, ghall-
konsum tal-bniedem u jinkludi xorb, chewing gum, u prodotti ohra
ta’ natura u uzu simili, u hwejjeg u sustanzi wzati bhala ingredjenti
fil-preparazzjoni ta’ ikel jew xorb jew ta’ dawk il-prodotti, izda ma
tinkludix -
(a) halib, krema jew halib separat, minbarra trab tal-halib
u halib ikkondensat,
(b) ilma, annimali jew tjur hajjin, jew
(c) hwejjeg jew sustanzi wzati biss bhala medicinali;
"negozju ta’ l-ikel" tfisser kull kummerc jew negozju li ghall-
iskop tieghu xi persuna tkun tahdem fil-manigg ta’ l-ikel, izda ma
tinkludi ebda hidma agrikola jew (hlief safejn il-manigg ta’ l-ikel
ikollu x’jaqsam fil-kors ta’ negozju bl-imnut jew negozju ta’
catering) dak f’kummerc jew f’negozlu li jkun jikkonsisti fil-
manigg ta’ l-ikel fi, gewwa jew fuq -
(a) xi bacir jew cold store,
(b) xi lokal jew post okkupat minn wiehed li jgorr l-ikel
ghall-iskop tal-kummerc jew negozju tieghu bhala
wiehed li jgorr, hlief safejn il-manigg ta’ l-ikel f’dak
il-lokal jew post ikun regolat mid-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 25 u 28,
(c) xi biccerija,
(d) xi lokal jew post okkupat minn bejjiegh bl-ingrossa ta’
haxix nej u uzat esklusivament ghall-iskop tal-
kummerc jew negozju tieghu bhala bejjiegh bl-
ingrossa,
(e) xi lokal uzat eskluzivament ghall-hzin ta’ ikel
manifatturat u ippakkjat mill-okkupant tal-lokal izda li
jkun qieghed barra l-art limitrofa tal-lokal uzat ghall-
manifattura jew ippakkjar ta’ dak l-ikel u ma jkunx
uzat ghall-hzin ta’ xi ikel mikxuf, jew
(f) xi bastiment li fuqu l-ikel jkun maniggat bil-hsieb biss
li jigi kkunsmat mill-ekwipagg tal-bastiment jew minn
persuni li jkunu residenti permanentement fuqu;
"lokal ta’ l-ikel" tfisser kull lokal li fih jew minnu jkun qed isir
xi negozju ta’ l-ikel;
"kamra ta’ l-ikel" tfisser kull kamra (li tkun lokal ta’ l-ikel jew
parti minn lokal ta’ l-ikel jew minn suq), jew kull kamra jew spazju
fuq bastiment, li fih xi persuna tkun tahdem fil-manigg ta’ l-ikel
ghall-iskopijiet ta’ negozju ta’ l-ikel, imma ma tinkludix kamra
wzata jew kamra li taghti ghal kamra wzata, bhala post ta’ rqad
jekk l-uniku manigg ta’ l-ikel li jsir f’kamra bhal dik ikun biss s-
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 3
servizz ta’ ikel fiha lil, jew fuq it-talba ta’, xi persuna li tkun
tokkupa l-kamra bhala post ta’ rqad;
"manigg ta’ l-ikel" tfisser it-tmexxija, jew ghajnuna fit-tmexxija,
ghall-iskopiliet ta’ negozju ta’ l-ikel, ta’ kull process jew hidma fil-
bejgh ta’ l-ikel jew fil-preparazzjoni, trasport, hzin, ippakkjar,
tgezwir, esposizzjoni ghall-bejgh, servizz jew tqassim ta’ ikel, u
tinkludi t-tindif ta’ oggetti jew taghmir li mieghu l-ikel jigi
f’kuntatt;
"laham" tfisser il-laham (inkluz fdal li jittiekel u xaham) ta’
annimali u tjur li jinbiegh jew mahsub biex jinbiegh ghall-konsum
tal-bniedem u tinkludi bacon u perzut u, fir-regolament 32, tinkludi
wkoll kull laham iehor li jkun gie misjur jew b’mod iehor
ippreparat ghall-bejgh b’xi process bhal dak;
"ikel mikxuf" tfisser ikel li ma jkunx f’recipjent ta’ dak il-
materjal u maghluq hekk li jeskludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni,
izda ma tinkludi ebda ikel imsemmi fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda
liema ikel, qabel ma jittiehed f’xi lokal, suq, posta jew bastiment
ghall-iskop ta’ bejgh jew f’xi vettura tat-tqassim ghall-iskop ta’
tqassim, ikun gie imgezwer jew maghluq bil-mod deskritt
relattivament ghal kull partita tali fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija
Skeda;
"gradazzjoni ta’ temperatura permessa" tfisser kull gradazzjoni
ta’ temperatura taht il-50º  Fahrenheit (10º  Centigradu) u kull
gradazzjoni ta’ mhux anqas minn 145º  Fahrenheit (62.7º
Centigradu);
"persuna" tinkludi ghaqda ta’ persuni;
"pullam" tfisser tjur, dundjani, papri, wizz, farghuni, fagani,
pernici, bciecen u summien;
"lokal" tfisser bini jew parti minn bini, u kull forecourt, bitha
jew post ta’ hzin uzat in konnessjoni mal-bini;
"preparazzjoni", dwar ikel, tinkludi l-manifattura u kull forma ta’
trattament, u "ippreparat" ghandha tiftiehem skond hekk;
"konvenjenza sanitarja" tfisser W.C., urinali, closet tat-trab jew
tal-kimika, latrina jew konvenjenza simili;
"Awtorita  Sanitarja" tinkludi s-Suprintendent tas-Sahha
Pubblika, l-Ufficjal Mediku Principali, l-Ufficjal Mediku Anzjan,
l-Ufficjal Mediku tas-Sahha, l-Ispettur tas-Sahha u kull ufficjal
iehor tad-Dipartiment tas-Sahha li jkun awtorizzat kif imiss bil-
miktub mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika biex jizgura t-tharis
ta’ dawn ir-Regolamenti;
"bastiment" tfisser kull bastiment, dghajsa jew ingenji li jahdmu
biss fuq ibhra interni jew li jaghmlu eskursjonijiet mal-kosta jew
bejn gzira u ohra ta’ l-arcipelagu Malti, u kull bastiment iehor,
dghajsa jew ingenji ohra li jkunu irmiggati jew ankrati f’xi post, li
fuqu jew li minn fuqu jsir negozju tal-catering jew negozju iehor
ta’ l-ikel bl-imnut;
"posta" tfisser kull posta sew jekk tkun f’lokal ta’ suq sew jekk
f’post iehor u tinkludi kull stand, kamp, tinda, mobile canteen,
vettura (sew jekk mobbli sew jekk le), makna tal-bejgh, sit jew
4 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
pitch, li minnhom jmbiegh ikel, li ma jkunux xi lokal ta’ l-ikel jew
xi kamra ta’ l-ikel;
"hzin f’temperatura kontrollata" tinkludi cool storage taht il-50º
Fahrenheit (10º  Centigradu), chill storage ta’ jew taht it-37º
Fahrenheit (3º  Centigradu), cold storage ta’ jew taht it-32º
Fahrenheit (0º  Centigradu) u deep freeze storage f’temperatura li
tinzel sa l-14º  Fahrenheit (-10º  Centigradu);
"makna tal-bejgh" tfisser makna awtomatika li tithaddem
permezz ta’ munita mahsuba ghall-bejgh ta’ ikel.
(2) Ghall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, il-provdiment ta’
ikel hlief bil-bejgh f’kull post, go kull post jew minn kull post fejn
l-ikel ikun provdut fil-kors ta’ negozju ghandu jitqies li jkun il-
bejgh ta’ dak l-ikel, u, meta dwar xi negozju li fil-kors tieghu ikel
huwa provdut il-post fejn l-ikel jigi servut lill-klienti jkun
differenti mill-post fejn l-ikel ikun ikkunsmat, iz-zewg postijiet
ghandhom jitqiesu bhala postijiet li fihom jinbiegh l-ikel.
TAQSIMA II
Htigiet Generali
Tharis ecc., ta’ 
lokal mar-
regolamenti.
3. Ebda persuna ma ghandha taghmel xi negozju ta’ l-ikel jew
taghmel xi attivita  li taghmel parti minn, jew tkun ta’, xi negozju
ta’ l-ikel jew, ghall-iskopijiet ta’ dak in-negozju, taghti xi ikel jew
thalli li xi ikel jinghata ghall-preparazzjoni jew ippakkjar minn xi
persuna ohra jew, fil-kors ta’ dak in-negozju, tqassam xi ikel jekk
mhux fi, go jew minn xi lokal, posta, bastiment, post jew vettura,
skond il-kaz, li tkun skond il-htigiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
Negozju ta’ l-ikel 
ma ghandux isir 
f’lokal, ecc., li ma 
jkunx sanitarju.
4. Ebda lokal, posta, bastiment jew post li fih, go fih jew
minnu jsir xi negozju ta’ l-ikel, u ebda vettura ta’ tqassim uzata fil-
kors ta’ dak in-negozju, ma ghandha tkun mhux sanitarja jew tkun
hekk sitwata jew mibnija, jew tkun f’dik il-kondizzjoni, skond il-
kaz, li l-ikel ikun jew jista’ jigi espost ghar-riskju ta’
kontaminazzjoni.
Kondizzjoni tajba 
ta’ kmamar ta’ l-
ikel, ecc.
5. Il-hitan, l-art, il-bibien, it-twieqi, is-saqaf, ix-xoghol ta’ l-
injam u kull parti ohra ta’ l-istruttura ta’ kull kamra ta’ l-ikel, kif
ukoll kull posta wzata fit-tmexxija ta’, u kull vettura tat-tqassim
uzata fil-kors ta’, kull negozju ta’ l-ikel ghandhom jinzammu mid-
detentur tal-licenza relattiva nodfa u f’dak l-istat tajjeb ta’ tiswija u
ta’ kondizzjoni hekk li jkunu jistghu jitnaddfu tajjeb u li jigi
impedut ir-riskju ta’ infestazzjoni minn annimali gerriema, jew
minn dubbien jew insetti ohra, kemm ikun ragonevolment
prattikabbli.
Indafa ta’ taghmir, 
ecc.
6. (1) Kull oggett jew taghmir li mieghu l-ikel jigi, jew jista’
jigi, f’kuntatt fil-kors ta’ xi negozju ta’ l-ikel ghandu jinzamm
nadif u ghandu jkun hekk mibni, maghmul minn dak il-materjal u
mizmum f’dak l-istat tajjeb ta’ tiswlja u ta’ kondizzjoni hekk li
jkun jista’ jitnaddaf sewwa u jigi impedut, kemm ikun
ragonevolment prattikabbli, kull haga li tista’ tigi assorbita minnu u
kull riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ikel.
(2) Bla hsara tad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1), ir-
recipjenti kollha mahsuba biex izommu ikel fihom fil-kors ta’ xi
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 5
negozju ta’ l-ikel, sew jekk ikunu ser jittiehdu lura sew jekk le u
sew jekk jigu f’kuntatt ma’ l-ikel sew jekk le, ghandhom, kemm
ikun ragonevolment prattikabbli, ikunu protetti minn
kontaminazzjoni u mizmuma hielsa minnha.
Karti tat-tgezwir, 
kartun u laned.
7.  (l) Meta jintuzaw karti tat-tgezwir, tikketti, kartun jew
recipjenti kuluriti jew stampati li jigu f’kuntatt dirett ma’ l-ikel,
ebda materjal ta’ kulur jew materjal ta’ stampa li jidher ma ghandu
jerhi ma’ l-ikel matul il-hzin.
(2) Meta laned bil-lakka jintuzaw bhala recipjenti ta’ xi ikel,
ebda kwantita  li tidher ta’ lakka ma ghandha titqaxxar u tithallat
mal-kontenut tal-landa.
TAQSIMA III
Htigiet dwar Lokal ta’ l-Ikel, Swieq, Bastimenti u Posti
Sistema tad-
drenagg.
8. Ebda mezz ta’ dhul ta’ arja friska ta’ xi kanna ta’
ventilazzjoni li ktun inkluza f’sistema ta’ drenagg ta’ lokal ta’ l-
ikel jew suq ma ghandu jkun f’kamra ta’ l-ikel jew posta u kull
mezz ta’ dhul f’sistema bhal dik f’kamra tali ghandu jkun maghluq
bi trabokk ta’ l-ilma.
Tankijiet.
posta ma ghandu jissupplixxi konvenjenza sanitarja hlief bil-mezz
ta’ tank tal-flushing efficjenti jew bil-mezz ta’ xi apparat iehor ta’
flushing efficjenti daqsu u addattat ghat-tharis minn
kontaminazzjoni ta’ provvisti ta’ ilma.
Konvenjenzi 
sanitarji.
10. (1) Kull konvenjenza sanitarja li tkun fi, jew tkun uzata in
konnessjoni ma’, xi lokal ta’ l-ikel, bastiment, suq jew posta, skond
il-kaz, ghandha tinzamm nadifa, fi stat tajjeb ta’ tiswija u fi stat
efficjenti, ghandu jkollha installazzjoni ta’ tank tal-flushing
efficjenti jew apparat iehor ta’ flushing efficjenti li ghandhom
jinzammu dejjem fi stat tajjeb ta’ hdim u jkunu hekk mqeghdin li
ebda rwejjah jintnu minnhom ma jkunu jistghu jidhlu f’xi kamra ta’
l-ikel jew f’posta.
(2) Kull kamra jew post iehor li jkollu dik il-konvenjenza
sanitarja ghandhom jinzammu mdawwla u ventilati b’mod xieraq u
sufficjenti u ghandhom jinzammu nodfa l-hin kollu.
(3) Kull kamra jew post iehor li jkollhom dik il-konvenjenza
sanitarja ghandhom ikunu provduti bi friskatur ghall-hasil ta’ l-
idejn u d-disposizzjoniiiet tar-regolament 11(1)(b) u (c) ghandhom
japplikaw ghal dak il-friskatur.
(4) Ghandu jitwahhal u jinzamm f’post fejn jidher u xieraq
hdejn id-dhul ta’ kull konvenjenza sanitarja bhal dik avviz li
jinqara sewwa jitlob il-hasil ta’ l-idejn wara li tintuza l-
konvenjenza.
(5) Ebda kamra jew post iehor li jkollu konvenjenza sanitarja
ma jista’ jintuza bhala kamra ta’ l-ikel jew bhala posta.
(6) Ebda kamra ta’ l-ikel jew posta li taghti direttament ghal
kamra jew post iehor li jkollu konvenjenza sanitarja ma ghandha
tintuza ghall-manigg ta’ ikel mikxuf jew ghat-tnaddif ta’ taghmir li
jintuza f’xi negozju ta’ l-ikel li fil-kors tieghu jigi maniggat ikel
6 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
mikxuf.
Provvista ta’ ilma, 
friskaturi, sinkijiet, 
ecc.
11. (1) Ghandu jkun provdut u mizmum f’kull fond ta’ l-ikel
jew bastiment u f’kull posta li fiha jew minnha jsir negozju ta l-ikel
-
(a) provvista ta’ ilma nadif u tajjeb fi kwantita  sufficjenti
biex dawn ir-Regolamenti jkunu jistghu jigu mharsa;
(b) friskaturi ghall-hasil ta’ l-idejn xierqa u sufficjenti
ghall-uzu minn, u f’post li jkunu konvenjentement
jistghu jintlahqu minn, il-persuni kollha li jahdmu fil-
manigg ta’ l-ikel, liema friskaturi u kull parti taghhom
ta’ hdim ghandhom jinzammu nodfa u fi stat ta’ hdim
efficjenti;
(c) provvista xierqa ta’ mishun f’temperatura kontrollata
xierqa ghal kull friskatur ghall-hasil ta’ l-idejn bhal
dawn u fuq jew hdejn kull friskatur tali, provvista
xierqa ta’ sapun jew detergent iehor xieraq, xkupilji
tad-dwiefer u xugamani nodfa jew facilitajiet ohra
xierqa ghall-ixxuttar li ghandhom jintuzaw biss biex
tigi zgurata l-indafa personali tal-persuni li jkunu
jahdmu fil-manigg ta’ l-ikel:
Izda, safejn ghandha x’taqsam il-provvista ta’ l-
ilma, provvista ta’ ilma kiesah tkun sufficjenti fi jew
fuq kull lokal, bastiment, jew posta tali li fuqhom ma
jkunx qed jigi maniggat ikel mikxuf;
(d) sinkijiet xierqa u sufficjenti jew facilitajiet ohra bhal
dawn, b’zieda mal-friskaturi ghall-hasil ta’ l-idejn li
hemm provdut ghalihom fil-paragrafu (b), ghall-hasil
ta’ l-ikel u tat-taghmir, liema sinkijiet u facilitajiet
ohra u kull parti taghhom ta’ hdim ghandhom
jinzammu fi stat ta’ hdim efficjenti;
(e) provvista xierqa ta’ ilma shun jew kiesah jew ta’ ilma
shun f’temperatura kontrollata xierqa ghal kull sink
jew facilita  ohra simili u, ma’ kull sink jew facilita
ohra bhal dawk, provvista xierqa ta’ sapun jew
detergent iehor xieraq, ta’ craret indaf u ta’ facilitajiet
ta’ tindif u ta’ xuttar sufficjenti u xierqa:
Izda, safejn ghandha x’taqsam il-provvista ta’ l-
ilma, provvista ta’ ilma kiesah tkun sufficjenti fejn il-
facilita  tikkonsisti f’apparat mahsub ghall-hasil ta’
recipjenti tax-xorb b’agent battericidali xieraq u jkun
uzat biss ghal dak l-iskop jew meta s-sink jew facilita
ohra tintuza biss ghall-hasil ta’ hut, kirxa, qafas ta’ l-
annimali, frott jew haxix.
(2) (a) Ebda haga fis-sub-regolament (l) ma ghandha tapplika
ghal makna tal-bejgh, u ebda haga fl-imsemmi sub-
regolament ma ghandha tapplika ghal xi posta li fiha
jitmexxa negozju ta’ l-ikel li jikkonsisti ghal kollox
minn -
(i) dak ta’ bejjiegh il-frott, bejjiegh il-frott bl-
ingrossa, bejjiegh il-haxix jew bejjiegh il-haxix
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 7
nej bl-ingrossa;
(ii) il-preparazzjoni u l-provvista ta’ qastan inkaljat,
patata shuna jew imqaret;
(iii) il-bejgh ta’ ikel mghotti;
(iv) il-bejgh ta’ pastizzi jew xi haga ohra simili, jew
ta’ gbejniet jew irkotta;
(v) il-bejgh ta’ ful imnixxef, cicri jew karawett; jew
(vi) il-bejgh ta’ helu maghmul bid-dqiq jew ta’ helu
iehor jew ta’ bakery goods.
(b) Ebda haga fis-sub-regolament (1)(d) u (e) ma ghandha
tapplika ghal lokal jew bastiment li fiha ma jkun
maniggat ebda ikel mikxuf, jew ma tkun tehtieg il-
provvista ta’ sinkijlet f’xi posta ghall-hasil ta’ freezers
ta’ gelat artab jekk ikun hekk dawk il-facilitajiet f’xi
lokal li minnu tahdem il-posta kemm- il darba dawk il-
freezers ma jinhattux fil-waqt li  jkunu fil-posta, hlief
ghal skopijiet ta’ tindif f’xi lokal bhal dak.
(3) Is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika jista’, taht dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xieraq li jimponi, jezenta mill-harsien
tad-disposizzjonijiet kollha jew xi wahda minnhom tas-sub-
regolament (1) dwar xi lokal, bastiment jew posta meta jkun
sodisfatt li l-harsien taghhom ma jkunx jista jkun ragonevolment
mistenni minhabba nuqqas ta’ spazju jew minhabba cirkostanzi
ohra specjali li jeffettwaw dak il-lokal, bastiment jew posta:
Izda s-Suprintendent tas-Sahha Pubblika jista’, f’kull
zmien, jirtira dik l-ezenzjoni jekk ma jibqax iktar hekk sodisfatt.
Ilma minn rizorsi li 
ma jkunux tal-
Gvern.
12. (1) Kull min, ghall-iskop ta’ tmexxija ta’, jew fil-kors ta’
xi negozju ta’ l-ikel, jaghmel uzu minn jew jakkwista ilma minn
rizorsi li ma jkunux tal-Gvern ghandu jizgura li dak l-ilma jkun
fizikament, kimikament u batterjologikament bla hsara u ghandu
jhares kull kondizzjoni li l-Awtorita  Sanitarja jidhrilha mehtiega
ghat-tizmim u kontroll tas-sigurezza ta’ l-ilma.
(2) Hadd ma ghandu juza, jew ihalli lil min juza, xi ilma jew
silg fil-preparazzjoni ta’ xi ikel jew fil-kors ta’ xi negozju ta’ ikel,
u hadd ma ghandu jhalli xi ilma jew silg li jigi f’kuntatt ma’ xi ikel,
jekk dak l-ilma jew silg ma jkunx il-hin kollu nadif u hieles minn
kull kontaminazzjoni dannuza u minn kull periklu ta’ hekk.
Materjal ghall-
ewwel sokkors.
13. (1) Ghandhom ikunu provduti u mizmuma f’dak il-post u
f’dik il-posizzjoni li jkunu jintlahqu facilment f’kull lokal ta’ l-
ikel, bastiment jew posta u fuq kull vettura ta’ tqassim faxex,
medikamenti (inkluzi medikamenti li ma jghaddix ilma minnhom)
u antisettici xierqa u sufficjenti ghal kura ta’ l-ewwel sokkors.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ma ghandhomx
japplikaw ghal -
(a) posta li fiha jkun qed jitmexxa negozju ta’ l-ikel li
jkun jikkonsisti ghal kollox minn -
(i) dak ta’ bejjiegh il-frott, bejjiegh il-frott bl-
ingrossa, bejjiegh il-haxix jew bejjiegh il-haxix
nej bl-ingrossa;
8 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
(ii) il-preparazzoni u l-provvista ta’ qastan inkaljat,
patata shuna jew imqaret;
(iii) il-bejgh ta’ ikel mghotti;
(iv) il-bejgh ta’ pastizzi jew xi haga ohra simili, jew
ta’ gbejniet jew irkotta;
(v) il-bejgh ta’ ful imnixxef, cicri jew karawett; jew
(vi) il-bejgh ta’ helu maghmul bid-dqiq jew helu
iehor jew bakery goods; jew
(b) vettura tat-tqassim uzata biss ghat-tqassim ta’ ikel
mghotti jew van tal-hobz jew makna tal-bejgh.
Dawl fil-kmamar 
ta’ l-ikel, ecc.
14. Kull posta, li ma tkunx vettura mmexxija bl-idejn jew tal-
bejgh, li minnha jitmexxa negozju ta’ l-ikel u kull kamra ta’ l-ikel
ghandhom ikunu mdawlin b’mod xieraq u sufficjenti.
Kmamar ta’ l-ikel, 
ecc., u postijiet ta’ 
rqad.
15. (1) Ebda kamra ta’ l-ikel, posta jew vettura ta’ tqassim ma
ghandha tintuza bhala post ta’ rqad; u ebda post ta’ rqad ma ghandu
jintuza bhala kamra ta’ l-ikel jew posta.
(2) Ebda kamra ta’ l-ikel li taghti direttament ghal post ta’
rqad ma ghandha tintuza ghall-manigg ta’ ikel mikxuf.
Tigmigh ta’ zibel, 
ecc.
16. Ebda zibel jew hmieg, sew jekk solidu kif ukoll jekk
likwidu, ma ghandu jigi depozitat jew jithalla jingema’ f’xi kamra
ta’ l-ikel, f’xi posta jew f’xi suq li fih jew li minnu jsir negozju ta’
l-ikel jew fuq xi vettura tat-tqassim.
Recipjenti ghal 
rimi.
17. (1) Kull lokal, bastiment jew posta li fihom, go fihom jew
minnhom jsir xi negozju ta’ l-ikel ghandhom ikunu provduti
b’numru sufficjenti ta’ recipjenti mghottija kif imiss ghal skart ta’
fdal, zibel jew rimi.
(2) Dawk ir-recipjenti ghandhom ikunu maghmula minn
materjal li ma jinfidx u mizmuma f’kondizzjoni tajba u ghandhom
jinbidlu kull meta jkun mehtieg biex jigi impedut il-gmiegh ta’
materjal offensiv; ghandhom, ukoll, jinzammu ’l boghod minn ikel
mikxuf.
(3) Kull min ikun qed jahdem fil-manigg ta’ l-ikel fi, go jew
minn xi lokal, bastiment jew posta tali ghandu jqieghed l-iskart ta’
fdal, rimi u zibel kollu fir-recipjenti provduti ghal dak l-iskop.
(4) Dawk ir-recipjenti ghandhom jitqeghdu fil-post skond xi
direzzjonijiet li jinghataw mill-Awtorita  Sanitarja.
(5) Ebda haga fis-sub-regolamenti ta’ qabel dan ma ghandha
tapplika ghal makni tal-bejgh.
Post fejn jitqeghdu 
hwejjeg.
18. (1) Hlief meta jkun hemm provdut b’mod xieraq f’post li
ma jkunx kamra ta’ l-ikel, ghandu jkun hemm provdut u mizmum
f’kull lokal ta’ l-ikel jew bastiment kumdita  ta’ armarju jew
kaxxarizz xieraq u sufficjenti ghall-hwejjeg u z-zraben, li ma
jintlibsux matul il-hin tax-xoghol, ta’ kull persuna li tkun tahdem
fil-manigg ta’ l-ikel f’dak il-post.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (l) ma ghandhomx
japplikaw ghal lokal ta’ l-ikel jew ghal bastiment fejn ma jkun qed
jigi maniggat ebda ikel mikxuf.
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 9
Ventilazzjoni ta’ 
kmamar ta’ l-ikel.
19. Hlief fil-kaz ta’ kamra li kollha umdita  kontrollata jew
temperatura kontrollata, ghandu jkun hemm provdut u mizmum
f’kull kamra ta’ l-ikel mezzi xierqa u sufficjenti ta’ ventilazzjoni u
ghandha tinzamm ventilazzjoni xierqa u sufficjenti.
Drenagg, ecc., ta’ 
kmamar ta’ l-ikel.
20. Kull kamra ta’ l-ikel ghandu jkollha drenagg xieraq, hielsa
minn dbieben u hielsa minn umdita , u l-art taghha ghandha tkun
iccangata b’materjal li ma jinfidx.
Wiri ta’ isem, ecc., 
ta’ persuna jew 
ditta  fuq posta, 
van tal-hobz jew 
vettura.
21. Kull posta, van tal-hobz jew vettura tat-tqassim , uzati fit-
tmexxija ta’ xi negozju ta’ l-ikel ghandu jkollhom muri f’post fejn
tidher fuqhom u li jinqara facilment l-isem u l-indirizz tal-persuna
jew ditta li tkun qed tmexxi dak in-negozju.
Hzin ta’ posta, van 
tal-hobz jew 
vettura tat-tqassim.
22. Ebda posta, van tal-hobz jew vettura ta’ tqassim ma
ghandha, meta ma tkunx qed tintuza, tinhazen ma’ xi ikel hlief taht
arrangamenti fejn l-ikel ikun jista’ jinzamm nadif u hieles minn
kontaminazzjoni, u ebda posta (sew jekk tkun zmuntata ghal kollox
jew f’parti sew jekk ma tkunx), van tal-hobz jew vettura tat-tqassim
ma ghandha tinhazen f’xi post li jista’ jaghmilha mhux sanitarja
jew li ma tkunx tista’ titnaddaf sewwa.
Ghotja ta’ posti.
jew frott ikun jinbiegh jew ikun espost jew offert ghall-bejgh ghall-
konsum mill-bniedem ghandha, jekk ma tkunx f’suq maghluq u
imsaqqaf,  tkun mghottija u jkollha ilqugh b’mod xieraq fil-gnub u
fid-dahar taghha hekk illi ma jithallix li tajn, trab, hmieg, zibel jew
sustanza ohra ta’ kontaminazzloni jigi fuq xi ikel mikxuf li jkun
fiha:
Izda dan ir-regolament ma japplikax ghal xi posta li tkun
hekk disinjata, mibnija u mhaddma li l-ikel kollu li jkun fiha jkun
maghluq ghal kollox sakemm jittiehed minn dak l-eghluq biex
jinbiegh jew jissajjar ghal konsum immedjat:
Izda wkoll is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika jista’, taht
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa li jimponi, jezenta xi posta
mill-harsien ta’ kull wahda mill-htigiet ta’ dan ir-regolament jekk
ikun soddisfatt illi, minhabba l-mod li bih l-ikel ikun qed jinbiegh
jew qed jigi espost jew offert ghall-bejgh f’dik jew minn dik il-
posta jkun imgezwer jew mghotti, jew minhabba xi cirkostanza
ohra specjali li tkun tolqot dik il-posta, ikun ragonevoli li jaghti dik
l-ezenzjoni dwarha, liema ezenzjoni tkun tista’ tigi rtirata f’kull
zmien mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika jekk hu ma jibqax
hekk soddisfatt.
TAQSIMA IV
Htigiet dwar min jimmanigga l-lkel u dwar il-manigg u t-trasport 
ta’ Ikel
Harsien mir-riskju 
ta’ 
kontaminazzjoni.
24. Kull min ikun jahdem fil-manigg ta’ l-ikel ghandu, meta
ikun qed jaghmel dan ix-xoghol, jiehu dawk il-mizuri li jkunu
ragonevolment mehtiega biex ihares l-ikel minn kull riskju ta’
kontaminazzjoni, u b’mod partikolari, izda minghajr hsara tal-
generalita  ta’ dak li ntqal qabel -
(a) ma ghandux iqieghed xi ikel hekk illi jinvolvi xi riskju
ta’ kontaminazzjoni;
10 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
(b) ma ghandux iqieghel xi ikel iktar ’l isfel minn hamsa u
erbghin punt sebgha centimetri oghla mill-art jekk dak
l-ikel ma jkunx imhares b’mod xieraq b’mezzi ohra
mir-riskju ta’ kontaminazzjoni;
(c) ghandu jizgura li ikel mikxuf jinzamm mghotti, meta
jkun ragonevolment mehtieg, b’ghatu nadif fil-waqt li
jkun espost ghall-bejgh u waqt il-bejgh jew it-tqassim;
(d) ghandu jzomm nadifa kemm jista’ jkun ragonevolment
prattikabbli kull parti tal-persuna tieghu, hwejjgu,
ilbies ta’ fuq, bluza jew fardal li jistghu jigu f’kuntatt
ma’ dak l-ikel;
(e) ghandu jzomm mghotti b’faxxa xierqa u li minnha ma
jghaddix ilma kull qatgha miftuha jew brix f’parti
mhux mghottija tal-persuna tieghu;
(f) ma ghandux jobzoq; u
(g) ma ghandux juza tabakk jew xi tahlita ohra ta’ tipjip
jew tabakk ta’ l-imnieher fil-waqt li jkun qed
jimmanigga ikel mikxuf jew meta jkun f’xi kamra ta’
l-ikel jew f’posta fejn ikun hemm ikel mikxuf.
Ilbies ta’ bluza, 
ecc.
25. Kull min ikun jahdem fil-manigg ta’ ikel mikxuf minbarra
haxix nej jew frott, ghandu, waqt li jkun qed jaghmel dan ix-
xoghol, jilbes ghas-soddisfazzjon ta’ l-Awtorita  Sanitarja bluza
nadifa u li tinhasel jew ilbies protettiv iehor u, meta fil-fehma ta’ l-
imsemmija Awtorita  jkun mehtieg ghata tar-ras, jilbes ghata tar-ras
nadif u li jinhasel:
Izda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx ghal  -
(a) waiters f’negozju ta’ catering;
(b) ebda persuna sakemm din tkun qed tahdem biss fil-
garr ta’ fniek lew liebri mhux imqaxxra, jew ta’ kacca
jew pullam mhux imnittef;
L.S. 231.04
(c) ebda suq pubbliku li ghalih japplikaw id-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar is-Swieq
Pubblici.
Garr u tgezwir ta’ 
ikel.
26. Ebda persuna li tkun tahdem fil-manigg ta’ l-ikel ma
ghandha, fil-waqt li tkun qed taghmel dak ix-xoghol -
(a) iggorr xi ikel f’xi vettura jew f’xi recipjent flimkien
ma’ xi oggett li minnu jkun hemm riskju ta’
kontaminazzjoni ta’ l-ikel, jew ma’ xi annimal haj jew
pullam haj, minghajr ma qabel tiehu dawk il-
prekawzjonijiet kollha li jkunu prattikalment
ragonevoli biex jigi evitat ir-riskju ta’
kontaminazzjoni; jew
(b) tuza ghat-tgezwir jew ghat-tizmim ta’ xi ikel mikxuf,
xi karta jew materjal iehor tat-tgezwir jew recipjent li
ma jkunx nadif jew li jista’ jikkontamina l-ikel, jew
thalli xi materjal stampat, hlief materjal stampat
maghmul eskluzivament ghat-tgezwir jew biex fih
jinzamm l-ikel, jigi f’kuntatt ma’ xi ikel minbarra
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 11
haxix nej jew frott, fniek jew liebri mhux imqaxxra,
jew kacca jew pullam mhux imnittef.
Tgezwir, 
ippakkjar, ecc., ta’ 
ikel.
27. (1) Ebda persuna li tkun tmexxi negozju ta’ l-ikel ma
ghandha tuza jew thalli li jintuza xi ppakkjar jew recipjent -
(a) li jerhi mal-kontenut tieghu xi sustanza velenuza jew
dannuza; jew
(b) li jkun maghmul ghal kollox jew f’parti minn landa
issaldata jekk is-saldatura ma tkunx fuq barra u ma
tkunx tista’ tigi f’kuntatt ma’ xi kontenuti tieghu jew
jekk il-wicc kollu ta’ gewwa ma jkunx hekk lakkat illi
l-lakka tkun tghatti ghal kollox u kontinwament dik il-
parti tal-wicc ta’ gewwa li tkun maghmula minn landa
jew saldatura.
(2) Ebda persuna tali ma ghandha tuza jew thalli li jintuza xi
recipjent jew utensili ghall-hzin jew preparazzjoni ta’ ikel, jekk dak
ir-recipjent jew utensili ma jkunx hieles minn antimonja, comb,
arseniku, cadmium, jew xi sustanza ohra li tkun tista’ terhi xi
proprjeta  velenuza jew dannuza ma’ xi ikel preparat jew mahzun
fih, u, dwar xi recipjent jew utensili ta’ l-enamel jekk dak ir-
recipjent jew utensili ma jkunx jirrezisti l-acidu.
Trasport ta’ laham.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1977.
28. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament
(2), ebda laham (hlief fniek jew liebri mhux imqaxxra, jew kacca
jew pullam mhux imnittef) ma ghandu jingarr fuq xi vettura jekk
mhux skond id-disposizzjonijiet li gejjin:
(a) kull vettura maghluqa ghandha tkun ventilata, is-saqaf
u l-gnub taghha ghandhom ikunu li ma jghaddix ilma
minnhom minn naha ta’ barra u minn naha ta’ gewwa
ghandhom ikunu maghmulin minn materjal li jkun
jista’ jitnaddaf facilment, u l-kantunieri ta’ gewwa
kollha taghha ghandhom ikunu fit-tond;
(b) kull vettura minbarra vettura maghluqa ghandha tkun
mghottija b’kanvas jew xi materjal iehor impermeabbli
u li jinhasel imqieghed b’dak il-mod li jdawwar ghal
kollox dik il-parti tal-vettura li fiha jkun tqieghed il-
laham u, kemm ikun regonevolment prattikabbli, l-
ghoti ma ghandux jithalla jmiss mal-laham;
(c) l-art tal-vettura ghandha tkun jew ta’ materjal imper-
meabbli u maghmula b’dak il-mod li jiffacilita t-tbattil
mill-likwidu u t-tindif tieghu, jew ikollha duckboards
li jistghu jitnehhew uzati b’dak il-mod li jimpedixxi li
l-laham jew it-tgezwir tieghu jmiss ma’ dik l-art;
(d) kull duckboard jew recipjent li fuqu jew li fih
jitqieghed il-laham u kull partijiet bhal dawk ta’ kull
cnieg, bcejjec jew taghmir iehor uzat ghat-taghbija jew
hatt tal-laham li jistghu jigu f’kuntatt mal-laham jew
mat-tgezwir tieghu ghandhom jinzammu ndaf u fi stat
tajjeb ta’ tiswija u kondizzjoni biex ikunu jistghu
jitnaddfu ghal kollox;
(e) hlief kif provdut fis-sub-regolament (2), ebda fdal ta’
laham (hlief irjus imqaxxra, irjus mismuta u fdal ta’
12 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
laham li ma jkunx inqala’ minn mal-karkassa) ma
ghandu jingarr f’xi vettura jekk mhux f’recipjenti
mghottija li ghandhom ikunu provduti ghal dan l-iskop
fuq il-vettura u li ghandhom ikunu maghmula minn
materjal impermeabbli u mizmuma ndaf u fi stat tajjeb
ta’ tiswija u kondizzjoni biex ikunu jistghu jitnaddfu
ghal kollox;
(f) partition ghandu jissigilla l-kabina tax-xufier minn dik
il-parti tal-vettura li fiha jkun qed jingarr il-laham;
(g) il-vettura ghandha tkun ta’ lewn krema car bi strixxa
kahla dijagonali ta’ hmistax-il centimetru wisgha.
(2) Ebda haga fis-sub-regolament (1) ma tehtieg il-provdiment
jew l-uzu ta’ xi recipjent ghat-trasport ta’-
(a) fdal tal-laham ippakkjat jew imgezwer iffrizat sakemm
dak il-fdal jibqa’ iffrizat iebes;
(b) interjuri ta’ kacca jew pullam li jingarru fil-karkassa
jew li jkunu mwahhlin mal-karkassa li minnha jkunu
tnehhew;
(c) kirxa mhux imnaddfa, stonku mhux imnaddaf, imsaren
mhux imnaddfa jew saqajn mhux imnaddfa f’vettura li
fiha ma jkun qed jingarr ebda laham hlief fdal ta’ dawn
ix-xorta;
(d) irjus mhux imqaxxra jew mhux mismuta f’vettura li
fiha ebda laham hlief fdal ta’ dawn ix-xorta jew saqajn
mhux imnaddfa jkunu qed jingarru.
(3) Ebda vettura wzata ghat-trasport ta’ laham ma ghandha
tintuza ghal xi skop iehor ikun liema jkun.
Garr ta’ hobz, ecc.
Emendat:
A.L. 135 ta’ l-
1974.
29. (l) Ebda hobz, helu maghmul mid-dqiq jew bakery goods
ma ghandhom jingarru fuq xi vettura jekk mhux skond id-disposiz-
zjonijiet li gejjin:
(a) il-vettura ghandha tkun vettura maghluqa ta’ kulur
krema car bi strixxa hamra dijagonali hmistax-il
centimetru; dik il-vettura ghandha tkun ventilata ghas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorita  Sanitarja, is-saqaf u l-gnub
taghha ghandhom ikunu li ma jghaddix ilma minnhom
u, minn naha ta’ gewwa, ghandhom ikunu maghmula
minn materjal li jitnaddaf facilment;
(b) l-art tal-vettura ghandha tkun maghmula minn materjal
impermeabbli u mqieghed b’dak il-mod biex jigi
facilitat it-tindif tieghu, u ghandu jkollha duckboards
li jistghu jitnehhew u wzati b’dak il-mod li ma jithallix
li hobz, helu maghmul mid-dqiq jew bakery goods li
jmissu ma’ dik l-art;
(c) kull duckboard jew recipjent ghandu jinzamm f’dak l-
istat tajjeb ta’ tiswija u kondizzjoni li dik id-
duckboard jew recipjent ikun jista’ jitnaddaf sewwa;
(d) partition ghandu jissigilla l-kabina tax-xufier minn dik
il-parti tal-vettura li fiha jkun qed jingarr il-hobz, helu
maghmul mid-dqiq jew il-bakery goods;
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 13
(e) ma ghandha tingarr ebda persuna fuq il-vettura hlief
fil-kompartiment tas-sewwieq.
(2) Ebda vettura wzata ghall-garr ta’ hobz, helu maghmul mid-
dqiq jew bakery goods ma ghandha tintuza ghal xi skop iehor ikun
f’liema hin ikun.
Trasport ta’ halib 
pasturizzat.
Mizjud:
A.L. 50 ta’ l-1988.
30. (1) Ebda halib pasturizzat u ebda rikotta, yoghurt jew
fresh cream li jkunu mahsubin ghall-bejgh jew bhala ingredjent fil-
preparazzjoni ta’ xi ikel li jkun mahsub ghall-bejgh, ma ghandhom
jingarru fuq xi vettura jekk mhux skond id-disposizzjonijiet li
gejjin:
(a) il-vettura ghandha tkun vettura maghluqa, mizbugha
bajda, u li jkollha dawn is-sinjali fuq kull naha laterali,
minbarra fuq quddiem u fuq wara: faxx djagonali ta’
lewn blu skur, li jkollu wisa’ ta’ hmistax-il centimetru
u li jkun itwal minn metru, li jkun imiss mal-
komponenti linejari ta’ wara u ta’ fuq tan-naha li tkun;
il-wiri b’mod car u li jispikka tal-kelma "HALIB" fl-
ispazju tan-nofs tan-naha li tkun; u l-isem u l-indirizz
li jinqraw facilment tal-persuna jew ditta li tkun qed
tmexxi dak in-negozju skond ir-regolament 21;
(b) il-gewwieni tal-vettura ghandu jkun kompost minn
materjal li ma jikkorrodix bi trufijiet ittundjati bejn in-
nahat ta’ fuq u l-qiegha u jkollu dik l-ghamla li jista’
jitnaddaf facilment;
(c) il-vettura ghandha tkun vettura refrigerata li fiha l-
hazna f’temperatura kontrollata tal-halib jew tal-
prodott li jkun qed jingarr, tkun tista’ tinzamm f’kull
hin ghas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorita  Sanitarja;
(d) l-insulazzjoni tal-vettura ghandha tkun tali li t-
temperatura gewwa l-vettura ma ghandhiex titla’
b’iktar minn 3º  Centigradu f’sitt sighat meta s-sistema
refrigerattiva tkun mitfija;
(e) it-taghmir u l-apparat kollu li jkun hemm fis-sistema
refrigerattiva ghandu jkun ta’ materjal li ma
jikkorrodix u s-sistema refrigerattiva ghandha minn
barra titghammar b’mod tali li t-temperatura tkun tista’
tinqara facilment.
(2) Ebda vettura uzata ghall-garr ta’ halib pasturizzat, rikotta,
yoghurt u fresh cream ma ghandha tintuza ghal xi skop iehor ikun
liema jkun.
(3) Ghall-fini ta’ dan ir-regolament, "il-hazna f’temperatura
kontrollata" tfisser il-hazna jew il-garr tal-halib jew tal-prodott
f’temperatura li ma tkunx taqbez il-5º  Centigradu.
Persuni li jbaghtu 
b’xi infezzjonijiet.
31. Meta xi persuna li tkun qed tahdem fil-manigg ta’ l-ikel
tinduna li tkun qed tbaghti minn, jew tkun carrier ta’ tifojde,
paratifojde jew xi infezzjoni ohra, salmonella jew dissenterija jew
xi infezzjoni stafilokokka li x’aktarx tipproduci avvelenament ta’ l-
ikel, ghandha minnufih tavza b’dan lil min ikun qed imexxi n-
negozju li ghandu, minnufih kif jircievi dak l-avviz, javza lis-
Suprintendent tas-Sahha Pubblika dwar hekk:
14 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
Izda, meta l-persuna li tkun qed tbaghti minn, jew tkun
carrier ta’, dik il-marda, tkun il-persuna stess li tmexxi n-negozju
ta’ l-ikel, ghandha tavza b’dan lis-Suprintendent tas-Sahha
Pubblika minnufih.
Temperatura li fiha 
xi ikel ghandu 
jinzamm.
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
2001.
32. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (3),
kull ikel li jikkonsisti minn laham, hut, gravy jew imitazzjoni ta’
krema, jew preparat minn jew ikollu xi wahda minn dawn is-
sustanzi jew xi bajda jew halib, ghandu, jekk it-temperatura ma
tkunx diga  fil-gradazzjoni ta’ temperatura permessa, tingieb f’dik
il-gradazzjoni minghajr telf ta’ zmien wara li jasal f’xi lokal, fejn
ikun hemm l-ikel, f’xi lokal iehor, bastiment jew posta, li minnhom
jew minn fejn jitmexxa negozju ta’ l-ikel ujew negozju ta’ catering.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (3),
kull ikel li ghalih japplika s-sub-regolamrnt (1) u kull ikel li jkun
gie msajjar jew imsajjar f’parti fuq jew go xi lokal, bastiment jew
posta li fuqha jew minnha jitmexxa negozju ta’ catering ghandu
jew jinzamm f’temperatura ta’ mhux inqas minn 145º  Fahrenheit
(62.7º  Centigradu) sakemm ikun mehtieg biex jigi servut ghall-
konsum immedjat, jew, jekk it-temperatura tingieb jew tithalla
tinzel taht il-145º  Fahrenheit (62.7º  Centigaradu) jitberred ghal
temperatura taht il-50º  Fahrenheit (10º  Centigradu) taht kondizzjo-
nijiet igjenici malajr kemm ikun regonevolment prattikabbli u wara
dan jinzamm taht il-50º  Fahrenheit (10º  Centigradu) sakemm ikun
mehtieg biex jigi servut jew jitkompla jissajjar jew jissahhan biex
jigi servut.
(3) (a) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx ghal -
(i) hobz, gallettini, cake jew pastry minhabba biss
l-uzu ta’ bajd jew ta’ halib bhala ingredjent
taghhom imqeghda qabel il-hami;
(ii) pastizzi jew oggetti ohra bhalhom;
(iii) cikkulata jew helu biz-zokkor;
(iv) gelat li ghalih japplikaw id-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 34, 35, 36 u 37;
(v) ikel fil-laned, bottiljat jew ippreservat xort’ohra
f’recipjent maghluq sewwa tal-metall, hgieg jew
materjal iehor impermeabbli, sakemm ir-
recipjent jibqa’ maghluq b’mod effettiv;
(vi) butir, margerina, xaham, shortening, xahmijiet
tat-tisjir jew xaham tal-kilwa tac-canga;
(vii) gobon, bacon nej, perzut nej, ghagin, tahlit xott
tal-pudina, tahlit xott tas-soppa jew tahlitiet
xotti ghall-preparazzjoni ta’ xorb; jew
(viii) ebda fniek mhux imqaxxra jew kacca jew pullam
mhux imnittfa.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx relattivament ghal ikel li t-temperatura
tieghu tkun barra mill-gradazzjoni ta’ temperatura
permessa, sakemm dik it-temperatura tintlahaq biss
matul xi wahda mill-processi li gejjin, jigifieri, l-
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 15
eghmil ta’ xi process f’xi waqt tal-preparazzjoni,
caqliq minn parti ta’ lokal, bastiment jew posta ghall-
ohra, jew taghbija u hatt, u sakemm, meta jispicca dak
il-process, jerga’ jigi mqieghed fil-gradazzjoni ta’
temperatura permessa.
(4) F’dan ir-regolament, "bajda" tinkludi bajda shiha, isfar jew
l-abjad tal-bajda kemm jekk il-bajda, l-isfar jew l-abjad tal-bajda
jkun imnixxef, iffrizat jew presarvat xort’ohra jew le, u "halib"
tinkludi halib separat jew xkumat, trab tal-halib, halib kondensat
jew krema.
Facilitajiet ghall-
hzin f’temperatura 
kontrollata.
33. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 37, kull
lokal, bastiment jew posta li fiha jew li minnha xi ikel,  li l-cold
storage tieghu tkun mehtiega mill-Awtorita  Sanitarja skond il-
prattika tajba, jinbiegh, jinzamm, jigi offert jew espost ghall-bejgh
ghall-konsum mill-bniedem, ghandu jkun provdut b’dawk il-
facilitajiet ghall-hzin f’temperatura kontrollata ta’ dak l-ikel kif l-
Awtorita  Sanitarja tista’ tordna.
TAQSIMA V
Htigiet dwar il-Manifattura u l-Bejgh ta’ Gelati
Htigiet fil-
manifattura ta’ 
gelati.
34. Il-htigiet murija fiz-zewg regolamenti li jigu wara dan
ghandhom jitharsu fil-manifattura ta’ gelati mahsuba ghall-bejgh
ghall-konsum mill-bniedem: 
Izda l-htigiet murija fir-regolament 36 ma ghandhomx
japplikaw ghal xi tahlita (kemm jekk ikollha solidi tal-halib kemm
jekk ma jkollhiex) uzata, jew wahedha jew ma’ tahlitiet ohra, fil-
manifattura ta’ silg bl-ilma jew xi konfezzjoni ohra simili iffrizata
jekk it-tahlita jkollha valur ta’ pH ta’ 4.5 jew inqas.
Konverzjoni 
f’gelati ta’ tahlita 
rikostitwita.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1984.
35. Meta tintuza tahlita kompleta kiesha li tkun rikostitwita
b’ilma tax-xorb tajjeb u li maghha xejn ma jizdied hlief zokkor,
kulur jew materjal ta’ flavouring, frott, gewz, cikkulata jew xi
sustanza ohra bhal dawn, it-tahlita rikostitwita ghandha tigi
konvertita f’gelat fi zmien siegha milli tigi rikostitwita.
Trattament bi 
shana ta’ gelati.
36. F’kull kaz hlief dak imsemmi fl-ahhar regolament ta’ qabel
dan, wara li l-ingredjenti jithalltu flimkien id-disposizzjonijiet li
gejjin ghandhom japplikaw:
(a) it-tahlita ma ghandhiex tinzamm ghal iktar minn
siegha f’temperatura ta’ iktar minn 45º  Fahrenheit
(7.2º  Centigradu) qabel ma tigi pastorizzata jew
sterilizzata skond il-paragrafu li jigi wara dan;
(b) it-tahlita ghandha tkun suggettata ghal wiehed jew
iehor mill-metodi ta’ pastorizzazzjoni jew
sterilizzazzjoni murija hawn taht:
Pastorizzazzjoni
Metodu I. It-tahlita ghandha tittella’ u tinzamm
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 150º
Fahrenheit (66º  Centigradu) ghal mill-inqas 30
minuta.
Metodu II. It-tahlita ghandha tittella’ u tinzamm
16 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 160º
Fahrenheit (71º  Centigradu) ghal mill-inqas 10
minuti.
Metodu III. It-tahlita ghandha tittella’ u tinzamm
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 175º
Fahrenheit (79.5º  Centigradu) ghal mill-anqas
15-il sekonda.
Sterilizzazzjoni
It-tahlita ghandha tittella’ u tinzamm f’temperatura
ta’ mhux inqas minn 300º  Fahrenheit (149º
Centigradu) ghal mill-inqas 2 sekondi;
(c) l-apparat uzat biex jissoggetta t-tahlita ghal
pastorizzazzjoni bil-Metodu III jew ghal
sterilizzazzjoni ghandu jkun kontrollat
termostatikament u ghandu jkun mghammar b’positive
displacement pump jew b’dak l-apparat iehor kif jista’
jigi approvat mill-Awtorita  Sanitarja biex tigi zgurata
rata kostanti ta’ hrug tat-tahlita matul li tinzamm fit-
temperatura preskritta u wkoll b’apparat li, jekk xi
tahlita ma tkunx ittellghet ghat-temperatura preskritta,
awtomatikament jibdel il-kors ta’ hrug ta’ xi tahlita
bhal dik jew, bhala alternattiva fil-kaz ta’
sterilizzazzjoni, iwaqqaf l-apparat;
(d) wara li t-tahlita tkun giet pasturizzata jew sterilizzata
kif intqal qabel hi ghandha tigi ridotta ghal
temperatura ta’ mhux izjed minn 45º  Fahrenheit (7.2º
Centigradu) fi zmien siegha u nofs u ghandha tinzamm
f’dik it-temperatura sakemm jibda l-process ta’ frizar:
Izda -
(i) din il-htiega ma tapplikax ghal tahlita li tkun
giet sterilizzata skond il-htigiet tal-paragrafu (b)
jekk minnufih wara li t-tahlita tkun giet hekk
sterilizzata titqieghed f’recipjenti sterilizzati u li
fihom ma tidholx arja taht kondizzjonijiet ta’
sterilizzazzjoni u r-recipjent jibqa’ mhux miftuh,
u
(ii) it-temperatura ta’ tahlita tista’ tithalla titla’ ’il
fuq mill-45º  Fahrenheit (7.2º  Centigradu) meta
mizjuda ma’ tahlita (li jkollha valur ta’ pH ta’
4.5 jew inqas) ghall-preparazzjoni ta’ silg ta’ l-
ilma jew konfezzjoni ohra simili ffrizata jekk it-
tahlita kombinata tigi iffrizata fi zmien siegha li
tkun kombinata;
(e) kull tahlita li ghaliha japplika l-proviso (i) li hemm
ma’ l-ahhar paragrafu ta’ qabel dan, meta jinfetah ir-
recipjent, ghandha minnufih titnizzel ghal temperatura
ta’ mhux iktar minn 15º  Fahrenheit (7.2º  Centigradu) u
ghandha tinzamm f’dik it-temperatura sakemm jibda l-
process ta’ l-iffrizar;
(f) dawk it-termometri li juru u jirregistraw ghandhom
jintuzaw kif l-Awtorita  Sanitarja tista’ ragonevolment
IGJENE TA’ L-IKEL g L.S.231.02 17
tehtieg biex tizgura li d-disposizzjonijiet ta’ qabel dan
dwar it-temperatura li ghaliha jew fiha t-tahlita
tittella’, tinzamm jew titnizzel ikunu gew imharsa;
(g) ir-registrazzjonijiet ta’ kull termometru wzat biex
jirregistra temperaturi li ghalihom jew fihom it-tahlita
tittella, tinzamm jew titnizzel ghandhom jigu
konservati ghal perijodu ta’ mhux inqas minn xahar;
(h) l-apparat kollu wzat ghall-fini ta’ dan il-paragrafu
ghandu jitqieghed, jinzamm u jigi operat ghas-
soddisfazzjon ta’ l-Awtorita  Sanitarja.
Bejgh, ecc., ta’ 
gelati.
Emendat:
A.L. 73 ta’ l-1970.
37. Il-gelati ma ghandhomx jinbieghu jew jigu offerti ghall-
bejgh jekk -
(a) id-disposizzjonijiet relattivi tar-regolamenti 34, 35 u
36 ma jkunux gew imharsa dwar il-manifattura
taghhom, u jew
(b) ikunu nzammu f’temperatura ta’ mhux iktar minn 28º
Fahrenheit (-2.2º  Centigradu) minn meta jkunu
iffrizati, jew
(c) jekk it-temperatura taghhom tkun gholiet iktar minn
28º  Fahrenheit (-2.2º  Centigradu) f’xi hin minn meta
jkunu iffrizati, ma jkunux suggettati mill-gdid ghal
trattament (jekk ikun hemm) li ghalih bhala tahlita
kien mehtieg li tigi suggettata skond ir-regolament 36
jew kien ikun mehtieg li tigi suggettata skond dak ir-
regolament li kieku ma kienx ghar-regolament 35 u,
wara li jigu iffrizati ghal darb’ohra, ikunu nzammu
f’temperatura ta’ mhux iktar minn 28º  Fahrenheit
(-2.2º  Centigradu).
Avviz ta’ mard 
imxerred b’kawza 
ta’ gelati.
38. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 31, kull
manifattur, jew negozjant, ta’ gelati ghandu, meta jkun hemm xi
marda msemmija fl-imsemmi regolament jew difterja, skarlatina,
infjammazzjoni akuta tal-griezem jew gastroenterite fost persuni li
jghixu jew jahdmu fil-lokal jew madwar il-lokal, jew li jahdmu f’xi
posta, jew f’xi jew madwar kamra jew spazju fuq bastiment, li fih,
fuqu jew minnu l-gelati jigu manifatturati, mahzuna jew mibjugha,
skond il-kaz, javza minnufih b’dan lis-Suprintendent tas-Sahha
Pubblika.
Tifsiriet ta’ kliem 
f’din it-Taqsima.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1984.
39. F’din it-Taqsima -
"karboidrat" tfisser sustanza li jkun fiha karbonju, idrogenu u
ossigenu biss li fiha l-idrogenu u l-ossigenu jinsabu fl-istess
proporzjon bhal fl-ilma;
"tahlita kompleta kiesha" tfisser prodott li jkun jista’ jigi
manifatturat f’tahlita biz-zieda ta’ ilma biss, jintbaghat mill-
manifattur f’recipjenti li fihom ma tidholx arja, u li jkun maghmul
bl-evaporizzazzjoni ta’ tahlita likwida li tkun diga  giet sottomessa
ghal trattament tas-shana li jista’ jigi paragunat ma dak preskritt
fir-regolament 36;
"gelati" tinkludi kull oggett iehor simili;
"ingredjent" tinkludi zokkor u kull bajda shiha, l-isfar ta’ bajda
18 L.S.231.02 h IGJENE TA’ L-IKEL
jew l-abjad ta’ bajda (kemm jekk trab, iffrizat jew priservat jew le)
imma ma tinkludix materjal ta’ kulur jew ta’ flavouring jew frott,
gewz, cikkulata jew sustanzi ohra simili;
"tahlita" tfisser prodott li jkun jista’ jigi manifatturat f’gelat bl-
iffrizar biss;
"zokkor" tfisser kull sustanza solvibbli ta’ karboidrat li taghmel
helu.
SKEDA 
(Regolament 2)
Ikel li ma jitqiesx bhala ikel mikxuf
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Ikel Mod ta’ Tgezwir jew Eghluq
Butir, margerina u xaham tat-
tisjir
Kull eghluq ghal kollox
f’karta jew f’foil
greaseproof.
Laham, hlief laham li jkun gie
misjur jew b’mod iehor
ippreparat ghall-bejgh b’xi
process simili
Kull tgezwir ghal kollox
b’mutton cloth, hessian jew
jute.
Hut Kull eghluq ghal kollox
f’karta jew f’foil
greaseproof.
Haxix u frott Kull kaxxa, borza, xkora,
recipjent tal-qafla jew film
pack flessibbli.
Helu maghmul bid-dqiq u bakery
goods
Kull eghluq ghal kollox.
Gelat Kull eghluq ghal kollox li
jkun grease-proof tal-karta,
foil, film, kartun, kartuna,
tazza, jew tgezwir simili.
Ice lollies Kull eghluq ghal kollox li
jkun grease-proof tal-karta,
foil, film, jew tgezwir
simili, jew xi borza
maghmula minn dak il-
materjal li jkun ser ikollu
fih l-ice lolly u li jkun jew
ma jkunx sigillat fit-tarf li
minnu tohrog l-istikketta
jew il-manku.
