IKEL INTIZ GHALL-UZU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERGIJA GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ g L.S.231.40 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.40
REGOLAMENTI DWAR IKEL INTIZ GHALL-UZU 
F’DIETI RISRETTI FL-ENERGIJA
GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ
31 ta’ Marzu, 1999
L-Avviz Legali 1 ta’ l-1999.
Titolu.
Intiz ghall-Uzu f’Dieti Ristretti fl-Energija ghat-Tnaqqis fil-Piz.
Applikabilita  ta’ 
dawn ir-
regolamenti.
2.1. Dawn ir-regolamenti jirrigwardaw htigiet ta’
kompozizzjoni u ta’ ittikkettjar ghal ikel ghal skop nutrittiv
partikolari intiz ghall-uzu f’dieti ristretti fl-energija ghat-tnaqqis
fil-piz, u li jigi pprezentat bhala tali.
2.2. Dawn ir-regolamenti ma japplikawx ghal kull ikel intiz
specifikament ghal persuni li jkunu qed ibatu minn xi dizordni fil-
metabolizmu tal-karboidrati, bhalma hi d-dijabete.
Tifsir.
energija ghat-tnaqqis fil-piz huwa ikel maghmul ghal ta’ l-apposta
li, meta jintuza skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jiehu post id-
dieta shiha ta’ kuljum jew parti minnha. Dan l-ikel jinqasam f’zewg
kategoriji:
(a) prodotti pprezentati bhala li jiehdu post id-dieta shiha
ta’ kuljum;
(b) prodotti pprezentati bhala li jiehdu post ikla wahda jew
iktar fid-dieta ta’ kuljum.
Bejgh ta’ ikel ghal 
uzu f’dieti ristretti 
fl-energija ghat-
tnaqqis fil-piz.
4.1. Hadd ma jista’ jimmanifattura, jimporta, ibiegh, izomm
ghall-bejgh jew b’xi mod iehor iqassam xi ikel intiz ghall-uzu
f’dieti ristretti fl-energija ghat-tnaqqis fil-piz jekk dan ma
jikkonformax mal-htigiet ta’ dawn ir-regolamenti.
4.2. Il-partijiet individwali kollha li jiffurmaw prodotti
pprezentati bhala li jiehdu post id-dieta shiha ta’ kuljum, meta
jinbieghu, ghandhom ikunu jinstabu fl-istess pakkett.
Kriterji ta’ 
kompozizzjoni.
5.1. L-ikel li jaqa’ taht dawn ir-regolamenti ghandu jkun
jikkonforma mal-kriterji ta’ kompozizzjoni specifikati fl-Ewwel
Skeda.
Ittikkjettjar ta’ ikel 
ghal dieti ristretti 
fl-energija ghat-
tnaqqis fil-piz.
6.1. L-isem li bih jinbiegh il-prodott ghandu jkun:
(a) ghal prodotti li jaqghu taht ir-regolament 3.1(a),
"Sostitut ghad-dieta kollha ghall-kontroll fil-piz";
(b) ghal prodotti li jaqghu taht ir-regolament 3.1(b),
"Sostitut ta’ ikla ghall-kontroll fil-piz".
L.S.231.27
6.2. It-tikketta tal-prodotti involuti ghandu jkollha fuqha,
b’zieda ma’ dak li hu pprovdut fir-Regolamenti dwar Twahhil ta’
Tikketti, Prezentazzjoni u Riklamar ta’ Oggetti ta’ l-Ikel, il-
partikolaritajiet mandatorji li gejjin:
(a)  l-valur ta’ energija ottjenibbli espress bhala kJ u bhala
2 L.S.231.40 h
IKEL INTIZ GHALL-UZU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERGIJA GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ
kcal, u l-kontenuti ta’ protejini, karboidrati u xaham,
moghtija f’forma numerika, ghal kull kwantita
specifikata tal-prodott lest ghall-uzu kif propost ghall-
konsum;
(b) il-kwantita  medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull
vitamina li ghaliha huma stipulati htigiet mandatorji
fil-paragrafu 5 ta’ l-Ewwel Skeda, espressa f’forma
numerika, ghal kull kwantita  specifikata tal-prodott
lest ghall-uzu kif propost ghall-konsum. B’zieda,
ghall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b), l-
informazzjoni dwar il-vitamini u minerali mnizzla fit-
tabella tal-paragrafu 5 ta’ l-Ewwel Skeda ghandha
wkoll tigi espressa bhala percentwali tal-valuri kif
moghtija fit-Tielet Skeda;
(c) istruzzjonijiet ghal preparazzjoni xierqa, meta jkunu
mehtiega, u stqarrija dwar l-importanza li wiehed
jimxi ma’ dawk l-istruzzjonijiet;
(d) jekk prodott, meta dan jintuza skond l-istruzzjonijiet
tal-manifattur, jipprovdi konsum ta’ polyols ta’ iktar
minn 20 g kuljum, ghandha ssir stqarrija dwar il-fatt li
l-ikel jista’ jikkawza l-ippurgar;
(e) stqarrija dwar l-importanza li wiehed jikkonsma
kwantita  adekwata ta’ fluwidi kuljum;
(f) ghall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(a):
(i) stqarrija li l-prodott jipprovdi ammonti adekwati
tan-nutrijenti essenzjali kollha ghall-gurnata;
(ii) stqarnja li l-prodott m’ghandux jintuza ghal iktar
minn tlett gimghat minghajr parir mediku;
(g) ghall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b),
stqarrija dwar il-fatt li l-prodotti huma utli ghal dak l-
iskop biss bhala parti minn dieta ristretta fl-energija u
li hwejjeg ohra ta’ l-ikel ghandhom ikunu parti
necessarji minn dik id-dieta.
6.3. L-ittikkettjar, reklamar u prezentazzjoni tal-prodotti
involuti m’ghandhom jaghmlu ebda referenza ghar-rata jew ghall-
ammont ta’ telf fil-piz li jistghu jirrizultaw mill-uzu taghhom jew
ghal xi tnaqqis fis-sens ta’ guh jew xi zieda fis-sens ta’ xaba’.
L-EWWEL SKEDA
Kompozizzjoni Essenzjali ta’ Ikel ghal Dieti Ristretti fl-Energija
L-ispecifikazzjonijiet jirreferu ghall-prodotti lesti ghall-uzu,
mibjugha bhala tali jew rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-
manifattur.
l. Energija
1.1 L-energija pprovduta minn xi prodott imsemmi fir-
regolament 3.1(a) m’ghandiex tkun inqas minn 3,360 kJ (800 kcal)
IKEL INTIZ GHALL-UZU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERGIJA GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ g L.S.231.40 3
u m’ghandiex taqbez 5,040 kJ (l,200 kcal) ghar-razzjon totali ta’
kuljum.
1.2 L-energija pprovduta minn xi prodott imsemmi fir-
regolament 3.l(b) m’ghandiex tkun inqas minn 840 kJ (200 kcal) u
m’ghandiex taqbez 1,680 kJ (400 kcal) ghal kull ikla.
2. Protejina
2.1 Il-protejina fil-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) u
(b) ghandha tipprovdi mhux inqas minn 25% u mhux iktar minn
50% ta’ l-energija totali tal-prodott. F’kull kaz l-ammont ta’
protejina fil-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) m’ghandux
jaqbez 125 g.
2.2 Il-provvedimenti dwar il-protejina hawn aktar qabel
imsemmija jirreferu ghal protejina li l-indici kimiku taghha huwa
daqs dak tal-protejina ta’ referenza FAO/WHO (1985) li hemm fit-
Tieni Skeda. Jekk l-indici kimiku jkun inqas minn 100% ta’ dik tal-
protejina ta’ referenza, il-livelli minimi ta’ protejina ghandhom
jizdiedu b’mod li jigu jikkorrispondu. F’kull kaz l-indici kimiku
tal-protejina ghandu ta’ lanqas ikun daqsinsew 80% ta’ dik tal-
protejina ta’ referenza.
2.3 L-"indici kimiku" tfisser l-inqas mir-ratios ta’ bejn il-
kwantita  ta’ kull amino acidu essenzjali tal-protejina taht il-prova,
u l-kwantita  ta’ l-amino acidu korrispondenti, fil-protejina ta’
referenza.
2.4 F’kull kaz, iz-zieda ta’ amino acidi hija permessa biss
ghall-iskop li jitjieb il-valur nutrittiv tal-protejini, u biss fil-
proporzjonijiet mehtiega ghal dak l-iskop.
3. Xaham
3.1 L-energija li gejja mix-xaham m’ghandiex taqbez 30% ta’
l-energija totali ottjenibbli totali tal-prodott.
3.2 Ghall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l (a), il-kontenut
ta’ acidu linolejiku (fil-forma ta’ gliceridi) m’ghandux ikun inqas
minn 4.5 g.
3.3 Ghall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b), l-acidu
linolejiku (fil-forma ta’ gliceridi) m’ghandux ikun inqas minn 1 g.
4. Fibra dietetika
Il-kontenut ta’ fibra dietetika tal-prodotti msemmija fir-
regolament 3.1(a) m’ghandux ikun inqas minn 10 g u m’ghandux
jaqbez 30 g ghar-razzjon ta’ kuljum.
5. Vitamini u minerali
5.1 Il-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) ghandhom
jipprovdu ghad-dieta shiha ta’ kuljum b’ta’ l-anqas 100% ta’ l-
ammonti ta’ vitamini u minerali moghtija fit-Tabella li hawn f’din
l-lskeda.
5.2 Il-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(b) ghandhom
jipprovdu ta’ l-anqas 30% ta’ l-ammonti ta’ vitamini u minerali
moghtija fit-Tabella ghal kull ikla; madanakollu, l-ammont ta’
potassju ghal kull ikla pprovdut minn dawn il-prodotti ghandu jkun
4 L.S.231.40 h
IKEL INTIZ GHALL-UZU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERGIJA GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ
ta’ l-anqas 500 mg.
IT-TIENI SKEDA
Pattern ta’ Htiega ta’ Amino Acidi1
Vitamina A µ g RE 700
Vitamina D µ g 5
Vitamina E mg-TE 10
Vitamina C mg 45
Thiamin mg 1.1
Riboflavin mg 1.6
Niacin mg-NE 18
Vitamina B6 mg 1.5
Folate µ g 200
Vitamina B12 µ g 1.4
Biotin µ g 15
Acidu Pantoteniku mg 3
Kalcju mg 700
Fosforu mg 550
Potassju mg 3100
Hadid mg 16
Zingu mg 9.5
Ramm mg 1.1
Jodju µ g 130
Selenju µ g 55
Sodju mg 575
Magnezju mg 150
Manganezju mg 1
gl/00 g protejina
Cystine + methionine 1.7
Histidine 1 .6
Isoleucine 1.3
Leucine 1.9
Lysine 1.6
Phenylalanine + tyrosine 1.9
Threonine 0.9
Tryptophan 0.5
Valine 1.3
1 Organizazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) Energy and protein requirements.
Rapport tal-Laqgha Kongunta FAO/WHO/UNU. Ginevra: WHO, 1985
(WHO Technical Report Series, 724).
IKEL INTIZ GHALL-UZU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERGIJA GHAT-TNAQQIS FIL-PIZ g L.S.231.40 5
IT-TIELET SKEDA
Vitamini u Minerali u l-Ammont Rakkomandat ta’ Kuljum (RDA) 
taghhom
Vitamina A µ g 800
Vitamina D µ g 5
Vitamina E mg 10
Vitamina C mg 60
Thiamine mg 1.4
Riboflavin mg 1.6
Niacin mg 18
Vitamina B6 mg 2
Folacin µ g 200
Vitamina B12 µ g 1
Biotin mg 0.15
Acidu Pantoteniku mg 6
Kalcju mg 800
Fosforu mg 800
Hadid mg 14
Magnezju mg 300
Zingu mg 15
Jodju µ g 150
