TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL g L.S.231.45 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.45
REGOLAMENTI DWAR IT-TRATTAMENT
BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL
16 ta’ April, 2001
L-AVVIZ LEGALI 61 ta’ l-2001.
Titolu.
Trattament bir-Radjazzjoni ta’ Hwejjeg ta’ l-Ikel.
Skop.
manifattura, tqeghid fis-suq u importazzjoni ta’ ikel u ingredjenti
ta’ l-ikel, hawn iktar ’il quddiem imsejjha "oggetti ta’ l-ikel",
ittrattati b’radjazzjoni jonizzanti.
2.2 Dawn ir-regolamenti ma japplikawx ghal:
(a) oggetti ta’ l-ikel esposti ghal radjazzjoni jonizzanti
ggenerata minn taghmir ta’ tikjil jew spezzjon,
sakemm id-doza assorbita ma tkunx aktar minn 0.01
Gy fil-kaz ta' taghmir ta’ spezzjon li juza n-newtroni u
0.5 Gy f’kazijiet ohra, b’massimu ta’ livell ta’ energija
ta’ radjazzjoni ta’ 10 MeV fil-kaz ta’ X-rays, 14 MeV
fil-kaz ta’ newtroni u 5 MeV f’kazijiet ohra;
(b) trattament bir-radjazzjoni ta’ oggetti ta’ l-ikel
imhejjija ghal pazjenti li jkunu jehtiegu dieti sterili
taht supervizjoni medika.
Projbizzjoni ta’ 
tqeghid fis-suq.
3.1 Oggetti ta’ l-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jistghu jitqeghdu
fis-suq biss jekk ikunu jikkonformaw mal-provvedimenti ta’ dawn
ir-regolamenti.
Kondizzjonijiet li 
jridu jithassru.
4.1 Il-kondizzjonijiet li jridu jitharsu biex tinghata
awtorizzazzjoni ghat-trattament ta’ oggetti ta’ l-ikel b’radjazzjoni
jonizzanti huma mnizzla fl-Ewwel Skeda. Fil-mument tat-
trattament, dawk l-oggetti ta’ l-ikel ghandhom ikunu fi stat adattat
tajjeb ghas-sahha.
4.2 Trattament bir-radjazzjoni jista’ jsir biss permezz ta’ l-
ghejun imnizzlin fit-Tieni Skeda u skond il-htigiet tal-Kodici ta’
Prattika msemmi fir-regolament 7.2. Il-medja generali ta’ doza
assorbita ghandha tkun kalkulata skond it-Tielet Skeda.
4.3 L-oghla doza ta’ radjazzjoni fil-kaz ta’ oggetti ta’ l-ikel
tista’ tinghata f’dozi parzjali; madankollu, ma tistax tinqabez l-
oghla doza ta’ radjazzjoni.
4.4 It-trattament bir-radjazzjoni ma jistax jintuza flimkien ma’
xi trattament kimiku li jkollu l-istess skop bhal dak it-trattament.
Oggetti ta’ l-ikel li 
jistghu jinghataw 
radjazzjoni.
5.1 L-oggetti ta’ l-ikel li jistghu jigu trattati b’radjazzjoni
jonizzanti u l-oghla doza medja totali li tista’ tinghata jinsabu
mnizzlin fir-Raba’ Skeda. Huma biss dawk l-oggetti ta’ l-ikel
hemm imnizzlin li jistghu jigu tttattati b’radjazzjoni jonizzanti.
Twahhil ta’ tikketti 
fuq ikel trattat bir-
radjazzjoni.
6.1 It-twahhil ta’ tikketti fuq ikel ittrattat bir-radjazzjoni
jonizzanti ghandu jkun regolat bil-provvedimenti li gejjin:
2 L.S.231.45 h TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL
6.1.1 fil-kaz ta’ prodotti mahsubin ghall-konsumatur
ahhari u provdituri ta’ l-ikel ghall-massa:
L.S.231.27
(a) jekk il-prodotti jinbieghu wiehed wiehed, il-
kliem "ittrattat bir-radjazzjoni" jew "ittrattat
b’radjazzjoni jonizzanti" ghandhom jidhru fuq
it-tikketta kif provdut fir-Regolamenti dwar
Twahhil ta’ Tikketti, Prezentazzjoni u Riklamar
ta’ Oggetti ta’ l-Ikel. Fil-kaz ta’ prodotti
mibjughin bl-ingrossa, dan il-kliem ghandu
jidher flimkien ma’ l-isem tal-prodott fuq
kartellun tal-wiri jew avviz fuq jew hdejn il-
kontenitur li fih ikun hemm il-prodotti;
(b) jekk prodott ittrattat bir-radjazzjoni jintuza
bhala ingredjent, ghandu jkun hemm l-istess
kliem li jsieheb it-tismija tieghu fil-lista ta’
ingredjenti. Fil-kaz ta’ prodotti mibjughin bl-
ingrossa, dawn il-kliem ghandhom jidhru
flimkien ma’ l-isem tal-prodott fuq kattellun tal-
wiri jew avviz fuq jew hdejn il-kontenitur li fih
ikun hemm il-prodotti;
(c) b’mod ta’ deroga mir-Regolamenti dwar it-
Tikkettjar u l-Prezentazzjoni ta’ Hwejjeg ta’ l-
Ikel, dawn l-istess kliem huma mehtiega biex
juri liema jkunu l-ingredjenti ttrattati bir-
radjazzjoni uzati f’ingredjenti komposti
f’oggetti ta’ l-ikel, ukoll jekk dawn ikunu
jaghmlu inqas minn 25% tal-prodott lest;
6.1.2 fil-kaz ta’ prodotti mhux mahsubin ghall-konsumatur
ahhari u ghal provdituri ta’ ikel ghall-massa:
(a) il-kliem imsemmija fir-regolament 6.1.1
ghandhom jintuzaw biex juru trattament kemm
ta’ l-ikel u kemm ta’ l-ingredjenti li jkun hemm
f’oggett ta’ l-ikel ittrattat bir-radjazzjoni;
(b) ghandha tkun indikata jew l-identita  u l-indirizz
ta’ l-installazzjoni li tkun ghamlet it-trattament
bir-radjazzjoni jew in-numru ta’ referenza
taghha kif mitlub f’dawn ir-regolamenti;
6.1.3 l-indikazzjoni tat-trattament ghandha f’kull kaz
tinghata fuq id-dokumenti li jkunu ma’ oggetti ta’ l-
ikel ittrattati bir-radjazzjoni jew li jirreferu
ghalihom.
Approvazzjoni ta’ 
istallazzjonijiet 
ghal trattament bir-
radjazzjojni.
7.1 Is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika ghandu jkun
responsabbli:
- ghall-approvazzjoni minn qabel ta’ l-istallazzjonijiet
ghal trattament bir-radjazzjoni kollha f’Malta,
- ghall-allokazzjoni ta’ numru ta’ referenza ufficjali
ghal istallazzjonijiet ghal trattament bir-radjazzjoni
approvati,
- ghall-kontroll u spezzjon ufficjali,
- ghall-irtirar jew il-modifika ta’ l-approvazzjoni.
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL g L.S.231.45 3
7.2 L-approvazzjoni tinghata biss jekk l-istallazzjoni:
- tkun tissodisfa l-htigiet tal-Kodici ta’ Prattika
Internazzjonali Rakkomandat tal-Kummissjoni
Kongunta Codex Alimentarius FAO/WHO ghat-
thaddim ta’ istallazzjonijiet li fihom tintuza r-
radjazzjoni fit-trattament ta’ hwejjeg ta’ l-ikel
(referenza FAO/WHO/CAC, vol. XV. l-ewwel
edizzjoni), u kull htigiet supplementari li jistghu jkunu
adottati skond il-procedura mnizzla fl-Artiklu 12 tad-
Direttiva 1999/2/EC tal-Parlament Ewropew u tal-
Kunsill,
- tinnomina persuna responsabbli ghall-konformita  mal-
kondizzjonijiet mehtiega ghall-applikazzjoni tal-
process.
7.3 Is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika ghandu jzomm
registrazzjoni dettaljata ghal kull istallazzjoni ta’ trattament bir-
radjazzjoni approvat, li jkun fih:
- l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ referenza ta’ l-
istallazzjoni, kopja tat-test tad-dokument ta’
approvazzjoni u ta’ kull decizjoni li tissospendi jew
tirtira l-approvazzjoni;
- ir-rizultati tal-kontrolli li jkunu saru tul l-istadju tat-
tqeghid fis-suq tal-prodott. Il-metodi uzati biex wiehed
jara kienx hemm trattament b’radjazzjoni jonizzanti
ghandhom jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-
Anness mad-Direttiva 85/591/EEC* u ghandhom ikunu
standardizzati jew validati mhux aktar tard mill-1 ta’
Jannar, 2003.
7.4 L-istallazzjonijiet ghal trattament bir-radjazzjoni li jkunu
approvati ghandhom, ghal kull ghajn ta’ radjazzjoni jonizzanti
uzata, jzommu registrazzjoni li tkun turi ghal kull grupp ta’ oggetti
ta’ l-ikel ittrattat:
(a) ix-xorta u l-kwantita  ta’ oggetti ta’ l-ikel ittrattati bir-
radjazzjoni;
(b) in-numru tal-grupp;
(c) il-persuna li tkun qed tordna t-trattament bir-
radjazzjoni;
(d) min ikun ircieva l-oggetti ta’ l-ikel ittrattati;
(e) id-data tat-trattament bir-radjazzjoni;
(f) il-materjal ta’ ppakkjar uzat waqt it-trattament;
(g) l-informazzjoni ghall-kontroll tal-process tat-
trattament bir-radjazzjoni kif provdut fit-Tielet Skeda,
il-kontrolli li saru ghat-tikjil tad-dozi u r-rizultati
miksubin, b’dettalji b’mod partikolari dwar il-limiti ta’
fuq u t’isfel tad-doza assorbita u tat-tip ta’ radjazzjoni
jonizzanti;
*OJ L372, 31.12.1985, p.50
4 L.S.231.45 h TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL
(h) referenza ghall-qisien tar-ratifika tad-doza inizjali.
7.5 Ir-registrazzjonijiet imsemmija fir-regolament 7.3
ghandhom jinzammu ghal perijodu ta’ hames snin.
Importazzjoni ta’ 
ikel ittrattat bir-
radjazzjoni.
8.1 Ma jistax ikun importat minn pajjiz barra mill-Komunita
Ewropea oggett ta’ l-ikel ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti kemm-il
darba dan:
- ma jkunx jikkonforma mal-kondizzjonijiet li japplikaw
ghal dawk l-oggetti ta’ l-ikel,
- ma jkollux mieghu dokumenti li juru l-isem u l-
indirizz ta’ l-istallazzjoni li jkun ghamel it-trattament
bir-radjazzjoni u li jaghtu l-informazzjoni li hemm
referenza ghaliha fir-regolament 7.3,
- ma kienx ittrattat f’istallazzjoni ghal trattament bir-
radjazzjoni approvat mill-Komunita  Ewropea kif
jidher fil-lista ppubblikata fl-Official Journal of the
European Communities skond l-Artiklu 9 tad-Direttiva
1999/2/EC.
Materjal ta’ 
ippakkjar.
9.1 Kull materjal li jintuza ghall-ippakkjar ta’ oggetti ta’ l-ikel
li se jkunu ttrattati bir-radjazzjoni ghandu jkun adattat ghal dak l-
iskop.
L-EWWEL SKEDA
Kondizzjonijiet biex ikun awtorizzat Trattament bir-Radjazzjoni
1. It-trattament bir-radjazzjoni ta’ l-ikel jista’ jkun awtorizzat
biss jekk:
- ikun hemm htiega teknologika ragonevoli,
- ma jkun jipprezenta ebda periklu ghas-sahha u jsir taht
il-kondizzjonijiet proposti,
- ikun ta’ beneficcju ghall-konsumatur,
- ma jintuzax bhala sostitut ghal xi pratka ta’ igjene u
tas-sahha jew ghal xi pratka adatta ta’ manifattura jew
agrikoltura.
2. It-trattament bir-radjazzjoni ta’ ikel jista’ jintuza biss ghal
dawn l-iskopijiet li gejjin:
- biex inaqqas l-incidenza ta’ mard li jinfirex mill-ikel
billi jeqred organizmi patogenici,
- biex inaqqas it-tahsir ta’ oggetti ta’ l-ikel billi
jirritardja jew iwaqqaf processi ta’ tahsir u jeqred l-
organizmi li jgibu t-tahsir,
- biex inaqqas t-telf ta’ oggetti ta’ l-ikel li jigi minn
maturazzjoni qabel iz-zmien, gelbin jew hrug tan-
nebbieta,
- biex inehhi minn oggetti ta’ l-ikel organizmi li
jaghmlu hsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti.
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL g L.S.231.45 5
IT-TIENI SKEDA
Ghejun ta’ Radjazzjoni Jonizzanti
1. Oggetti ta’ l-ikel jistghu jigu ttrattati biss b’dawn l-ghejun
ta’ radjazzjoni jonizzanti li gejjin:
(a) raggi gamma minn radjonuklidi 60Co jew 137Cs;
(b) X-rays generati minn ghejun ta’ magni mhaddmin
f’livell ta’ energija nominali (maximum  quantum
energy) ta’ 5MeV jew inqas;
(c) elettroni generati minn ghejun ta’ magni mhaddmin
f’livell ta’ energija nominali (maximum  quantum
energy) ta’ 10MeV jew inqas.
IT-TIELET SKEDA
1. Tikjil tad-dozi
Medja totali ta’ doza assorbita
Jista’ jitqies ghall-fini li tigi stabbilita kemm ikunu tajbin
ghas-sahha oggetti ta’ l-ikel ittrattati b’doza li jkollha medja totali
ta’ 10 kGy jew inqas, li l-effetti kimici kollha ta’ radjazzjoni f’dik
il-margni ta’ doza partikolari ikunu proporzjonali ghad-doza.
Id-doza medja totali, D, hija definita b’dan in-numru
integrali li gej diviz bil-volum totali ta’ l-oggetti:
fejn, M = il-massa totali tal-kampjun ittrattat
p = id-densita  totali fil-punt (x,y,z)
d = id-doza assorbita lokalment fit-punt (x,y,z)
dV = dx dy dz, l-lement tal-volum infinitezimali li
f’kazijiet reali jkun rapprezentat mill-frazzjonijiet
tal-volum.
Id-doza medja totali assorbita tista’ tigi stabbilita
direttament fil-kaz ta’ prodotti omogenei jew fil-kaz ta’ oggetti bl-
ingrossa ta’ densita  apparenti omogenea bid-distribuzzjoni ta’
ghadd adegwat ta’ mezzi ta’ tikjil tad-doza mqeghdin b’mod
strategiku u kif jinserta fost il-volum kollu ta’ l-oggetti. Mid-
distribuzzjoni tad-doza li tigi stabbilita b’dan il-mod, tista’ tinhareg
medja li tkun id-doza medja totali assorbita.
Jekk l-ghamla tal-kurva tad-distribuzzjoni tad-doza ma fil-
prodott kollu tkun giet stabbilita sew, isiru maghrufa il-
pozizzjonijiet ta’ l-inqas u l-oghla doza. It-tikjil tad-distribuzzjoni
tad-doza f’dawn iz-zewg pozizzjonijiet f’sensiela ta’ kampjuni tal-
prodotti jista’ jintuza biex jaghti stima tad-doza medja totali.
1
MD = fp(x,y,z)d(x,y,z)dV
6 L.S.231.45 h TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL
F'xi kazijiet, il-valur medju tal-valuri medji ta’ l-inqas
doza (D min) u ta’ l-oghla doza (D max) ikun stima tajba tad-doza
totali: jigifieri, f’dawn il-kazijiet,
2. Proceduri
2.1 Qabel ma jinbeda t-trattament bir-radjazzjoni ta’ rutina ta’
kategorija specifika ta’ xi oggett ta’ l-ikel fi istallazzjoni ghat-
trattament bir-radjazzjoni, il-lokazzjonijiet ta’ l-inqas u l-oghla
dozi jigu stabbiliti billi jitkejjlu d-dozi fil-volum tal-prodott kollu.
Dawn il-qisien ghall-validazzjoni ghandhom jittiehdu ghal ghadd
bizzejjed ta’ drabi (daqs 3-5) biex jinghata kaz ta’ varjazzjonijiet
fid-densita  jew il-geometrija tal-prodott.
2.2 It-tikjil ghandu jigi ripetut kull meta jinbidel il-prodott, il-
geometrija tieghu jew il-kondizzjonijiet tat-trattament bir-
radjazzjoni.
2.3 Matul il-process jittiehdu kejlijiet ta’ rutina tad-dozi biex
ikun zgurat li ma jinqabzux l-limiti tad-dozi. It-tikjil irid isir bit-
tqeghid ta’ apparat li jkejjel id-dozi fil-pozizzjonijiet ta’ l-inqas
jew l-oghla doza, jew f’pozizzjoni ta’ referenza. Id-doza
f’pozizzjoni ta’ referenza ghandha tkun marbuta kwantitattivament
ma’ l-oghla u l-inqas doza. Il-pozizzjoni ta’ referenza ghandha tkun
lokalizzata f’punt konvenjenti fil-prodott jew fuqu, meta l-
varjazzjonijiet fid-doza jkunu baxxi.
2.4 It-tikjil ta’ rutina tad-doza ghandu jsir fuq kull grupp u
f’intervalli regolari waqt il-produzzjoni.
2.5 F’kazi fejn oggetti sfuzi u mhux ippakkjati jinghataw
trattament bir-radjazzjoni, il-lokazzjonijiet ta’ l-inqas u l-oghla
dozi ma jkunux jistghu jigu stabbiliti. F’dawn il-kazijiet jkun wisq
ahjar li jittiehdu kampjuni kif jinsertaw b’apparat li jkejjel id-dozi
sabiex jinstabu l-valuri ta’ dawn l-estremitajiet ta’ doza.
2.6 It-tikjil ta’ dozi ghandu jsir bl-uzu ta’ sistemi ta’ tikjil ta’
dozi rikonoxxuti, u t-tikjil irid ikun jista’ jigi mwassal lura ghal
standards primarji.
2.7 Waqt it-trattament bir-radjazzjoni, certi parametri fl-
istallazzjoni ghandhom ikunu kkontrollati u rregistrati l-hin kollu.
Fil-kaz ta’ istallazzjonijiet radjunuklidici, il-parametri jinkludu l-
velocita  tat-trasport u l-livell ta’ energija tal-prodott, il-kurrent ta’
l-elettroni u l-wisa’ ta’ skannjar ta’ l-istallazzjoni.
doza medja totali = D max + D min2
Il-proporzjon ta’ D max m’ghandux jaqbez 3.D min
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ HWEJJEG TA’ L-IKEL g L.S.231.45 7
IR-RABA’ SKEDA
Oggetti ta’ l-Ikel awtorizzati ghal Trattament bir-Radjazzjoni
u l-Oghla Dozi ta’ Radjazzjoni
Kategorija ta’ l-oggett ta’ l-ikel L-oghla medja totali ta’ doza ta’ radjazzjoni assorbita (kGy)
Hxejjex aromatici mnixxfin, 
hwawar u tahwir ta’ hxejjex ta’ l-
ikel 10
