INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.03
REGOLAMENTI TA’ L-AVJAZZJONI CIVILI DWAR 
L-INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI U 
INCIDENTI TA’ L-AJRU
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIZ LEGALI 135 ta’ l-2002.
Titolu.
Avjazzjoni Civili dwar l-Investigazzjoni ta’ Dizgrazzji u Incidenti
ta’ l-Ajru.
Tifsir.
kliem ma tehtiegx xort’ohra:
"Anness" tfisser l-Anness 13 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
"dizgrazzja" tfisser dik l-okkorrenza assocjata mat-thaddim ta’
ajruplani u li ssir fil-perjodu minn x’hin persuna tirkeb l-ajruplan
bl-iskop li taghmel titjira sa x’hin kull persuna bhala tkun zbarkat,
u meta -
(a) persuna ggarrab korriment fatali jew serju bhala
rizultat li dik il-persuna -
- kienet gewwa jew fuq l-ajruplan;
- giet f’kuntatt dirett ma’ kwalunkwe parti ta’ l-
ajruplan, inkluz partijiet li gew maqlugha mill-
ajruplan, jew;
- kienet esposta direttament ghal jet blast,
hlief meta l-korrimenti jsiru b’rizultat ta’ kawzi
naturali, jew ikunu maghmula mill-persuna nnifisha
jew minn persuni ohra, jew meta l-korrimenti jkunu
saru fuq persuni li jkunu nhbew barra minn dawk iz-
zoni li huma normalment disponibbli ghall-passiggieri
u l-ekwipagg, jew 
(b) l-ajruplan garrab hsara jew falliment strutturali li-
- jaffettwa b’mod avvers is-sahha strutturali, il-
prestazzjoni jew il-karatteristici tat-titjir ta’ l-
ajruplan, u
- normalment jirrikjedi tiswija jew tibdil magguri
tal-parti affettwata,
hlief ghall-falliment jew hsara tal-makna, meta l-hsara
tkun limitata ghall-makna, il-qoxra jew accessorji
taghha, jew ghall-hsara limitata ghall-iskrejjen, truf
tal-gwienah, antenni, roti, brejkijiet, fairings, daqqiet
zghar u toqob zghar fil-qoxra ta’ l-ajruplan; jew
(c) l-ajruplan ikun mitluf jew kompletament inaccessibbli;
"dokumentazzjoni relevanti" tfisser kwalunkwe oggett fil-
pussess, kustodja jew poter tal-Ministru li huwa tat-tip kif imsemmi
fis-subparagrafi (a) sa (e)  tal-paragrafu  5.12 ta’ l-Anness;
2 L.S.232.03 h INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI
"ekwipagg" tinkludi kull persuna impjegata jew ingaggjata fuq
ajruplan fuq titjira ghal xi dmirijiet fuq dak l-ajruplan;
"flight recorder" tfisser kull tip ta’ mezz ta’ registrazzjoni
installat fuq l-ajruplan ghall-iskop li jiffacilita l-investigazzjoni ta’
dizgrazzji u incidenti;
"incident" tfisser dik l-okkorrenza, li mhix dizgrazzja, marbuta
ma’ thaddim ta’ ajruplan  li taffettwa jew tista’ taffettwa  s-
sigurezza tat-thaddim ta’ l-ajruplan;
"incident serju" tfisser incident li jinvolvi cirkostanzi li jindikaw
li kwazi grat dizgrazzja;
"investigazzjoni"  tfisser il-process li jigi segwit biex jipprevjeni
d-dizgrazzji u incidenti li jinkludi l-gbir u l-analizi ta’
informazzjoni, it-twassil ghall-konkluzjonijiet, inkluz id-
determinazzjoni ta’ kawza u, jew, kawzi u, meta f’waqqtu, l-ghemil
ta’ rakkomandazzjonijiet;
"kawzi" tfisser l-azzjonijiet, ommissjonijiet, okkorrenzi jew
kondizzjonijiet, jew kombinazzjoni taghhom, li tkun wasslet ghad-
dizgrazzja jew incident;
"kmandant" in konnessjoni ma’ ajruplan tfisser dak il-membru
ta’ l-ekwipagg li huwa mahtur bhala l-persuna li jkollha l-kmand
ta’ dak l-ajruplan mill-operatur tieghu, u fin-nuqqas ta’ tali
persuna, il-persuna li ghal dak il-hin tkun qieghda taghmel id-
dmirijiet ta’ pilota bi kmand fuq l-ajruplan;
"korriment fatali" tfisser korriment li jiggarrab minn persuna
f’dizgrazzja u li jirrizulta fil-mewt taghha fi zmien tletin gurnata
wara d-data tad-dizgrazzja;
"korriment serju" tfisser korriment li jiggarrab minn persuna
f’dizgrazzja u li -
(a) jirrikjedi dhul fi sptar ghal aktar minn tmienja u
erbghin siegha, u li jigri fi zmien sebat ijiem mid-data
tal-korriment; jew
(b) jirrizulta fi ksur ta’ xi ghadma (hlief ksur semplici ta’
swaba’ ta’ l-idejn u s-saqajn, jew ta’ l-imnieher); jew
(c) jinvolvi lacerazzjonijiet li jikkawzaw emoragija
severa, jew hsara severa lin-nervituri, muskoli jew
tendini; jew
(d) jinvolvi korriment ta’ l-organi interni; jew
(e) jinvolvi hruq tat-tieni jew tielet grad, jew hruq li
jaffettwa aktar minn hamsa fil-mija tas-superfici tal-
gisem; jew
(f) jinvolvi l-espozizzjoni verifikata ghal sustanzi
infettanti jew radjazzjoni dannuza;
"intrapriza" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew guridika
kemm jekk biex taghmel profitt jew le, jew kull organu ufficjali
kemm jekk ikollu l-personalita  guridika tieghu jew le;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-avjazzjoni civili
u, sa fejn moghti awtorita , dik il-persuna hekk awtorizzata  minnu;
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 3
"operatur" tfisser dik il-persuna naturali jew guridika, jew
intrapriza li qieghda thaddem jew bi hsiebha thaddem ajruplan jew
aktar;
"operatur ta’ ajruport" tfisser dik il-persuna li f’dak il-hin tkun
thaddem l-ajruport;
"pilota fi kmand" in konnessjoni ma’ ajruplan tfisser persuna li
ghal dak il-hin hija fil-kariga li tippilota l-ajruplan minghajr ma
tkun qieghda taht id-direzzjoni ta’ xi pilota iehor fuq l-ajruplan;
"propjetarju", fil-kaz ta’ ajruplan li huwa registrat, tfisser il-
propjetarju registrat;
"rakkomandazzjoni ta’ sigurezza" tfisser proposta mill-ispettur
investigattiv li jkun qieghed jaghmel l-investigazzjoni teknika,
ibbazata fuq informazzjoni mehuda minn dik l-investigazzjoni,
maghmula bl-intenzjoni li tipprevjeni dizgrazzji u incidenti;
"spettur"  tfisser persuna mahtura bhala Spettur  ta’ Dizgrazzji
ta’ l-Ajru skond ir-regolament 8;
"Spettur Ewlieni" tfisser l-Ispettur Ewlieni ghad-Dizgrazzji ta’ l-
Ajru mahtur skond ir-regolament 8;
"spettur investigattiv" tfisser l-ispettur li jkun qieghed jaghmel
investigazzjoni skond dawn ir-regolamenti;
"Stat Kontraenti" tfisser kwalunkwe Stat (inkluza Malta) li hu
parti fil-Konvenzjoni ta’ Chicago.
(2) Kwalunkwe notifika jew dokument mehtieg jew awtorizzat
minn xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti biex jigi notifikat
jew moghti lil xi persuna jista’ jigi notifikat jew moghti -
(a) billi jigi konsenjat lil dik il-persuna;
(b) billi jithalla fl-indirizz tar-residenza jew tal-post tax-
xoghol, normali jew l-ahhar maghruf, kemm f’Malta
jew barra minn Malta;
(c) billi jigi mibghut bil-posta f’dak l-indirizz; jew
(d) billi jintbaghat lilu f’dak l-indirizz permezz ta’ telex,
facsimile jew  mezzi  ohra simili li jistghu jipproducu
dokument li jikkontjeni t-test ta’ komunikazzjoni, u
f’dan il-kaz id-dokument ikun meqjus li gie notifikat
meta gie ricevut.
Applikabilita .
incidenti ta’ l-avjazzjoni civili.
Skop ta’ l-
investigazzjoni ta’ 
dizgrazzji u 
incidenti.
4. L-iskop uniku ta’ l-investigazzjoni ta’ dizgrazzja jew
incident taht dawn ir-regolamenti huwa l-prevenzjoni ta’ dizgrazzji
u incidenti. Mhux l-iskop ta’ l-investigazzjoni li taghti htija jew
responsabbilta .
Dmir li tipprovdi 
informazzjoni 
relatata mad-
dizgrazzji u 
incidenti.
5. (1) Meta dizgrazzja jew incident serju jsehhu u li
dwarhom, bis-sahha tar-regolament 8(3), l-Ispettur Ewlieni jkollu
jaghmel, jew iqabbad spettur biex jaghmel, investigazzjoni, il-
persuna  rilevanti u, fil-kaz ta’ dizgrazzja jew incident serju li jsehh
fuq jew qrib ta’ ajruport, l-operatur ta’ l-ajruport, ghandhom
minnufih jinnotifikaw dwarha lill-Ispettur Ewlieni bl-aktar mezzi
4 L.S.232.03 h INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI
ta’ komunikazzjoni rapidi disponibbli u, fil-kaz  ta’ dizgrazzja li
ssehh go jew fuq Malta, ghandhom wkoll jinnotifikaw lill-ufficjal
tal-Pulizija taz-zona fejn grat id-dizgrazzja bid-dizgrazzja u l-post
fejn saret.
(2) F’dan ir-regolament l-espressjoni "persuna rilevanti"
tfisser-
(a) fil-kaz ta’ dizgrazzja jew incident serju li sehhet go
jew fuq Malta jew li grat band’ohra lil ajruplan
registrat Malta, il-kmandant ta’ l-ajruplan involut fil-
hin tad-dizgrazzja jew incident serju jew, jekk hu jigi
maqtul jew inkapacitat, l-operatur  ta’ l-ajruplan; u
(b) fil-kaz ta’ incident serju li jigri go jew fuq kwalunkwe
pajjiz jew territorju ta’ Stat Kontraenti lil ajruplan li
mhux registrat Malta izda li huwa operat minn
intrapriza stabbilita f’Malta, dik l-intrapriza.
(3) In-notifika lill-Ispettur Ewlieni li ghalih jirreferi s-
subregolament (1) ghandha tinkludi l-aktar ammont possibbli mill-
informazzjoni li gejja:
(a) fil-kaz ta’ dizgrazzja, l-abbrevjazzjoni identifikatrici
"ACCID" jew, fil-kaz ta’ incident serju, l-
abbrevjazzjoni identifikatrici "INCID";
(b) it-tip, mudell u l-marki ta’ nazzjonalita  u
registrazzjoni ta’ l-ajruplan;
(c) l-isem tal-propjetarju, operatur u kerrej (jekk il-kaz)
ta’ l-ajruplan;
(d) l-isem tal-kmandant ta’ l-ajruplan;
(e) id-data u l-hin (Co-ordinated Universal Time) tad-
dizgrazzja jew incident serju;
(f) l-ahhar post tat-tluq u dak ta’ l-ewwel post li jmiss
intenzjonat ghall-inzul ta’ l-ajruplan;
(g) il-pozizzjoni ta’ l-ajruplan b’riferenza ghal xi punt
geografiku facilment definit u bil-latitudini u
longitudini;
(h) in-numru ta’ -
(i) l-ekwipagg abbord l-ajruplan fil-hin tad-
dizgrazzja jew incident serju u, fil-kaz ta’
dizgrazzja n-numru ta’ nies mejta u midruba
gravi b’rizultat tad-dizgrazzja;
(ii) passiggieri abbord l-ajruplan fil-hin tad-
dizgrazzja jew incident serju u, fil-kaz ta’
dizgrazzja, in-numru ta’ nies mejta jew midruba
gravi b’rizultat tad-dizgrazzja;
(iii) fil-kaz ta’ dizgrazzja, dawk il-persuni ohra li
mietu jew ndarbu gravi b’rizultat tad-dizgrazzja;
(iv) in-natura tad-dizgrazzja jew incident serju u l-
entita  tal-hsara lill-ajruplan sa fejn hi maghrufa.
(4) Fejn jigri incident, li mhux incident serju,
(a) go jew fuq Malta, jew
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 5
(b) barra minn go jew fuq Malta lil ajruplan registrat
Malta,
il-propjetarju, operatur, il-kmandant jew kerrej ta’ l-ajruplan
ghandu, jekk hekk mehtieg b’notifika lilu moghtija mill-Ispettur
Ewlieni, jibghat lill-Ispettur Ewlieni dik l-informazzjoni li tkun fil-
pussess jew kontroll tieghu li ghandha x’taqsam ma’ l-incident
f’dak iz-zmien hekk specifikat fin-notifika.
Pubblikazzjoni ta’ 
informazzjoni.
6. Bla hsara ghar-regolamenti 11(4)(b) u 18, l-Ispettur
Ewlieni jista’ fi kwalunkwe hin jippubblika, jew igieghel biex tigi
pubblikata, informazzjoni relatata ma’ dizgrazzja  jew incident
kemm jekk tali dizgrazzja jew incident huma l-oggett ta’
investigazzjoni minn spettur kemm jekk le.
Tnehhija ta’ 
ajruplan bil-hsara.
7. (1) Bla hsara ghas-subregolament (2) u ghar-regolament 9,
fejn dizgrazzja jew incident serju li jirrizulta fit-tnehhija mis-
servizz ta’ ajruplan, jigri go jew fuq Malta, l-ebda persuna hlief
persuna awtorizzata ma ghandu jkollha access ghall-ajruplan
involut u la l-ajruplan u lanqas il-kontenut tieghu m’ghandhom,
jekk mhux b’awtorita  tal-Ministru, jitnehhew jew b’xi mod iehor
jigu mbaghbsa.
(2) (a) L-ajruplan jista’ jitnehha jew jigi mbaghbas safejn hu
mehtieg sabiex -
(i) jigu mahruga persuni jew annimali;
(ii) tigi mnehhija posta, oggetti ta’ valur jew oggetti
perikoluzi li kienu qeghdin jingarru fuq l-
ajruplan;
(iii) ma ssirx qerda bin-nar jew b’xi kawza ohra;
(iv) ma jkunx hemm periklu jew ostruzzjoni ghall-
pubbliku, ghan-navigazzjoni ta’ l-ajru jew mezzi
ta’ trasport ohra;
(v) titnehha kwalunkwe proprjeta  ohra mill-ajruplan
taht is-supervizjoni ta’ spettur jew bi qbil ta’
spettur jew dak ta’ ufficjal tal-pulizija.
(b) Jekk ajruplan ikun iggarraf fuq l-ilma, l-ajruplan jew
xi kontenut ta’ fuqu jistghu jigu mnehhija safejn hu
necessarju biex jingieb jew jingiebu ghal post ta’
harsien.
(3) F’dan ir-regolament il-kliem "persuna awtorizzata"
tfisser-
(a) kull persuna awtorizzata mill-Ministru jew b’mod
generali jew specjali biex tersaq lejn xi ajruplan li
jkollu x’jaqsam mad-dizgrazzja jew incident serju;
(b) kull ufficjal tal-Pulizija;
(c) kull fizzjal tad-Dwana.
Spetturi ta’ 
Dizgrazzji ta’ l-
Ajru.
8. (1) Sabiex isiru investigazzjonijiet ta’ dizgrazzji u
incidenti li ghalihom jghoddu dawn ir-regolamenti, il-Ministru
ghandu jahtar persuni bhala Spettur ta’ Dizgrazzji ta’ l-Ajru, u
wiehed minn dawn ghandu jigi mahtur mill-Ministru bhala Spettur
Ewlieni tad-Dizgrazzji ta’ l-Ajru.
6 L.S.232.03 h INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI
(2) Bla hsara ghas-subregolamenti (4) u (5), l-Ispettur Ewlieni
ghandu jaghmel, jew igieghel li ssir, investigazzjoni dwar -
(a) id-dizgrazzji u incidenti serji li jsehhu go jew fuq
Malta;
(b) id-dizgrazzji jew incidenti serji li jigru go jew fuq kull
pajjiz jew territorju ta’ Stat mhux Kontraenti lil
ajruplan registrat Malta meta tali investigazzjoni ma
tigix mwettqa minn Stat iehor;
(c) incidenti serji li jigru go jew fuq kull pajjiz jew
territorju li mhux Stat Kontraenti lil ajruplan li hu
registrat f’post li mhux Malta imma li qieghed jigi
mhaddem minn intrapriza stabbilita f’Malta meta tali
investigazzjoni ma tigix mwettqa minn Stat iehor; u
(d) dizgrazzji u incidenti serji lill-ajruplani registrati
f’Malta f’cirkostanzi deskritti fil-paragrafu 5.3 ta’ l-
Anness.
(3) Bla hsara ghas-subregolamenti (4) u (5), l-Ispettur Ewlieni
jista’, meta jidhirlu li tista’ tohrog minnha xi taghlima utli dwar is-
sigurezza ta’ l-ajru, jaghmel jew igieghel spettur jaghmel
investigazzjoni fuq incident, li mhux incident serju, li jigri -
(a) go jew fuq Malta; jew
(b) b’xi mod iehor barra minn jew fuq Malta lil ajruplan
registrat f’Malta.
(4) L-Ispettur Ewlieni jista’ jiddelega x-xoghol investigattiv ta’
dizgrazzja jew incident lil Stat Kontraenti iehor skond il-paragrafi
5.1, 5.1.1 jew 5.3 ta’ l-Anness.
(5) Meta l-Ispettur Ewlieni jiddelega x-xoghol investigattiv
skond is-subregolament (4), hu ghandu sa fejn jista’ jiffacilita l-
istharrig mill-investigatur mahtur mill-Istat relevanti.
(6) L-Ispettur Ewlieni jista’ jaghmel, jew iqabbad spettur li
jaghmel, investigazzjoni fuq dizgrazzja jew incident fejn ix-xoghol
investigattiv gie delegat lil Malta minn Stat Kontraenti iehor skond
il-paragrafi 5.1, 5.1.1 jew 5.3 ta’ l-Anness.
(7) Minghajr pregudizzju ghas-setgha ta’ spettur biex ifittex
parir jew assistenza kif jidhirlu mehtieg biex issir investigazjoni, il-
Ministru jista’ fuq talba ta’ l-Ispettur Ewlieni jahtar persuni biex
jassistu lill-ispettur f’investigazzjoni partikolari u ghal dan l-iskop
tali persuni ghandhom ikollhom dawk is-setghat ta’ spettur skond
dawn ir-regolamenti kif ikun specifikat fil-hatra taghhom.
(8) L-Ispettur Ewlieni jista’ jirranga biex kull setgha u obbligu
li ghandu skond dawn ir-regolamenti jigu esegwiti f’ismu minn
spettur nominat minnu bhala d-deputat tieghu.
(9) Fi kwalunkwe kaz meta l-Ispettur Ewlieni jqabbad aktar
minn spettur wiehed biex jaghmel investigazzjoni, hu ghandu
jinnomina wiehed minnhom biex imexxi l-investigazzjoni.
Setghat ta’ l-
ispetturi.
9. (1) Ghall-iskop biex jaghmel investigazzjoni ta’ dizgrazzja
jew incident bl-aktar mod efficjenti u fl-inqas zmien possibbli, l-
ispettur investigattiv huwa  awtorizzat li:
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 7
(a) ikollu access liberu ghas-sit tad-dizgrazzja jew
incident kif ukoll ghall-ajruplan, ghall-kontenut jew il-
fdalijiet tieghu;
(b) jizgura lista ta’ evidenza immedjata u tnehhija
kontrollata ta’ fdalijiet, jew partijiet ghal fini ta’ ezami
jew analizi;
(c) ikollu access immedjat ghal u l-uzu tal-kontenut ta’
flight recorders u kull registrazzjoni ohra;
(d) ikollu access ghar-rizultati ta’ l-ezami ta’ l-igsma tal-
vittmi jew ta’ testijiet fuq kampjuni mehuda minn
igsma ta’ vittmi;
(e) ikollu access immedjat ghar-rizultati ta’ ezamijiet ta’
nies involuti fit-thaddim ta’ l-ajruplan u ta’ ezamijiet
fuq kampjuni mehuda minn tali nies;
(f) jezamina xhieda; u
(g) ikollu access liberu ghal kull informazzjoni jew
dokumentazzjoni relevanti mizmuma mill-
proprjetarju, operatur jew il-kostruttur ta’ l-ajruplan u
mill-awtoritajiet responsabbli ghall-avjazzjoni civili
jew ghall-operazzjoni ta’ l-ajruport.
(2) Ghall-finijiet tas-subregolament (1), spettur investigattiv
ghandu s-setgha -
(a) b’tahrika iffirmata minnu jghajjat quddiemu u
jezamina kull tali persuna li jidhirlu xieraq billi
jirrikjedi tali persuni jirrispondu ghal kwalunkwe
mistoqsija jew jaghtu kwalunkwe informazzjoni jew
jipproducu kwalunkwe ktieb, karti, dokumenti, u
oggetti li l-spettur investigattiv jidhirlu relevanti u li
jzomm kwalunkwe tali kotba, karti, dokumenti u
oggetti sakemm tintemm l-investigazzjoni;
(b) biex jiehu dikjarazzjonijiet minn kull persuna li
jidhirlu xieraq u biex jirrikjedi tali persuna taghmel u
tiffirma dikjarazzjoni tal-verita  tad-dikjarazzjoni
maghmula minnha;
(c) wara li juri l-kredenzjali tieghu jekk mehtieg, li jidhol
u jispezzjona kull post, bini jew ajruplan, fejn tali dhul
u spezzjoni jkunu fil-fehma ta’ l-ispettur investigattiv
necessarji ghall-finijiet ta’ l-investigazzjoni;
(d) wara li juri l-kredenzjali tieghu jekk mehtieg, li jnehhi,
jittestja, jiehu mizuri ghall-ipprezervar ta’, jew b’xi
mod iehor jittratta ma’, kwalunkwe ajruplan iehor
barra dak involut fid-dizgrazzja jew incident, fejn
jidher lill-ispettur investigattiv li hu necessarju ghall-
finijiet ta’ l-investigazzjoni;
(e) li jiehu tali mizuri ghall-ipprezervar ta’ evidenza li
huwa jikkonsidra xierqa.
(3) Kull persuna mharrka minn spettur investigattiv skond is-
subregolament (2)(a) ghandha tigi moghtija dawk l-ispejjez li l-
Ministru jista’ jiddeciedi.
8 L.S.232.03 h INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI
Forma u procedura 
ta’ l-investigazzjo-
nijiet.
10. Il-firxa ta’ l-investigazzjonijiet u l-proceduri li ghandhom
jigu segwiti waqt l-investigazzjonijiet mehtiega jew awtorizzati
skond dawn ir-regolamenti ghandhom jigu decizi mill-ispettur
ewlieni waqt li jiehu in konsiderazzjoni l-iskop deskritt fir-
regolament 4 u t-taghlim li jistenna li jakkwista mid-dizgrazzja jew
incident biex titjieb is-sigurezza.
Rapport ta’ l-
ispettur.
11. (1) Meta titlesta l-investigazzjoni ta’ dizgrazzja jew
incident, l-ispettur investigattiv ghandu jipprepara rapport ta’ l-
investigazzjoni fil-forma xierqa ghat-tip u s-serjeta  tad-dizgrazzja
jew incident.
(2) Jekk l-ispettur investigattiv jidhirlu li l-investigazzjoni ta’
xi dizgrazzja jew incident -
(a) li tinvolvi kollizjoni bejn ajruplan civili u ajruplan
militari; jew
(b) li tigri waqt li ajruplan civili kien fuq jew fl-istadju
tat-tluq minn jew nzul f’ajruport kontrollat mill-forzi
armati, navali jew ta’ l-ajru ta’ kwalsiasi pajjiz,
tkun tlestiet hlief ghall-investigazzjonijiet dwar materji ta’
dixxiplina jew amministrazzjoni interna ta’ xi wahda minn dawk il-
forzi u li jkun aktar xieraq li jigu investigati minn xi persuna jew
organu iehor, l-investigazzjoni tista’ tigi trattata ghall-finijiet tas-
subregolament (1) bhallikieku tlestiet minghajr ma tali materji gew
investigati taht dan ir-regolament. F’dan il-kaz ir-rapport ta’ l-
investigazzjoni tad-dizgrazzja jew incident ghandu jiddikjara dawk
il-materji li dwarhom ma gietx estiza l-investigazzjoni bis-sahha ta’
dan is-subregolament.
(3) Ir-rapport ta’ investigazzjoni ta’ dizgrazzja ghandu
jiddikjara li l-iskop uniku ta’ l-investigazzjoni hu kif imfisser fir-
regolament 4 u, fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet fuq is-
sigurezza.
(4)  Ir-rapport ta’ l-investigazzjoni ta’ incident ghandu -
(a) fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet relevanti
dwar is-sigurezza;
(b) jipprotegi l-anonimita  tal-persuni involuti fl-incident;
u
(c) jigi cirkolat mill-ispettur investigattiv lill-partijiet li
jistghu jibbenefikaw mis-sejbiet f’dak li jikkoncerna s-
sigurezza.
(5) Rakkomandazzjoni fuq sigurezza m’ghandhiex fl-ebda kaz
tikkrea prezunzjoni ta’ tort jew responsabbilta  ghal dizgrazzja jew
incident.
(6) L-Ispettur Ewlieni ghandu jissottometti kopja ta’ kull
rapport maghmul skond is-subregolament (1) lill-Ministru minghajr
dewmien.
(7) F’dan ir-regolament il-kliem "spettur investigattiv" fil-kaz
fejn aktar minn spettur wiehed ikun qieghed jaghmel xoghol ta’
investigazzjoni tfisser l-ispettur nominat skond ir-regolament 8(9).
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 9
Notifika tar-
rapport ta’ l-
ispettur  u 
sottomissjonijiet 
dwaru.
12. (1) L-ebda rapport li huwa mehtieg taht ir-regolament 13
li jigi pubblikat ghandu hekk jigi pubblikat jekk, fl-opinjoni ta’ l-
ispettur investigattiv, jista’ jaffettwa b’mod avvers ir-reputazzjoni
ta’ kwalunkwe persuna, sakemm l-ispettur investigattiv ma jkunx -
(a) fejn jidhirlu li hu prattiku li hekk isir, innotifika taht
dan ir-regolament lil dik il-persuna, jew jekk din il-
persuna hija mejta, lil dik il-persuna li jidhirlu, f’dak
il-hin, li jipproponi li jaghti dik in-notifika skond dan
is-subregolament, li tirrapprezenta bl-ahjar mod l-
interessi tal-persuna mejta fil-kaz; u
(b) ghamel tali bidliet fir-rapport li jidhrulu xierqa wara li
jikkunsidra kwalunkwe sottomissjoni li tista’ ssirlu
skond is-subregolament (3) mill-persuna jew ghal dik
il-persuna, moghtija n-notifika.
(2) In-notifika msemmija fis-subregolament (1)(a) ghandha
tinkludi l-partikolaritajiet ta’ kwalunkwe analizi ta’ fatti u
konkluzjonijiet proposti dwar il-kawza jew kawzi tad-dizgrazzja
jew incident li jistghu jaffettwaw lill-persuna li lilha giet moghtija
n-notifika.
(3) Kull sottomissjoni maghmula skond is-subregolament
(1)(b) ghandha tigi maghmula bil-miktub u ghandha, bla hsara
ghas-subregolament (6), tigi moghtija lill-ispettur investigattiv fi
zmien tmienja u ghoxrin gurnata wara li tkun notifikata n-notifika
li jirreferi ghaliha is-subregolament (1)(a).
(4) Kopja tar-rapport ipprezentat lill-Ministru taht ir-
regolament 11(6) ghandha tigi mibghuta mill-ispettur investigattiv
lil kull persuna li giet notifikata skond is-subregolament (1).
(5) L-ebda persuna ma tista’ tizvela jew tippermetti li tigi
zvelata xi informazzjoni kontenuta f’notifika jew rapport mibghut
lilha skond is-subregolamenti (1) jew (4) lil xi persuna ohra
minghajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-Ispettur Ewlieni.
(6) L-Ispettur Ewlieni jista’ jestendi l-perjodu ta’ tmienja u
ghoxrin gurnata preskritt fis-subregolament (3) u din is-setgha
tista’ tigi wzat minkejja li dak il-perjodu jkun skada.
(7) F’dan ir-regolament il-kliem "spettur investigattiv" f’kaz
fejn ikun hemm aktar minn spettur wiehed li jkun qieghed jaghmel
xoghol ta’ investigazzjoni tfisser l-ispettur nominat taht ir-
regolament 8(9).
Pubblikazzjoni tar-
rapporti.
13. Bla hsara ghar-regolament 12(1), l-Ispettur Ewlieni ghandu
jippubblika r-rapport ta’ investigazzjoni ta’ dizgrazzja jew
incident, hlief ghall-investigazzjoni ta’ incident li jkun gie delegat
lil Malta minn Stat iehor, fl-iqsar zmien possibli (u jekk possibbli,
fi zmien tnax-il xahar mid-data tad-dizgrazzja jew incident serju) u
f’dak il-mod li jidhirlu xieraq.
Rakkomandaz-
zjonijiet ta’ 
sigurezza.
14. (1) L-Ispettur Ewlieni ghandu jikkomunika dawk ir-
rapporti li ghalihom jirreferi r-regolament 13, inkluz dawk ir-
rakkomandazzjonijiet dwar sigurezza kontenuti fihom, lill-
intraprizi u awtoritajiet ta’ l-avjazzjoni koncernati.
(2) Kull intrapriza jew awtorita  li lilha tigi komunikata
10 L.S.232.03 h INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI
rakkomandazzjoni dwar sigurezza skond is-subregolament (1)
ghandha, minghajr dewmien -
(a) tiehu in konsiderazzjoni dik ir-rakkomandazzjoni u,
fejn xieraq tagixxi fuqha;
(b) tibghat lill-Ministru -
(i) dettalji kompleti fuq il-mizuri, jekk ikun hemm,
li hadet jew li huma proposti li tiehu biex tigi
implimentata r-rakkomandazzjoni u, f’kaz fejn
tipproponi l-implimentazzjoni ta’ mizuri, il-
perjodu taz-zmien biex tigi ezegwita dik l-
implimentazzjoni; jew
(ii) spjegazzjoni kompleta ghaliex ir-
rakkomandazzjoni m’ghandhiex tkun l-oggett ta’
mizuri li jittiehdu biex jimplimentawha;
(c) tinnotifika lill-Ministru jekk f’xi hin xi informazzjoni
mghoddija lill-Ministru skond il-paragrafu (b)(i) li
tirrigwarda l-mizuri li tipproponi li ghandhom jittiehdu
jew il-perjodu ta’ l-implimentazzjoni taghhom ma
tibqax preciza minhabba bdil fic-cirkostanzi.
Ftuh  mill-gdid  ta’ 
l-investigazzjoni.
15. (1) L-Ispettur Ewlieni jista’ jordna li terga tinfetah l-
investigazjoni ta’ kwalunkwe dizgrazzja jew incident, u ghandu
jaghmel hekk -
(a) jekk, wara li titlesta l-investigazzjoni, tigi zvelata
evidenza li fl-opinjoni tieghu hija gdida u importanti;
jew
(b) jekk ghal xi raguni ohra jezisti fl-opinjoni tieghu lok
ghal suspett li r-reputazzjoni ta’ xi persuna giet
affettwata b’mod ingust u avvers.
(2) Kull investigazzjoni li terga tinfetah ghandha tkun soggetta
ghal u titmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Rapprezentanti 
akkreditati.
16. (1) Meta investigazzjoni  ta’ dizgrazzja jew incident serju
tkun qieghda tigi mwetttqa minn spettur investigattiv skond ir-
regolament 8, rapprezentant akkreditat mahtur -
(a) mill-Istat tar-registru;
(b) mill-Istat tad-disinn;
(c) mill-Istat tal-kostruttur;
(d) mill-Istat ta’ l-operatur;
(e) minn Stat Kontraenti li, fuq talba, ipprovda
informazzjoni, facilitajiet jew esperti lill-ispettur
investigattiv in konnessjoni mad-dizgrazzja jew
incident serju,
jista’ jiehu parti fl-investigazzjoni, jigifieri, hu jista’ jigi mholli
jzur is-sit ta’ l-incident, jezamina t-tifrik, jezamina xhieda, jircievi
kopja ta’ kull dokument pertinenti (hlief ghal dawk li l-ispettur
investigattiv jikkonsidra li mhux gust li jkunu mibghuta), ikollu
access ghal kull evidenza relevanti u li jaghmel sottomissjonijiet; u
hu jista’ jigi akkompanjat minn esperti teknici u ohrajn li jitqiesu
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI CIVILI g L.S.232.03 11
necessarji mill-awtoritajiet tal-pajjiz jew territorju li jkunu hatruh.
(2) F’dan ir-regolament il-kliem "rapprezentant akkreditat",
"Stat tar-registru", "Stat tad-disinn", "Stat tal-kostruttur" u "Stat ta’
l-operatur" ghandhom it-tifsira moghtija lilhom fil-Kapitolu 1 ta’ l-
Anness u l-espressjoni "spettur investigattiv" f’kaz fejn aktar minn
spettur wiehed ikun qieghed jaghmel xoghol ta’ investigazzjoni
tfisser l-ispettur mahtur taht ir-regolament 8(9).
Tfixkil ta’ l-
investigazzjoni.
17. (1) L-ebda persuna ma ghandha tfixkel jew izzomm
spettur jew persuna li tagixxi taht l-awtorita  tal-Ministru waqt it-
twettiq tas-setghat jew dmirijiet skond dawn ir-regolamenti.
(2) L-ebda persuna ma ghandha minghajr raguni valida tonqos,
wara li tkun hadet l-ispejjez (jekk jkun hemm) li hija intitolata
ghalihom taht dawn ir-regolamenti, milli tosserva kwalunkwe
tahrika ta’ spettur li jkun qieghed jaghmel investigazzjoni.
Kxif  ta’ 
dokumentazzjoni 
rilevanti.
18. (1) Bla hsara ghas-subregolamenti (2), (4), (5) u (6) l-ebda
dokumentazzjoni relevanti ma ghandha tigi maghmula disponibbli
mill-Ministru lil xi persuna ghall-iskopijiet li m’humiex marbuta
ma’ l-investigazzjoni tad-dizgrazzja jew incident.
(2) Xejn fis-subregolament (1) m’ghandu ma jhallix lill-
Ministru jaghmel dokumentazzjoni relevanti disponibbli lil xi
persuna f’kaz fejn dik il-persuna tkun parti jew intitolata li tidher fi
proceduri legali, meta l-Qorti tkun ordnat li dik id-
dokumentazzjoni relevanti ghandha tigi lilu maghmula disponibbli
ghall-finijiet ta’ dawk il-proceduri legali.
(3) Bla hsara ghas-subregolament (5) l-ebda ordni m’ghandha
tinghata taht is-subregolament (2) jekk kemm-il darba l-Qorti ma
tkunx sodisfatta li l-interessi tal-gustizzja fil-proceduri legali in
kwistjoni jaqbzu kwalunkwe impatt avvers kemm domestiku u
kemm internazzjonali li l-kxif tad-dokumentazzjoni jista’ jkollu fuq
l-investigazzjoni tad-dizgrazzja jew incident li maghhom ghandha
x’taqsam id-dokumentazzjoni jew fuq xi investigazzjoni futura ta’
xi dizgrazzja jew incident li tigi maghmula f’Malta.
(4) Dokumentazzjoni relevanti jew parti minnha m’ghandhiex
tigi trattata bhallikieku giet maghmula disponibbli kuntrarju ghas-
subregolament (1) u fi kwalunkwe kaz fejn dik id-dokumentazzjoni
jew parti minnha tigi inkluza fir-rapport finali (jew fl-appendici ta’
dak ir-rapport finali) tad-dizgrazzja jew incident.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ghandhom ikunu
minghajr pregudizzju ghal kull regola tal-ligi li tawtorizza jew
titlob iz-zamma ta’ kull dokumentazzjoni rilevanti jew parti
minnha ghar-raguni li l-kxif taghha tkun ingurjuza ghall-interess
pubbliku.
Riserva.
(Investigation of Accidents) Regulations (revokati b’dawn ir-
Regolamenti) li, fil-kaz ta’ investigazzjoni fuq il-post tad-
dizgrazzja jew incident ma tlestiex jew, fil-kaz ta’ investigazzjoni
formali ghadha ma saritx l-oggett ta’ rapport lill-Ministru, ghandha
tissokta bhallikieku bdiet taht dawn ir-Regolamenti.
