ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT g L.S.232.13 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.13
REGOLAMENTI DWAR L-ASSENJAR TA’ SLOTS 
FL-AJRUPORT
16 ta’ Dicembru, 2002
L-AVVIZ LEGALI 300 ta’ l-2001.
Titolu.
Assenjar ta’ Slots fl-Ajruport.
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
S.L.232.05
Kap. 405.
"ajruport" tfisser l-Ajruport Internazjonali ta’ Malta; ghandu
jkollha ukoll it-tisfira kif moghti lill-kelma "aerodrome" fl-artikolu
2 ta’ l-Air Navigation Order, u t-tifsira kif moghti lill-kelma
"ajruport" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar is-Sigurta  fl-Ajruportijiet u l-
Avjazzjoni Civili;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Civili u, sal-limitu
ta’ l-awtorita moghtija, dik il-persuna hekk awtorizzata minnu;
"IATA" tfisser l-International Air Transport Association;
"l-akbar trasportatur ta’ l-ajru bazat f’Malta" tfisser it-
trasportatur ta’ l-ajru registrat f’Malta li jgorr l-akbar numru ta’
passiggieri fis-sena minn u lejn Malta;
"Operatur ta’ l-ajruport", in konnessjoni ma’ ajruport, tfisser dik
il-persuna li ghandha f’dak iz-zmien l-amministrazzjoni ta’ dak l-
ajruport;
"skedar ta’ l-ajruplani" tfisser l-assenjar ta’ slots;
"slot" tfisser il-hin skedat tal-wasla u tat-tluq disponibbli jew
assenjati ghall-moviment ta’ ajruplan f’data specifikata f’ajruport li
ghalih japplikaw dawn ir-regolamenti;
"trasportatur ta’ l-ajru" tfisser kull persuna, kemm fizika jew
guridika irrispettivament minn nazzjonalita  taghha, post ta’
residenza normali, post principali ta’ negozju, post ta’ fejn giet
inkorporata jew ta’ amministrazzjoni, li thaddem ajruplani,
irrispettivament mill-pajjiz tar-registrazzjoni taghhom, fuq bazi
kummercjali bl-iskop ta’ garr ta’ passiggieri, merkanzija u posta.
Ko-ordinatur ta’ l-
iskedar.
3. (1) Ghandu jigi mahtur ko-ordinatur ta’ l-iskedar skond il-
procedura segwenti: l-Operatur ta’ l-ajruport, wara li jkun
ikkonsulta mat-trasportaturi ta’ l-ajru li juzaw l-ajruport
regolarment, ghandu jissottometti lid-Direttur ghall-approvazzjoni
tieghu jew mod iehor bil-miktub, lista ta’ mhux aktar minn tliet
persuni li ghandhom konoxxenza u esperjenza fil-qasam ta’ l-
iskedar ta’ ajruplani; fil-kaz li d-Direttur japprova aktar minn
persuna wahda, l-Operatur ta’ l-ajruport jista’ jahtar il-persuna ta’
l-ghazla tieghu.
(2) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar ghandu jzomm il-kariga tieghu
ghal-perjodu ta’ erba’ snin, liema perjodu jista jigi mgedded ghal
darba ohra.
2 L.S.232.13 h ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT
(3) L-Operatur ta’ l-ajruport u d-Direttur ghandhom flimkien
is-setgha li jkeccu lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar jekk dan jonqos
xjentement li josserva d-dmirijiet tieghu taht is-subregolament
(5)(a) sa (d).
(4) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar huwa responsabbli wahdu
ghall-iskedar tas-slots.  Hu jista’ jikkonsulta mal-Kumitat ta’ l-
Iskedar ta’ l-Ajruport fuq l-iskedar tas-slots, u, minghajr hsara
ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 6, id-decizjoni tieghu tkun
finali.
(5) Fl-ezercizzju tad-dmirijiet tieghu, il-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar ghandu:
(a) jagixxi b’mod indipendenti, newtrali, imparzjali u
trasparenti;
(b) jizgura li l-htigiet tat-trasportaturi ta’ l-ajru jigu
sodisfatti;
(c) jizgura li l-ajruplani, il-passiggieri, il-merkanzija u l-
posta jigu trattati bl-aktar mod efficjenti u minghajr
dewmien;
(d) jzomm taht skrutinju l-uzu tas-slots; u
(e) jippartecipa, kif ikun hemm bzonn, fil-konferenzi ta’ l-
iskedar tat-trasportaturi ta’ l-ajru jew ta’ l-
organizzazzjonijiet internazzjonali li
jirraprezentawhom.
(6) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar ghandu s-setgha li jitlob
kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollu bzonn minghand
trasportatur ta’ l-ajru sabiex ikun jista’ jwettaq ir-
responsabbilitajiet tieghu ta’ l-skedar.
(7) It-trasportaturi ta’ l-ajru li jahdmu jew li ghandhom hsieb li
jahdmu fl-ajruport ghandhom jipprovdu lill-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar dik l-informazzjoni li tista’ tigi mitluba skond is-
subregolament (6).
(8) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar ghandu, fuq talba u fi zmien
ragjonevoli, jqieghed ghad-disposizjoni u ghall-ezami ta’ l-
Operatur ta’ l-ajruport, tad-Direttur u tat-trasportaturi ta’ l-ajru l-
informazjoni li gejja:
(a) l-islots storici, b’mod kronologiku, ta’ kull trasportatur
ta’ l-ajru fl-ajruport;
(b) l-islots mitluba (talbiet inizjali) mit-trasportaturi ta’ l-
ajru kollha u b’mod kronologiku;
(c) l-islots kollha assenjati u talbiet ghal slots li ghadhom
ma gewx assenjati, elenkati individwalment f’lista
b’mod kronologiku skond it-trasportaturi ta’ l-ajru,
ghat-trasportaturi ta’ l-ajru kollha;
(d) l-islots li jkunu ghadhom disponibbli; u
(e) id-dettalji kollha fuq il-kriterji uzati ghall-assenjar tas-
slots.
(9) L-informazzjoni msemmija fis-subregolament (8) ghandha
tigi maghmulha disponibbli, jekk ma tkunx notifikata mod iehor, l-
ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT g L.S.232.13 3
aktar tard fil-hin tal-konferenzi ta’ l-iskedar relevanti u skond kif
xieraq waqt u wara dawn il-konferenzi.
Kumitat ta’ l-
Iskedar ta’ l-
Ajruport.
4. (1) Ghandu jigi mwaqqaf Kumitat ta’ l-Iskedar ta’ l-
Ajruport, hawnhekk izjed ’l quddiem imsejjah "il-Kumitat", u dan
ghandu jkun kompost minn:
(a) ir-rapprezentant ta’ l-Operatur ta’ l-Ajruport, li jkun il-
President;
(b) rapprezentant tat-trasportaturi ta’ l-ajru li mhumiex
registrati f’Malta jew rapprezentanti ta’ xi
organizzazzjoni taghhom;
(c) id-Direttur jew ir-rapprezentant tieghu;
(d) persuna nominata mill-provditur tas-servizzi tal-
kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru;
(e) rapprezentant ta’ l-akbar trasportatur ta’ l-ajru bazat
f’Malta; u
(f) rapprezentant ta’ l-agenti ta’ ground handling, salv li
dak ir-rapprezentant m’ghandux jirraprezenta persuna
li diga  hi rapprezentata b’xi mod bis-sahha tal-
paragrafi (a) sa (e), it-tnejn maghdudin.
(2) Ix-xogholijiet tal-Kumitat ikunu li:
(a) jirrevedi fuq bazi regolari il-possibilitajiet li tizdied il-
kapacita tat-traffiku ta’ l-ajru;
(b) jirrevedi u jirrakkomanda miljoramenti fil-
kondizzjonijiet tat-traffiku ta’ l-ajru li jezistu fl-
ajruport;
(c) jaddotta u jirrevedi fuq bazi regolari sett ta’ linji gwida
fuq l-assenjar tas-slots li fuqhom ghandu jimxi il-ko-
ordinatur ta’ l-iskedar u li ghandhom jqisu l-
kondizzjonijiet lokali;
(d) jzomm rekord tas-slots assenjati; u
(e) jisma’ u jiddetermina ilmenti fuq l-assenjar tas-slots
kif provdut f’dawn ir-regolamenti.
(3) Il-Kumitat ghandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. Il-
laqghat ghandhom jigu msejha mill-President.  Il-President u
membru wiehed iehor jikkostitwixxu quorum.
(4) Il-Kumitat ghandu jiltaqa’ minghajr dewmien kull meta
jkun hemm bzonn li jigi kkonsultat mill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar.
(5) Il-Kumitat ghandu d-dritt jitlob lill-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar li jissottometti kull informazzjoni rilevanti li ghandu fuq
kaz partikolari u li fuqu jkun gie sottomess xi lment skond ir-
regolament 6.
(6) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar u dak li jaghmel l-ilment
ghandu  jkollhom id-dritt li jkunu prezenti waqt laqghat tal-Kumitat
ghas-smigh ta’  ilmenti sottomessi skond ir-regolament 6.
Dokumentazzjoni.
izommu dokumentazzjoni bil-miktub ta’ kull korrispondenza,
4 L.S.232.13 h ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT
laqghat u decizjonijiet rilevanti.
Ilmenti. 6. Trasportatur ta’ l-ajru jista’ jissottometti ilment bil-miktub
lill-Kumitat li ghandu jinvestiga dak l-ilment u li jista’ jaghmel
rakkomandazzjonijiet lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar biex jirrevedi
jew ibiddel id-decizjonijiet tieghu.
Reati. 7. (1) Kull persuna li tonqos milli tipprovdi lill-ko-ordinatur
ta’ l-iskedar jew lill-Kumitat dik l-informazzjoni rilevanti mitluba
u fil-hin specifikat b’notifika bil-miktub tkun hatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li xjentement tipprovdi informazzjoni falza
lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar jew lill-Kumitat tkun hatja ta’ reat.
Pieni. 8. (1) Persuna li tikkommetti reat skond ir-regolament 7(1)
tehel, meta tinstab hatja, multa ta’ mhux aktar minn hames mitt lira,
u, fil-kaz tat-tieni reat jew reat sussegwenti, multa ta’ mhux aktar
minn elf lira.
(2) Persuna li tikkommetti reat skond ir-regolament 7(2) tehel,
meta tinstab hatja, multa ta’ mhux aktar minn elf lira jew
prigunerija ghal zmien mhux izjed minn sitt xhur, jew dik il-multa
u l-prigunerija flimkien.
