UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET g L.S.251.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 251.01
REGOLI DWAR UNURI, GHOTJIET U 
DEKORAZJONIJIET
10 ta’ Lulju, 1990
L-AVVIZ LEGALI 105 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avvizi Legali 178 ta’ l-
1994 u 162 ta’ l-1995.
DISPOSIZZJONIJIET GENERALI
Titolu.
u Dekorazzjonijiet.
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 251.
"il-Kancillier" tfisser il-Kancillier tax-Xirka u ta’ l-Ordni
stabbilit bl-Att;
"ir-Registratur" tfisser ir-Registratur tax-Xirka u ta’ l-Ordni
stabbilit b’dawn ir-Regoli;
u espressjonijiet li jinsabu wkoll fl-Att ghandhom l-istess tifsir kif
ghandhom fl-Att.
Kancillier.
(a) jirregistra l-procedimenti mportanti kollha dwar ix-
Xirka u dwar l-Ordni u jnizzel dawk il-procedimenti
f’kotba mizmumin ghal hekk;
(b) jiehu hsieb li kull hatra fix-Xirka u fl-Ordni u kull
temm ta’ kull hatra bhal dik jigu pubblikati fil-
Gazzetta;
(c) fuq id-direttivi tal-Kap tax-Xirka u ta’ l-Ordni,
jorganizza l-investituri u funzjonijiet ohra tax-Xirka u
ta’ l-Ordni.
Registratur.
Registratur tax-Xirka u ta’ l-Ordni li ghandu, bla hsara ghas-setghat
moghtija lill-Kancillier bl-artikolu 21 ta’ l-Att -
(a) ikun responsabbli ghat-tmexxija tal-korrispondenza
kollha li ghandha x’taqsam max-Xirka, u ma’ l-Ordni,
barra minn korrispondenza li ssir direttament bejn il-
Prim Ministru jew il-Ministri u l-President, u li
jaghmel dawk ir-registrazzjonijiet dwarha li jidhirlu
mehtiega;
(b) jizgura li jkunu mharsa sewwa d-dokumenti kollha
dwar ix-Xirka u l-Ordni;
(c) izomm ir-registrazzjonijiet tal-Midalji tar-Repubblika
kollha moghtija skond l-Att; u
(d) izomm registrazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjonijiet
kollha moghtija skond l-artikolu 29 ta’ l-Att.
2 L.S.251.01 h UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET
Segretarju tal-
Kabinett.
5. Is-Segretarju tal-Kabinett ghandu -
(a) jiehu hsieb li kull ghotja ta’ Midalja tar-Repubblika u
kull revoka ta’ xi ghotja bhal dik jigu pubblikati fil-
Gazzetta; u
(b) jiehu hsieb li l-awtorizzazzjonijiet kollha moghtija
skond l-artikolu 29 ta’ l-Att jigu pubblikati fil-
Gazzetta.
INSINJA, MIDALJI U ZIGARELLI
Insinja. 6. L-Insinja tax-Xirka tkun maghmula minn -
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider fl-ghamla ta’ xemx b’hafna raggi
ta’ dijametru ta’ 89mm u jkollha sitta u hamsin ponta.
Fin-nofs u ibbuzzata hemm rapprezentata gardjola
Maltija fuq sfond ta’ enamel ikhal lewn is-sema, u dan
kollu jkun qieghed f’bordura ovali ta’ enamel abjad
bil-motto u l-isem tax-Xirka, "Ghall-gid tal-Maltin" u
"Gieh ir-Repubblika" miktuba bid-deheb. Ic-centru
shih ovali jinsab f’parti f’bordura ta’ weraq taz-zebbug
ta’ enamel ahdar u mrikkeb fuqu hemm bies bi
gwenhajh miftuhin u qed izomm skroll b’difrejh li
fuqu hemm miktub "1975";
(b) Badge tax-Xarpa li hija versjoni mkabbra tac-centru
ta’ l-Istilla ta’ fuq is-Sider tal-kejl b’kollox ta’ madwar
102mm b’70mm;
(c) Xarpa, wiesgha 102mm, li fiha strixxa hamra wiesgha,
wiesgha 90mm, bejn strixxi bojod dojoq tal-kejl ta’
6mm, hekk li kollox ikollu effett moire. Meta l-Insinja
tkun milbusa minn mara ix-xarpa tkun wiesgha
63.5mm.
Insinja.
Emendat:
A.L. 178 ta’ l-
1994;
A.L. 162 ta’ l-
1995.
7. L-Insinja ta’ l-Ordni tkun maghmula minn -
(1) Ghal Kumpannji ta’ l-Unur
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider bir-raggi tal-fidda, ta’
dijametru ta’ 80mm, b’Salib ta’ Malta tal-fidda
miksija bid-deheb u ta’ l-enamel sovraimpost,
ta’ dijametru ta’ 70mm, li fuqu jkun hemm
sovraimposta tarka ta’ l-enamel li turi
rapprezentazzjoni araldika tal-Bandiera
Nazzjonali ta’ Malta, imrikkba fuqha kuruna
murali tal-fidda miksija bid-deheb b’hames
turretti, imdawra b’girlanda taz-zebbug u tal-
palm ta’ enamel ahdar marbuta fit-tarf t’isfel
b’zigarella ta’ enamel abjad b’wara ahmar; u
(b) Badge tax-Xarpa b’disinn simili izda minghajr
ir-raggi fuq wara, ta’ dijametru ta’ 70mm,
imdendla ma’ xarpa wiesgha 102mm maghmula
minn strixxa centrali hamra bejn zewg strixxi
kohol kollha fi proporzjonijiet indaqs b’effett
moire. Meta l-Insinja tkun milbusa minn mara
ix-xarpa tkun wiesgha 63.5mm:
Izda l-membri onorarji f’dan il-grad li jkunu
Kapijiet ta’ l-Istat tal-pajjizi rispettivi taghhom fil-
UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET g L.S.251.01 3
waqt tal-hatra taghhom ikollhom id-dritt ukoll jilbsu l-
Badge tax-Xarpa imdendla minn Kullar ta’ 1000mm
tul u 24.5mm wisgha, li tkun tikkonsisti f’zewg
gizirani tal-fidda miksija bid-deheb wiesgha 4.5mm
mizmuma flimkien b’hames diski tal-enamel bojod u
homor ta’ dijametru ta’ 25mm, li jalternaw ma’ hamest
Islaleb ta’ Malta tal-enamel bojod ta’ dijametru ta’
26.5mm u hames diski tal-enamel suwed ta’ 25mm
dijametru b’kuruni murali b’hames turretti tal-fidda
miksija bid-deheb ta’ tul ta’ 24mm fuqhom; frieghi
taz-zebbuga u tal-palma tal-enamel hodor, wahda fuq
kull naha tad-diski tal-enamel bojod u homor u tac-
crieki tal-fidda miksija bid-deheb.
(2) Ghall-Kumpannji
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider, ta’ dijametru ta’ 70mm,
simili ghal dik ta’ Kumpann ta’ l-Unur, izda
minghajr ir-raggi fuq wara; u
(b) Badge ta’ l-Ghonq simili fid-disinn ghall-Istilla
ta’ fuq is-Sider izda ta’ dijametru ta’ 57mm,
imdendla ma’ zigarella ta’ l-ghonq simili ghax-
Xarpa tal-Kumpannji ta’ l-Unur izda wiesgha
18mm. Meta tkun milbusa minn mara zigarella
ta’ 32mm tkun imfassla ghamla ta’ coff bid-
dniedel:
Izda l-insinja ghall-mernbri onorarji f’din il-
kategorija ghandha tkun tikkonsisti fil-Badge ta’ l-
Ghonq kemm-il darba l-Istilla ta’ fuq is-Sider flimkien
mal-Badge ta’ l-Ghonq ma tinghatax b’turija ta’
distinzjoni ulterjuri.
(3) Ghall-Ufficjali
Badge ta’ fuq is-Sider simili ghall-Badge ta’ l-
Ghonq tal-Kumpannji izda ta’ dijametru ta’
45mm, imdendla ma’ zigarella simili ghax-
Xarpa tal-Kumpannji ta’ l-Unur izda wiesgha
38mm. Meta tkun milbusa minn mara z-zigarella
tkun imfassla ghamla ta’ coff bid-dniedel.
(4) Ghall-Membri
Badge ta’ fuq is-Sider simili ghal dik ta’ l-
Ufficjali izda bis-Salib ta’ Malta tal-fidda
minflok enamel.
Midalja ghall-
Qlubija.
8. Il-Midalja ghall-Qlubija hija f’ghamla ta’ midalja tal-fidda
ta’ dijametru ta’ 40mm. Fil-faccata hemm ibbuzzata l-Arma ta’
Malta sovraimposta fuq rapprezentazzjoni tar-raggi tax-xemx. Fuq
wara hemm ibbuzzata, u mdawra b’girlanda, rapprezentazzjoni
geografika tal-Gzejjer Maltin li tahtha hemm l-iskrizzjoni "Ghall-
Qlubija", kollox sovraimpost fuq rapprezentazzjoni tar-raggi tax-
xemx. Kollox imdendel minn virga ghamla ta’ skroll li juri ibbuzzat
is-sena tat-twaqqif "1975". Il-midalja hi mdendla ma’ zigarella
wiesgha 32mm nofsha hamra u nofsha bajda, b’effett moire. Meta
milbusa minn mara z-zigarella tkun imfassla ghamla ta’ coff bid-
dniedel.
4 L.S.251.01 h UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET
Midalja ghall-Qadi 
tar-Repubblika.
9. Il-Midalja ghall-Qadi tar-Repubblika hija f’ghamla ta’
stilla b’hames ponot ta’ enamel abjad ta’ dijametru ta’ 41mm,
b’raggi skanalati jew canfrinati fil-hames angoli u l-ponta li tkun l-
aktar ’il fuq ta’ l-istilla jkollha d-data 1975 bid-deheb. Fil-faccata
hemm ibbuzzata l-Arma ta’ Malta. In-naha ta’ wara tal-midalja
fiha, imdawra b’girlanda, rapprezentazzjoni geografika tal-Gzejjer
Maltin u l-iskrizzjoni "Ghall-Qadi tar-Repubblika" ibbuzzati. Il-
midalja hi mdendla ma zigarella wiesgha 32mm u hi nofsha bajda u
nofsha hamra, b’effett moire. Meta milbusa minn mara z-zigarella
tkun imfassla ghamla ta’ coff bid-dniedel.
Regoli specifici. 10. Regoli dwar id-disinn u l-ghoti ta’ Midalji ta’ Tifkira
Nazzjonali ghandhom isiru ghal kull okkazjoni li fiha tkun trid tigi
mfakkra grajja.
Midalja ghal 
Servizz Twil u 
Efficjenti.
11. II-Midalja ghal Servizz Twil u Efficjenti tkun tonda, tal-
cupro-nickel, u ta’ dijametru ta’ 36mm, ikollha fuq il-faccata l-
Arma ta’ Malta ibbuzzata u fuq wara jkollha ibbuzzat is-Salib ta’
Malta gewwa girlanda tar-rand imdawra bil-kliem "Ghal Servizz
Twil u Efficjenti"; kollox imdendel minn virga. Il-midalja hi
mdendla ma’ zigarella wiesgha 32mm kif gej:
(1) Ghall-Forzi Armati ta’ Malta hames partijiet indaqs, l-
ewwel wahda hamra u t-tieni kahla, it-tielet subdiviza
f’ahmar, ikhal u ahmar, ir-raba’ kahla u l-hames
hamra;
(2) Ghall-Korp tal-Pulizija hames partijiet indaqs, l-ewwel
wahda bajda u t-tieni kahla, it-tielet subdiviza f’abjad,
ikhal u abjad, ir-raba’ kahla u l-hames bajda;
(3) Ghall-ufficjali li jservu fil-Korp tal-Habs ta’ Malta
hames partijiet indaqs, l-ewwel wahda griza u t-tieni
kahla, it-tielet subdiviza fi griz, ikhal u griz, ir-raba’
kahla u l-hames griza;
(4) Il-clasps, meta jinghataw, jintehmzu maz-zigarella, u
jkunu fl-ghamla ta’ virga lixxa tal-cupro-nickel gholja
5mm b’kuruna murali fic-centru.
SERVIZZ KWALIFIKANTI GHALL-MIDALJI GHAL SERVIZZ 
TWIL U EFFICJENTI
Servizz 
kwalifikanti.
12. (1) Il-Midalji ghal Servizz Twil u Efficjenti, ghandhom
jinghataw lill-membri kollha li jservu fil-Forzi Armati ta Malta, fil-
Korp tal-Pulizija u fil-Korp tal-Habs ta Malta li jkunu ghamlu
b’kollox 18-il sena ta’ servizz efficjenti b’karattru u kondotta
impekkabbli matul iz-zmien kollu.
(2) Il-clasps ghandhom jinghataw wara total addizzjonali ta’ 7
snin ohra u mbaghad 5 snin ohra ta servizz efficjenti b’karattru u
kondotta impekkabbli matul iz-zmien kollu.
(3) Servizz f’xi wiehed mill-korpi dixxiplinati ta’ hawn fuq
maghdud dak li qabel kien il-Korp Territorjali ta’ Malta, kif ukoll
dak li qabel kien il-Korp tal-Pulizija ta’ l-Ammiraljat, il-Korp tad-
Difiza Civili u kull korp dixxiplinat iehor assorbit minn xi wiehed
mill-korpi mnizzla fl-artikolu 16(4) ta’ l-Att ghandu jkun
ikkunsidrat bhala servizz kwalifikanti.
(4) L-ufficjali li jikkmandaw il-korpi dixxiplinati ghandhom
UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET g L.S.251.01 5
jirrakomandaw biss lil dawk li matul is-servizz kollu taghhom
ikunu ppruvaw lilhom infushom b’kull mod denji ta’ din id-
distinzjoni.
ILBIES TA’ L-INSINJA, MIDALJI U ZIGARELLI
Kif tintlibes l-
Insinja.
Emendat:
A.L. 162 ta’ l-
1995.
13. (1) L-Istilel ta’ fuq is-Sider ta’ l-Insinja tax-Xirka u ta’ l-
Ordni jintlibsu mehmuzin fuq in-naha tax-xellug tal-glekk jew l-
ilbies ta’ fuq. Ix-Xarpa tintlibes minn fuq l-ispalla tal-lemin u
sserrah fuq il-genb tax-xellug; u l-Badge tax-Xarpa tintlibes
imdendla mix-Xarpa.
(2) Il-Badge ta’ l-Ghonq ta’ l-Ordni tintlibes imdendla minn
zigarella madwar l-ghonq.
(3) Il-Midalji jintlibsu fuq is-sider tax-xellug.
(4) Iz-zigarelli jistghu jintlibsu minghajr l-Insinja jew Midalji
f’okkazjonijiet xierqa. Dawn ikunu l-istess bhaz-zigarelli preskritti 
ghall-Insinja jew Midalji, izda madwar 10mm fit-tul.
(5) F’okkazjonijiet xierqa -
(a) Minjaturi ta’ l-Insinja jew Midalji jistghu jintlibsu u
dawn ikollhom dijametru ta’ madwar 18mm, biz-
zigarella wiesgha 16mm;
(b) Badges tal-bavru li jiddinotaw l-Insinja jistghu
jintlibsu kif gej:
(i) Membri tax-Xirka: gardjola Maltija tal-fidda fuq
rozetta, ta’ dijametru ta’ 10mm, maghmula minn
drapp ahmar b’zewg linji bojod irqaq jaqsmu l-
ahmar;
(ii) Kumpannji ta’ l-Unur, Kumpannji u Ufficjali ta’
l-Ordni: Salib ta’ Malta abjad ta’ l-enamel fuq
bordura tal-fidda miksija bid-deheb fuq rozetta,
ta’ dijametru ta’ 10mm, maghmula minn drapp
ikhal b’zewg linji homor irqaq jaqsmu l-ikhal;
(iii) Membri ta’ l-Ordni: rozetta, ta’ dijametru ta’
10mm maghmula minn drapp ikhal b’zewg linji
homor irqaq jaqsmu l-ikhal;
(c) Clip tal-bavru li tiddinota l-Midalja ghall-Qadi tar-
Repubblika tista’ tintlibes u din ikollha kejl ta’
madwar 15mm tul u 2mm wisa’, maghmula mid-drapp
f’zewg strixxi orizzontali ndaqs, wahda bajda u l-ohra
hamra, il-bajda fuq il-hamra.
Protokoll ta’ ilbies.
Sostitwit:
A.L. 178 ta’ l-
1994.
14. (1) L-Insinja tax-Xirka u ta’ l-Ordni u l-midalji ta’ ilbies
jintlibsu f’din l-ordni li gejja -
(a) Insinja ta’ Kumpann ta’ l-Unur ta’ l-Ordni
(b) Insinja tax-Xirka
(c) Insinja ta’ Kumpann ta’ l-Ordni
(d) Insinja ta’ Ufficjal ta’ l-Ordni
(e) Insinja ta’ Membru ta’ l-Ordni
(f) Midalja ghall-Qlubija
6 L.S.251.01 h UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET
(g) Midalja ghall-Qadi tar-Repubblika
(h) Midalji ta’ Tifkira Nazzjonali
(i) Midalji ghal Servizz Twil u Efficjenti.
(2) Cittadin Malti ma ghandux, f’Malta, jilbes l-insinja ta’ xi
ordni jew xi dekorazzjoni ta’ xi pajjiz li ma jkunx Malta, ukoll jekk
dik l-insinja jew dekorazzjoni tkun rikonoxxuta skond l-artikolu 29
ta’ l-Att, kemm-il darba ma jilbisx dik l-insinja jew id-dekorazzjoni
wara l-insinja jew wara kull midalja moghtija taht l-Att:
Izda cittadin Malti li jattendi ghall-funzjoni ufficjali tal-
Kap ta’ Stat barrani jew Ordni Sovran, jew tal-Kap tal-Gvern ta’
Stat barrani jew ta’ Ordni Sovran, jew tar-rapprezentant ta’ Stat
barrani jew Ordni Sovran akkreditat ghal Malta, fejn soltu jintlibsu
insinji ta’ ordnijiet u dekorazzjonijiet, jista’ bhala wiri ta’ kortesija
ghal min ikun stiednu jaghti precedenza lill-insinji ta’ ordnijiet jew
dekorazzjonijiet ta’ dak l-Istat jew l-Ordni Sovran.
INVESTITURI U PREZENTAZZJONIJIET
Investitura. 15. (1) Hatriet fix-Xirka u hatriet fl-Ordni jew
promozzjonijiet fl-Ordni, kif ukoll ghotjiet ta’ Midalji, bl-
eccezzjoni tal-Midalji ghal Servizz Twil u Efficjenti, ghandhom
normalment isiru mill-President f’cerimonja formali ta’ investitura.
(2) Il-President jista’, izda, fuq il-parir tal-Prim Ministru,
jiddelega Ministru jew ir-rapprezentant diplomatiku principali ta’
Malta f’pajjiz barrani biex jaghmel il-hatra, promozzjoni jew
ghotja f’ismu.
(3) Meta l-President jipprezenta l-Insinja jew Midalja dan
ghandu jindirizza lil min jirceviha b’dan il-mod:
"F’isem il-Gvern u l-poplu, naghtik -
jew l-Insinja tax-Xirka ta’ Gieh ir-Repubblika.
jew l-Insinja ta’ ............. (jissemma’ l-grad xieraq) ta’
l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
jew il-Midalja ghall- ............. (skond liema forma tkun
xierqa)
jew il-Midalja ta’ Tifkira Nazzjonali biex tfakkar
................." skond il-forma xierqa.
(4) Meta l-Insinja jew il-Midalja tkun qed tinghata fisem il-
President, min jirceviha ghandu jigi ndirizzat b’dan il-mod:
"F’isem il-President ta’ Malta, u f’isem il-Gvern u l-
poplu ta’ Malta, naghtik -
jew l-Insinja tax-Xirka ta’ Gieh ir-Repubblika.
jew l-Insinja ta’ ................ (jissemma l-grad xieraq)
ta’ l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
jew il-Midalja ghall- ................. (skond liema forma
tkun xierqa)
jew il-Midalja ta’ Tifkira Nazzjonali biex tfakkar
...................... " skond il-forma xierqa.
(5) Flimkien ma’ l-Insinja ghandu jigi pprezentat lil min
UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET g L.S.251.01 7
jirceviha d-dokument tal-hatra jew promozzjoni, iffirmat,
kontrosenjat u ssigillat kif provdut fl-artikolu 25 ta’ l-Att.
(6) Kull meta l-parir lill-President ghall-hatra ta’ persuna
bhala msieheb tax-Xirka jew ta’ l-Ordni jkun fih, jew ikollu
mieghu, motivazzjoni dwar dik il-persuna, dik il-motivazzjoni
ghandha tinqara mill-Kancillier (jew minn dik il-persuna l-ohra li
tkun xierqa fic-cirkostanzi) minnufih qabel l-ghoti ta’ l-Insinja. Il-
motivazzjoni tigi wkoll registrata fir-registru mizmum ghal hekk.
(7) Flimkien mal-Midalja ghall-Qlubija ghandha tigi
pprezentata lil min jirceviha motivazzjoni dwar l-agir ta’ qlubija.
Dik il-motivazzjoni ghandha tinqara minnufih qabel ma tigi
prezentata l-Midalja. Fil-kaz ta’ Midalji ohra ghandu jigi
pprezentat certifikat xieraq.
Midalji ghal 
servizz.
16. (1) Il-Midalji ghal Servizz Twil u Efficjenti ghandhom
normalment jigu prezentati mill-Ministru responsabbli ghall-korp
dixxiplinat partikolari.
(2) L-ufficjal li jikkmanda l-korp jista’, izda, jigi delegat mill-
Ministru biex jirrapprezentah.
TEMM TA’ SHUBIJA U REVOKA TA’ GHOTJIET
Mozzjoni ghal 
temm ta’ shubija.
17. (1) Mozzjoni ghal Rizoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati
ghat-temm ta’ shubija jew ghar-revoka ta’ l-ghoti ta’ midalja skond
l-artikolu 23(1)(c) ta’ l-Att ghandha taghti r-ragunijiet li fuqhom
tkun ibbazata dik il-mozzjoni.
L.S.Kost.02
Deputati, jinghata awiz ta’ mozzjoni hekk kif imsemmi fis-
subregola (1), l-Iskrivan tal-Kamra ghandu, minghajr dewmien,
jibghat kopja tal-mozzjoni lill-Membri tal-Kamra, u jiehu hsieb li
tigi notifikata kopja ohra lill-persuna msemmija fll-mozzjoni.
Kap. 113.
(3) Meta l-persuna msemmija fil-mozzjoni tkun toqghod
f’Malta, in-notifika ta’ kopja tal-mozzjoni ghandha ssir hekk kif
provdut fl-artikolu 5(3) ta’ l-Ordinanza dwar il-Privileggi u s-
Setghat tal-Kamra tad-Deputati; u meta l-persuna msemmija fil-
mozzjoni tkun toqghod barra minn Malta, in-notifika ghandha ssir
billi tintbaghat ittra mibghuta bil-posta registrata fl-indirizz privat
jew ufficjali taghha l-ahhar maghruf u l-kopja titqies li giet
notifikata kif imiss fil-jum li jigi minnufih wara dak li soltu tigi
ricevuta ittra fil-kors ordinarju tal-posta; u fil-prova ta’ dik in-
notifika jkun bizzejjed li jigi ppruvat li l-ittra li kien fiha kopja tal-
mozzjoni kienet giet indirizzata u impustata sewwa.
(4) Ir-Rizoluzzjoni ma titressaqx quddiem il-Kamra qabel ma
jinghata zmien bizzejjed lill-persuna msemmija fil-mozzjoni biex
thejji d-difiza taghha u tidher quddiem il-Kamra; izda fil-kaz ta’
persuna li toqghod f’Malta, sebat ijiem jitqiesu li huma bizzejjed
ghall-ghanijiet imsemmija qabel.
(5) Il-persuna msemmija fil-mozzjoni tinghata opportunita  li
tidher quddiem il-Kamra u li tiddefendi lilha nnifisha; tista’ wkoll
tkun mghejjuna minn avukat jew minn habib.
(6) Jekk ir-Rizoluzzjoni tghaddi, l-Iskrivan ghandu jibghat
kopja taghha lill-President li ghandu ma’ dan itemm il-hatra, jew
8 L.S.251.01 h UNURI, GHOTJIET U DEKORAZJONIJIET
jirrevoka l-ghotja, skond il-kaz, bil-mezz ta’ dokument li jgib is-
sigill tax-Xirka jew ta’ l-Ordni skond kif ikun xieraq, u ghandu
jiehu hsieb li jinghata avviz ta’ dan lill-persuna msemmija fih.
(7) Mat-temm ta’ hatra jew mar-revoka ta’ ghotja kif imsemmi
qabel, il-Kancillier jew is-Segretarju tal-Kabinett, skond il-kaz,
ghandu jiehu hsieb li jsiru r-registrazzjonijiet xierqa fir-registri u
jippubblika n-notifikazzjoni ta’ dak it-temm jew ta’ dik ir-revoka
fil-Gazzetta.
UNURI U DEKORAZZJONIJIET BARRANIN
Talba ghall-
awtorita .
18. Talba ghall-awtorita  bil-miktub tal-President mehtiega bl-
artikolu 29 ta’ l-Att ghandha ssir bil-miktub u ghandha tigi riferita
lill-Kancillier. Ghandu jkun fiha l-partikolaritajiet rilevanti kollha
ta’ l-unur, ghotja, dekorazzjoni, shubija jew kariga li tkun se
tinghata u tal-persuna li lilha tkun se tinghata, u ghandha tkun
iffirmata mir-rapprezentat diplomatiku principali ta’ l-Istat jew l-
Ordni Sovran li jkun qed jitlob l-awtorita  tal-President jew minn
dak l-ufficjal l-iehor ta’ dak l-Istat jew Ordni li jkun awtorizzat
b’mod specjali ghal hekk.
SIGILLI TAX-XIRKA U TA’ L-ORDNI
Sigilli tax-Xirka u 
ta’ l-Ordni.
19. (1) Is-Sigill tax-Xirka jkun sigill tond li jikkonsisti
f’rapprezentazzjoni ta’ gardjola Maltija f’bordura li fiha l-kliem
"GIEH IR-REPUBBLIKA - MALTA".
(2) Is-Sigill ta’ l-Ordni jkun maghmul minn sigill tond li
jikkonsisti f’rapprezentazzjoni tal-Badge tax-Xarpa ta’ Kumpann
ta’ l-Ordni kif deskritta fir-regola 7(1)(b), f’bordura li fiha l-kliem
"VIRTUTE ET CONSTANTIA - MALTA".
Jeddijiet specjali.
Mizjud:
A.K. 178 ta’ l-
1994.
20. (1) Il-Kap ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes il-Badge tax-
Xarpa ta’ Kumpann ta’ l-Unur imdendla minn Kullar kif deskritt
fir-regola 7(1)(b).
(2) Il-Kancillier ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes bhala
dekorazzjoni l-Badge ta’ l-Ghonq ta’ Kumpann ta’ l-Ordni.
(3) Ir-Registratur ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes bhala
dekorazzjoni l-Badge ta’ fuq is-Sider ta’ Ufficjal ta’ l-Ordni.
(4) Il-Kancillier u r-Registratur ta’ l-Ordni jkollhom id-dritt
ukoll li jilbsu l-Badge tal-bavru li jiddinota l-Insinja ta’ Ufficjal ta’
l-Ordni.
