PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY g L.S.281.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 281.01
REGOLAMENTI DWAR IL-PROFESSJONI
TA’ L-ACCOUNTANCY
15 ta’ April, 1987
L-AVVIZ LEGALI 29 ta’ l-1987, kif emendat bl-Avviz Legali 199 ta’ l-
1996.
Titolu.
Professjoni ta’ l-Accountancy.
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 281.
Accountancy;
"detentur ta’ warrant" tfisser persuna li tkun inhargilha warrant
biex tezercita l-professjoni ta’ accountant jew warrant biex tahdem
ta’ uditur;
Kap. 386.
Kumpanniji.
Xoghol li jista’ jsir 
biss minn detentur 
ta’ warrant.
3. (1) L-ebda persuna hlief detentur ta’ warrant ma tista’
taghmel xoghol jew taghti s-servizzi indikati fis-subregolament (2).
(2) (a) Progetti dwar flus jew profitti jew studji dwar il-
fattibilita  li jkunu preparati jew ghal promozzjoni ta’
investiment jew b’konnessjoni ma’ applikazzjoni ghal
finanzjament jew ghal assistenza finanzjarja jew mod
iehor;
(b) valutazzjoni ta’ ishma u valutazzjonijiet ta’ negozji;
(c) ir-rapportar fuq hwejjeg ta’ accountancy fi prospetti
mahruga ghal sottoskrizzjoni pubblika;
(d) ic-certifikazzjoni u l-hrug ta’ konteggi perjodici jew
finali minbarra l-konteggi ghal skopijiet interni;
Kap. 386.
dwar il-Kumpanniji;
Kap. 123.
fuq l-Income dwar kumpanniji minbarra dawk privati u
mehlusin, skond l-Att dwar il-Kumpanniji;
(g) xoljiment ta’ kumpannija.
(3) Kull min jagixxi b’kontravenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’
dan ir-regolament ikun hati ta’ reat u meta jinstab hati jehel multa
ta’ mhux izjed minn hames mitt lira.
Kazijiet meta d-
detentur ta’ 
warrant ma jistax 
jagixxi ta’ uditur.
4. (1) Min ikun certified public accountant and auditor ma
jistax jahdem ta’ uditur -
(a) jekk matul is-sentejn ta’ qabel jew f’kull zmien waqt li
kien qed jaghmel verifika ghal klijent, hu jew siehbu
jew impjegat ikun wettaq jew kellu s-setgha li jwettaq
2 L.S.281.01 h PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
dmirijiet ezekuttivi jew ikun ha jew kellu s-setgha li
jiehu decizjonijiet ezekuttivi dwar il-hwejjeg tal-
klijent; jew
(b) ikollu interess dirett jew indirett fil-hwejjeg tal-klijent
li ghandu jivverifika l-konteggi tieghu, hlief ghall-hlas
lilu dovut ghax-xoghol tieghu.
(2) Kull min jagixxi b’kontravenzjoni ta’ dan ir-regolament
ikun hati ta’ reat u meta jinstab hati jehel multa ta’ mhux izjed
minn elf lira.
Meta d-detentur ta’ 
warrant ma jistax 
jagixxi ta’ 
stralcjarju.
5. (1) Ebda detentur ta’ warrant ma jista’ jagixxi ta’
stralcjarju ta’ kumpannija jekk hu kellu kariga ma’ jew
b’konnessjoni ma’ dik il-kumpannija, f’kull zmien matul is-sentejn
qabel id-data meta l-kumpannija tigi xolta.
(2) Kull min jagixxi b’kontravenzjoni ta’ dan ir-regolament
ikun hati ta’ reat u meta jinstab hati jehel multa ta’ mhux izjed
minn elf lira.
Linji gwida.
Emendat:
A.L. 199 ta’ l-
1996.
6. (1) Il-Bord ta’ l-Accountancy jista’ bl-approvazzjoni tal-
Ministru johrog linji gwidi lid-detenturi ta’ warrant dwar:
(a) l-indipendenza professjonali tad-detenturi ta’ warrant;
(b) il-konfidenzjalita  ta’ informazzjoni miksuba minn
detentur ta’ warrant jew mill-impjegati tieghu dwar
xoghol imwettaq jew servizzi moghtija b’konnessjoni
mal-professjoni ta’ l-accountancy;
(c) ir-reklamar u pubblicita  minn detenturi ta’ warrant;
(d) kif jinkiseb xoghol professjonali;
(e) il-kriterji li ghandhom x’jaqsmu mal-hlas li jintalab;
(f) konteggi ta’ klijenti u flus mizmumin ghan-nom ta’
klijenti u terzi persuni; u
(g) l-imgieba professjonali ta’ l-accountants u udituri.
(2) Linji gwida mahruga skond is-subregolament (1)
ghandhom -
(a) jigu pubblikati fil-Gazzetta; jew
(b) jigu pubblikati mill-Ministeru tal-Finanzi
f’pubblikazzjoni separata u l-fatt li tkun saret dik il-
pubblikazzjoni ghandu jigu avzat fil-Gazzetta flimkien
ma’ kull taghrif dwar fejn wiehed ikun jista’ jara dik
il-pubblikazzjoni jew minn fejn ikunu jistghu jinkisbu
kopji taghha mill-pubbliku.
(3) Linji gwida mahrugin skond dan ir-regolament ma jibdewx
isehhu qabel ma tghaddi gimgha wara l-pubblikazzjoni li ssir fil-
Gazzetta skond ma hemm fis-subregolament (2)(a) jew (b).
Assigurazzjoni 
ghal indenniz.
7. Kull persuna li, u kull socjeta  skond l-artikolu 10 ta’ l-Att
li, jinhtiegu li jkunu koperti minn polza ta’ l-assigurazzjoni ghal
indenniz skond l-artikolu 11 ta’ l-Att ghandhom ikunu hekk koperti
matul iz-zmien ta’ validita  tal-polza ta’ l-assigurazzjoni ghal
ammont minimu ta’ hamsa u ghoxrin elf lira (inkluzi l-ispejjez
sabiex tigi difiza t-talba) dwar kull detentur ta’ warrant li jkun
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY g L.S.281.01 3
jipprattika hlief f’socjeta  u ta’ hamsa u ghoxrin elf lira (inkluzi l-
ispejjez sabiex tigi difiza t-talba) dwar kull detentur ta’ warrant li
jkun jipprattika f’socjeta :
Izda somma li ma tkunx taqbez l-erbgha fil-mija ta’ l-
ammont kopert tista’ titnaqqas mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni
fuq kull talba singola koperta minn polza.
Proceduri fl-
inkjesti.
8. Il-Bord ta’ l-Accountancy ghandu f’kull inkjesta ghall-
finijiet ta’ l-artikolu 14 ta’ l-Att isegwi l-procedura indikata fir-
regoli ta’ procedura msemmija fl-lskeda.
SKEDA
(Regolament 8)
Regoli ta’ Procedura
Titolu.
il-Professjoni ta’ l-Accountancy.
Tifsir.
"akkuza" tfisser akkuza specifikata f’avviz ta’ inkjesta;
Kap. 281.
"avviz ta' inkjesta" ghandha tifsir kif moghti lilha bir-regola
5(1);
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Accountancy imwaqqaf bl-Att;
L.S.281.01
"detentur ta’ warrant" ghandha l-istess tifsira kif moghtija lilha
fir-Regoli dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, u kull riferenza
ghal detentur ta’ warrant, dwar kull kwerela jew rapport jew dwar
kull procedura, hija riferenza ghal detentur ta’ warrant li kontra
tieghu tkun mibghuta lill-Bord il-kwerela jew ir-rapport;
"President" tfisser il-President tal-Bord ta’ l-Accountancy u
tinkludi, fil-kaz ta’ l-assenza tal-President minn laqgha tal-Bord, il-
membru li jagixxi bhala president ghal dik il-laqgha;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Bord ta’ l-Accountancy
nominat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(5) ta’ l-Att;
"warrant xieraq" tfisser il-warrant ta’ certified public
accountant jew il-warrant ta’ certified public accountant and
auditor, skond kif ikun il-kaz.
Kif japplikaw ir-
regoli.
3. Warrant jista’ jigi biss sospiz jew revokat skond l-artikolu
14(1)(a) jew (2)(b) ta’ l-Att b’konsegwenza ta’ inkjesta mizmuma
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli, dwar l-akkuza jew l-
akkuzi formulati f’avviz ta’ inkjesta notifikat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra taghha l-
akkuza tkun saret jew l-akkuzi jkunu saru.
Kwereli u rapporti.
(a) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ detentur ta’
warrant tkun intbaghtet lill-Bord mill-Ministru jew
minn xi membru tal-Bord jew minn xi korp jew
4 L.S.281.01 h PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
persuna, jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’
detentur ta’ warrant tkun intbaghtet lill-Bord minn
persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub illi detentur ta’ warrant ma jkunx
tajjeb li jkompli jezercita l-professjoni tieghu
minhabba mard mentali jew fiziku tigi mibghuta lill-
Bord mill-Ministru jew minn xi membru tal-Bord jew
minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar
l-inkapacita  ta’ detentur ta’ warrant li jkompli
jezercita l-professjoni tieghu minhabba r-ragunijiet fuq
imsemmija jintbaghat lill-Bord minn persuna li jkollha
kariga pubblika,
is-Segretarju ghandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport lill-
President.
(2) Safejn kwerela tirreferi ghal kondotta jew inkapacita
minhabba mard ma ghandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tigix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
gurament; u kull dikjarazzjoni bhal dik -
(a) ghandha turi l-indirizz u d-de skrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, ghandha turi l-origini tat-taghrif tad-
dikjarant u r-ragunijiet ghat-twemmin tieghu dwar il-
verita  tal-fatt.
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), il-
President ghandu jordna lis-Segretarju biex jinnotifika lid-detentur
tal-warrant li tkun giet ricevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jghid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibghat lid-detentur tal-warrant
kopja ta’ kull dikjarazzjoni guramentata moghtija skond is-
subregola (2), u jitlob lid-detentur tal-warrant biex jissottometti
lill-Bord, gheluq dik id-data li l-President jistabbilixxi, kull
spjegazzjoni li d-detentur tal-warrant ikun jista’ jaghti; u kull
spjegazzjoni bhal dik ghandha tkun bil-miktub u ghandha tasal
ghand is-Segretarju gheluq iz-zmien stabbilit mill-President:
Izda, safejn kwerela jew rapport jirreferi ghal kondotta,
jekk ma jkunx jidher lill-President li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwixxix wahda mill-azzjonijiet jew omissjonijiet
imsemmijin fl-artikolu 14(1)(a) ta’ l-Att, huwa ghandu jordna lis-
Segretarju biex jirreferi dik il-kwerela jew rapport lill-Bord jew
biex jiddeciedi illi l-kwerela jew rapport ma ghandhomx jitmexxew
aktar ’il quddiem jew biex jordna lis-Segretarju li jinnotifika lid-
detentur tal-warrant skond id-disposizzjonijiet ta’ din is-subregola.
(4) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet li jahbtu qabel ta’ din ir-
regola, il-President ghandu jordna lis-Segretarju biex jibghat ghal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Bord flimkien ma’ kull
spjegazzjoni moghtija wara mid-detentur tal-warrant u kull
dikjarazzjoni guramentata moghtija skond is-subregola (2).
(5) F’din ir-regola l-frazi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser ufficjal ta’ Dipartiment tal-Gvern jew awtorita  pubblika li
tagixxi bhala hekk, jew kull persuna li jkollha kariga gudizzjarja
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY g L.S.281.01 5
jew kull ufficjal li jkun ma’ qorti.
Avviz ta’ inkjesta.
ikun intbaghat lill-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Bord ma jkunx sodisfatt ghal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba tad-detentur tal-warrant, is-Segretarju
ghandu jinnotifika lid-detentur tal-warrant (f’dawn ir-regoli
msejjah "avviz ta’ inkjesta") li ghandu -
(a) jispecifika, fil-forma ta’ akkuza jew akkuzi, il-hwejjeg
li dwarhom l-inkjesta tkun ser tinzamm, u
(b) jghid id-data, il-hin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
tinzamm.
(2) L-inkjesta ma ghandhiex tigi ffissata ghal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data meta jinghata l-avviz ta’ inkjesta lid-
detentur tal-warrant.
(3) Is-Segretarju ghandu jara li dak l-avviz jigi notifikat jew
personalment lid-detentur tal-warrant, jew billi jigi notifikat b’dak
l-avviz fil-post tar-residenza tieghu.
(4) Avviz ta’ inkjesta ghandu jkun fil-forma murija fil-
Formula A li hemm fl-Appendici li jinsab ma’ dawn ir-regoli,
b’dak it-tibdil kif ic-cirkostanzi jistghu jehtiegu.
(5) Ghandha tintbaghat ma’ kull avviz ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(6) Kopja ta’ l-avviz ta’ inkjesta ghandha tigi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun baghat ir-rapport.
Gurnata u hin ta’ 
inkjesta.
6. Il-President ghandu jistabbilixxi l-gurnata u l-hin biex issir
inkjesta.
Avviz difettuz.
President jew f’xi stadju tas-smigh ikun jidher lill-Bord, illi l-avviz
ta’ inkjesta jkun difettuz, il-President jew il-Bord, skond il-kaz,
ghandu jaghti ordnijiet ghall-emenda ta’ l-avviz kif jidhirlu
mehtieg kemm-il darba, wara li jittiehed kont tal-meriti tal-kaz, l-
emendi mehtiega jkunu jistghu jsiru minghajr ingustizzja.
(2) Meta fil-fehma tal-President jew tal-Bord ikun spedjenti
minhabba fl-ezercizzju minnu tas-setgha moghtija bis-subregola
(1), illi l-inkjesta ghandha tigi posposta jew differita, il-President
jew il-Bord, skond il-kaz, ghandu jaghti dawk l-ordnijiet ghal hekk
li jidhirlu mehtiega.
Proceduri fil-
pubbliku.
8. Il-proceduri quddiem il-Bord ghandhom jinzammu fil-
pubbliku; izda l-Bord jista’, meta jidhirlu mehtieg jew xieraq,
jordna illi l-proceduri jinzammu privatament.
Astensjoni jew 
rikuza.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Bord u s-Segretarju ghandu jastjeni
ruhu milli jiehu sehem f’xi inkjesta jew jista’ jigi rikuzat f’kull
wahda mic-cirkostanzi li fiha mhallef jastjeni jew jista’ jigi rikuzat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(2) Kull rikuza bhal dik ghandha ssir qabel il-qari mis-
Segretarju ta’ l-akkuza jew l-akkuzi lid-detentur tal-warrant,
kemm-il darba r-raguni tar-rikuza ma tkunx qamet jew il-parti ma
6 L.S.281.01 h PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
tkunx saret taf biha wara.
(3) Il-Bord ghandu jiddeciedi l-oggezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuza jew akkuzi jew wara f’kazijiet xierqa u d-
decizjoni tieghu tkun finali.
Ghajnuna legali u 
ghajnuna ohra.
10. (1) Kull parti f’kull procedura quddiem il-Bord tista’ tigi
mghejjuna minn avukat jew prokuratur legali. Id-detentur tal-
warrant jista’ jkun ukoll mghejjun minn detentur iehor tal-warrant.
(2) Il-President ghandu jgharraf bid-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regoli lil kull parti fil-procedimenti li tidher quddiem il-Bord
minghajr xi ghajnuna bhal dik.
Qari ta’ l-akkuza. 11. Il-procedimenti ta’ l-inkjesta ghandhom jibdew bil-qari
mis-Segretarju ta’ l-akkuza jew l-akkuzi. Wara dan il-President
ghandu jaghmel lid-detentur tal-warrant il-mistoqsija jekk
jammettix jew jichadx l-akkuza jew l-akkuzi.
Ammissjoni jew 
cahda.
12. (1) Jekk id-detentur tal-warrant jammetti l-akkuza jew l-
akkuzi l-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jiddispensa mill-
produzzjoni ta’ xhieda u jghaddi biex jaghti d-decizjoni tieghu
f’dik il-gurnata jew f’xi gurnata ohra iffissata ghal dak l-ghan.
(2) Jekk id-detentur tal-warrant jichad l-akkuza jew l-akkuzi l-
Bord ghandu jkompli bl-inkjesta.
(3) Jekk id-detentur tal-warrant jonqos milli jattendi minghajr
raguni gusta u l-Bord ikun sodisfatt illi l-avviz ta’ inkjesta jkun gie
notifikat kif mehtieg b’dawn ir-regoli, il-Bord jista’, jekk jidhirlu
xieraq, ikompli bl-inkjesta wkoll fin-nuqqas tieghu:
Izda, jekk id-detentur tal-warrant ma jkunx jista’ jattendi
minhabba raguni gusta, hu jista’, jekk ikun jippreferixxi hekk,
jitlob li l-inkjesta titkompla u jinnomina wahda mlll-persuni
msemmija fir-regola 10(1) biex tirrapprezentah fil-procedimenti.
Procedimenti. 13. Il-procedimenti dwar inkjesta jkunu dawn li gejjin:
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuza ghandhom ikunu
prodotti u ezaminati mill-parti li tipproducihom jew
fin-nuqqas taghha mill-Bord u kontro-ezaminati mid-
detentur tal-warrant; wara dan kull membru tal-Bord
ikun jista’ jaghmel mistoqsijiet kif jidhirlu mehtieg.
(b) Ix-xhieda tad-difiza ghandhom jinstemghu u f’kaz li d-
detentur tal-warrant jixtieq jaghti x-xiehda tieghu,
jista’ jaghmel hekk kemm-il darba x-xiehda tieghu
tinghata qabel dik ta’ kull xhud li jkun ser jigi prodott
minnu. Ix-xhieda ghandhom ikunu ezaminati mid-
detentur tal-warrant jew mill-persuna li minnha jkun
mghejjun jew rapprezentat u kontro-ezaminati minn
kull parti ohra fil-procedimenti; wara dan kull membru
tal-Bord ikun jista’ jaghmel mistoqsijiet kif jidhirlu
mehtieg.
(c) Meta jkunu tressqu l-provi kollha, id-detentur tal-
warrant jista’, personalment jew permezz tal-persuna
li minnha jkun mghejjun jew rapprezentat, jindirizza
lill-Bord u jaghmel id-difiza tieghu.
(d) Il-Bord ghandu wara dan jaghti d-decizjoni tieghu
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY g L.S.281.01 7
f’dik il-gurnata jew f’xi gurnata ohra iffissata ghal dak
l-ghan.
(e) Il-Bord ma jkunx prekluz f’kull stadju tal-
procedimenti sakemm tinghata d-decizjoni milli jerga’
jisma’ xi xhud jew milli jitlob il-produzzjoni ta’ xi
dokumenti.
Akkuza mhux 
pruvata.
14. Fil-kazijiet kollha meta l-Bord ikun sodisfatt illi l-akkuza
jew l-akkuzi ma tkunx jew ma jkunux gew pruvati, il-Bord ghandu
jiddeciedi skond hekk u ghandu jnizzel decizjoni li l-akkuza jew l-
akkuzi ma tkunx jew ma jkunux gew pruvati u illi d-detentur tal-
warrant ikun jew ma jkunx hati dwar il-hwejjeg li ghalihom l-
akkuza jew l-akkuzi jirreferu.
Decizjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-decizjonijiet tal-Bord ghandhom jinghataw fil-
pubbliku u bil-miktub; ghandhom ikunu iffirmati mill-President.
Decizjonijiet 
jintbaghtu lill-
Ministru.
(2) L-original ghandu jintbaghat mis-Segretarju lill-Ministru,
flimkien mal-process shih ta’ l-inkjesta.
(3) Meta l-Ministru jircievi d-decizjoni tal-Bord huwa ghandu
jiddeciedi jekk jikkonfermax jew le dik id-decizjoni tal-Bord u jekk
il-warrant tad-detentur ta’ l-istess warrant ghandux jigi sospiz,
revokat, kancellat jew mod iehor:
Izda l-Ministru ghandu dejjem jikkonferma d-decizjoni tal-
Bord fejn dan jiddeciedi li l-akkuza ma tkunx giet ippruvata.
Validita  ta’ 
procedimenti.
l6. Meta skond xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita ghal xi laqgha wara, il-
validita  tal-procedimenti f’dik il-laqgha ma ghandhiex tigi
attakkata minhabba biss illi l-membri tal-Bord li kienu prezenti fil-
laqgha ta’ qabel ma kienux prezenti fil-laqgha ta’ wara jew illi
membri tal-Bord li kienu prezenti fil-laqgha ta’ wara ma kienux
prezenti fil-laqgha ta’ qabel.
Kopja tad-
decizjoni.
17. Is-Segretarju ghandu jinnotifika minghajr dewmien lid-
detentur tal-warrant kopja tad-decizjoni tal-Bord.
Formula ta’ tahrik 
tax-xhieda.
18. L-avviz lil xi persuna biex tidher quddiem il-Bord biex
taghti xiehda u, jew, biex tipproduci dokumenti ghandu jkun skond
il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Appendici li jinsab ma’
dawn ir-regoli.
Firma u notifika ta’ 
avviz.
19. Kull avviz imsemmi f’dawn ir-regoli ghandu jkun iffirmat
mill-President.
Setgha tal-Bord.
(a) li jzomm il-bonordni, u
(b) li jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
21. Il-membri tal-Bord u s-Segretarju ma ghandhom jikxfu
ebda haga diskussa mill-Bord waqt l-inkjesta.
Procedimenti ohra.
Kap. 273.
22. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Inkjesti ghandhom
japplikaw ghall-Bord f’kull inkjesta mizmuma skond dawn ir-
regoli.
(2) Bla hsara kif provdut espressament xort’ohra, u b’mod
partikolari skond is-subregola (1), il-Bord ghandu jirregola l-
8 L.S.281.01 h PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
proceduri tieghu stess.
APPENDICI
Regoli 5(4), 18
FORMULA A
BORD TA’ L-ACCOUNTANCY
Avviz ta’ Inkjesta
Lil ........................................................................ (data)
Jiena b’dan naghtik avviz illi l-Bord ta’ l-Accountancy ordna
inkjesta biex jikkunsidra u jiddeciedi l-akkuza/l-akkuzi imputata/i
lilek, jigifieri .................................................................................
Inti qieghed b’dan tigi mgharraf illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra tinzamm nhar ................. il- ....................
fil- .........................
Kopja tar-Regoli ta’ Procedura dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy hija annessa biex taghraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas min-naha tieghek li tidher minghajr ma
taghti spjegazzjoni xierqa ghan-nuqqas tieghek ma jtellifx lill-Bord
ta’ l-Accountancy milli jkompli l-inkjesta fin-nuqqas tieghek.
President
Bord ta’ l-Accountancy
FORMULA B
BORD TA’ L-ACCOUNTANCY
Avviz lil Persuna biex taghti x-xiehda u/jew biex tipproduci 
dokumenti, ecc.
Lil ................................................................ (data).
Inti b’dan mehtieg tattendi quddiem il-Bord ta’ l-Accountancy
nhar ............................ il- .................................. fil- ...................
u hekk f’kull gurnata ohra li ghaliha s-smigh ikun gie differit, biex
taghti x-xiehda u/jew tipproduci d-dokumenti li gejjin: ...................
.......................................................................................................
il-kwistjoni ta’ inkjesta li qed issir kontra .......................................
Inti mwissi illi jekk tonqos li tattendi kif hawnhekk mehtieg
tista’ tehel il-penalitajiet skond il-ligi.
President
Bord ta’ l-Accountancy
