KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI) g L.S.288.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 288.02
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI)
7 ta’ Gunju, 1985
L-AVVIZ LEGALI 17 ta’ l-1985.
Titolu.
Kontroll tal-Prezzijiet tal-Bini (Provi).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 288.
"Tribunal" tfisser it-Tribunal ghall-Kontroll tal-Prezzijiet tal-
Bini mwaqqaf bl-artikolu 9 ta’ l-Att.
Produzzjoni ta’ 
dokumenti u lista 
ta’ xhieda.
3. (1) Persuna li tipprezenta rikors jew risposta fit-Tribunal
ghandha, flimkien mar-rikors jew mar-risposta, tipprezenta fir-
Registru tat-Tribunal:
(a) id-dokumenti kollha fil-pussess taghha li jkollha l-
hsieb li taghmel referenza ghalihom b’sustenn tal-kaz
taghha;
(b) lista tad-dokumenti kollha, li mhux fil-pussess taghha,
izda li taf li jezistu, li ghalihom ikollha l-hsieb li
taghmel referenza b’sustenn tal-kaz taghha; u
(c) lista tax-xhieda li jkollha l-hsieb tipproduci, inkluza t-
tahrika tal-parti l-ohra, li tiddikjara dwar kull wiehed
minnhom il-prova li jkollha l-hsieb tistabbilixxi bix-
xiehda taghhom.
(2) Id-dokumenti u l-listi msemmija fis-subregolament (1)
ghandhom jigu pprezentati b’nota.
Ebda xhieda ohra 
ma jistghu 
jingiebu.
4. Ma jista’ jingieb ebda xhud li ismu ma jkunx inghata fil-
lista msemmija fir-regolament 3, kemm-il darba t-Tribunal ma
jkunx sodisfatt li x-xhud ma kienx maghruf lill-parti fiz-zmien
meta gie pprezentat ir-rikors jew ir-risposta, skond il-kaz, jew li l-
htiega li jingieb ix-xhud qamet f’xi zmien wara l-prezentata tar-
rikors jew tar-risposta, jew kemm-il darba l-parti opposta ma
taghtix il-kunsens taghha.
Kazijiet li fihom hi 
preskritta l-
produzzjoni ta’ 
dokumenti ohra.
5. Meta xi dokument ma jingiebx jew ma jkunx inkluz fil-
lista msemmija fir-regolament 3, il-produzzjoni tieghu tithalla biss:
(a) jekk minkejja d-diligenza kollha xierqa, id-dokumenti
ma setghux jingiebu qabel il-prezentata tar-rikors jew
tar-risposta li maghhom kellhom jingabu, u l-
prezentata tar-rikors jew tar-risposta ma setghetx, bla
pregudizzju, tithalla ghal aktar tard; jew
(b) jekk it-Tribunal ikun sodisfatt mill-htiega jew mill-
espedjenza li jkollu d-dokument quddiemu: izda t-
Tribunal jista’, meta jiddeciedi fuq l-ispejjez tal-
kawza, iqis il-produzzjoni tardiva tad-dokument; jew
2 L.S.288.02 h KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI)
(c) jekk il-parti opposta, b’nota separata jew
b’annotazzjoni fil-margini jew fit-tarf tan-nota li biha
gie prodott id-dokument, taghti l-kunsens taghha;
(d) jekk jigi pruvat li l-parti li tipproduci d-dokument ma
kenits taf bih, jew ma setghetx, bil-mezzi provvduti
bil-ligi, tipproducih fiz-zmien xieraq; jew
(e) jekk id-dokument li ghandu jigi prodott ikun ktieb jew
karta ohra fl-original, li kopji taghhom jew estratti
minnhom, dwar il-kwistjoni, kienu prodotti fiz-zmien
xieraq.
