PREPARATI MEDICINALI ORAL RETINOID g L.S.31.24 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 31.24
REGOLAMENTI DWAR PREPARATI 
MEDICINALI ORAL RETINOID
14 ta’ Dicembru, 1993
L-AVVIZ LEGALI 172 ta’ l-1993.
Titolu.
Preparati Medicinali Oral Retinoid.
Awtorizzazzjoni li 
tinhareg ricetta 
ghal prodott.
2. (1) Ebda tabib, kirurgu-dentista jew dentista ma jista’
johrog ricetta lill-pazjent ghal preparat oral retinoid kemm-il darba
ma jkollux ghar-rigward ta’ dak il-pazjent awtorizzazzjoni bil-
miktub mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika li jista’ johroglu
ricetta.
(2) Is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika ghandu jaghti dik l-
awtorizzazzjoni jekk huwa jinghata parir f’dan is-sens minn panel
ta’ konsulenti medici li jinhatru minnu ghal dan l-iskop. Qabel
jaghtu l-parir il-konsulenti medici ghandhom id-dritt li, jekk
jidhrilhom, jezaminaw il-pazjent.
(3) Kull awtorizzazzjoni mahruga mis-Suprintendent tas-Sahha
Pubblika ghall-iskopijiet ta’ dan ir-regolament ghandha tinkludi
numru ta’ awtorizzazzjoni li jigi kkwotat fuq ir-ricetta li tinhareg
mit-tabib, kirurgu-dentista jew dentista li jkun gie awtorizzat.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma jghoddux ghal
ricetta ghal preparati bhal dawk li tinhareg minn tabib konsulent
tal-gilda li jkun impjegat mal-Gvern meta dik ir-ricetta tinhareg
minn sptar jew klinika tal-Gvern.
