SIGURTA  SOCJALI (FORZI ARMATI) g L.S.318.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.03
ORDNI DWAR IS-SIGURTA  SOCJALI
(FORZI ARMATI)
12 ta’ Mejju, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 294 ta’ l-1956, kif emendata bl-
Ordni datat 9 ta’ Ottubru, 1957, u l-Avviz Legali 113 ta’ l-1975.
Titolu.
(Forzi Armati).
Ftehim.
ta’ dan l-Ordni ghandhom jkollhom sehh; u l-Att dwar is-Sigurta
Socjali ghandu jsehh suggett ghall-modifiki mehtiega hemmhekk
sabiex jinghata sehh lil dawk id-disposizzjonijiet.
2 L.S.318.03 h SIGURTA  SOCJALI (FORZI ARMATI)
ANNESS
Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Ammiraljat, il-Kunsill
ta’ l-Armata, il-Kunsill ta’ Ajru u l-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni, Xoghol u Ghajnuna 
Socjali
L-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata u l-Kunsill ta’ Ajru, min-naha, u l-Ministru
ta’ l-Emigrazzjoni, Xoghol u Ghajnuna Socjali, min-naha l-ohra ftiehmu kif gej:
Artikolu 1
(1) Meta persuna li ghandha ’il fuq minn erbatax-il sena tkun f’xi hin fis-7 ta’
Mejju, 1956, jew wara -
(a) tkun qed isservi bhala membru ta’ xi wahda mill-Forzi, jew
(b) tkun qed taghmel tahrig ghal zmien ta’ aktar minn tnejn u sebghin
siegha konsekuttivi bhala membru ta’ xi wahda mill-Forzi tar-Riserva, u
(c) f’kull kaz ma tkunx qieghdha thallas kontribuzzjonijiet skond il-progett
tas-Sigurta  Nazzjonali fil-Gran Brittanja, bhala membru ta’ dawn il-
Forzi,
hi ghandha tigi assigurata skond l-Att u, suggett ghad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
ftehim, l-Att ghandu japplika ghaliha bhallikieku s-servizz jew it-tahrig taghha kienu
impieg assikurat, u bhallikieku l-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata jew il-Kunsill
ta’ l-Ajru, kif ikun il-kaz, kienu l-principali taghha.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan il-ftehim, "il-Forzi" ifissru l-Forzi tal-Kuruna Navali,
Militari jew ta’ l-Ajru, imwaqqfin f’Malta, u "il-Forzi tar-Riserva" ifissru il-Forzi
tar-Riserva mwaqqfin f’Malta.
Artikolu 2
Ir-rata ta’ kull gimgha tal-kontribuzzjonijiet li jithallsu skond l-Att dwar is-
Sigurta  Nazzjonali minn persuna assigurata ta’ xi wahda mill-klassijiet imsemmijin
fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda ta’ dan il-Ftehim, mill-principal taghha u mill-Fond
Konsolidat ghandha tkun ir-rata msemmija rispettivament ghal dik il-klassi fit-tieni,
it-tielet u r-raba’ kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Artikolu 3
L-ammonti li jithallsu mill-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata u l-Kunsill
ta’ l-Ajru rispettivament ghall-kontribuzzjonijhiet minn membri tal-Forzi u tal-Forzi
tar-Riserva u l-principali taghhom ghandhom jigu kalkolati u mhallsin b’manjiera u
f’dawk id-dati li jistghu jigu miftehmin bejn l-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata,
il-Kunsill ta’ l-Ajru, min-naha, u l-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni, Xoghol u Ghajnuna
Socjali, min-naha l-ohra.
Artikolu 4
(1) Kull persuna li tigi licenzjata, imkeccija jew issensjata b’mod iehor mill-
Forzi talli tkun giet ikkundannata b’xi procedimenti taht in-Naval Discipline Act, l-
Army Act, jew l-Air Force Act jew minn xi Qorti Civili ghandha tigi skwalifikata
milli tircievi beneficcju ghall-qghad ghal zmien sitt gimghat wara li tigi licenzjata,
imkeccija jew issensjata.
(2) Persuna li tigi licenzjata mill-Forzi b’talba taghha stess m’ghandhiex ghal
din ir-raguni tigi skwalifikata biex tircievi beneficcju ghall-qghad kawza li hija
telqet l-impieg volontarjament minghajr raguni gusta.
(3) Ghall-finijiet ta’ xi claim ghal beneficcju tal-qghad, certifikat li jkun jidher
iffirmat minn persuna awtorizzata ghal hekk mill-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-
SIGURTA  SOCJALI (FORZI ARMATI) g L.S.318.03 3
Armata jew il-Kunsill ta’ l-Ajru, kif ikun il-kaz, dwar il-fatt ta’ xi persuna li tkun
giet licenzjata, imkeccija jew issensjata b’mod iehor kif imsemmi f’xi wiehed mill-
paragrafi ta’ hawn fuq ta’ dan l-Artikolu u dwar id-data tal-licenza, tkeccija jew
sensja ghandha tkun prova konklusiva ta’ hekk sakemm ma jigix ippruvat illi c-
certifikat ma kienx iffirmat minn persuna hekk awtorizzata kif imsemmi hawn fuq.
Artikolu 5
Persuna ma tkunx intitolata li tircievi beneficcju tal-qghad jew tal-mard ghal
xi gurnata li fiha tkun qieghdha sservi bhala membru tal-Forzi, jew qieghdha
taghmel tahrig ghal zmien ta’ aktar minn tmien sieghat bhala membru ta’ xi wahda
mill-Forzi tar-Riserva.
Artikolu 6
L-ebda beneficcju tal-korriment, inkapacita  jew tal-mewt ma jithallas skond
l-Att ghal xi disgrazzja li tigri lil persuna waqt li tkun qieghdha sservi bhala membru
ta’ xi wahda mill-Forzi, jew qieghdha taghmel tahrig bhala membru ta’ xi wahda
mill-Forzi tar-Riserva.
Artikolu 7
(1) Jekk persuna tkun intitolata li tircievi pensjoni ghal inkapacita  minhabba fis-
servizz taghha fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u din il-pensjoni tinkludi
suppliment ta’ qghad, hija ma tkunx intitolata li tircievi xi beneficcju taht l-Att.
(2) Jekk persuna tkun intitolata biex tircievi pensjoni ghal inkapacita  minhabba
fis-servizz taghha fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u din il-pensjoni tinkludi
allowance ghall-mara ta’ din il-persuna u jekk tkun intitolata kieku ma kienx hemm
dan il-Ftehim li tircievi zieda ta’ beneficcju skond l-Att ghall-mara, allura tkun
intitolata li tircievi biss kull ammont li bis-sahha tieghu dik l-allowance tkun inqas
minn dik iz-zieda ta’ beneficcju.
Artikolu 8
Jekk armla tkun intitolata li tircievi pensjoni ghar-raguni li l-mewt ta’
zewgha kienet attribwita ghas-servizz fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u tkun
intitolata kieku mhux minhabba dan il-Ftehim li tircievi pensjoni ta’ armla skond l-
Att, hija tkun intitolata li tircievi biss -
(a) kull ammont li bis-sahha tieghu l-pensjoni ta’ qabel (eskluza xi
allowance ghall-ulied) tkun inqas mill-pensjoni ta’ l-ahhar (eskluza xi
zieda ghall-ulied); u
(b) kull ammont li bis-sahha tieghu allowance ghall-ulied inkluzi fil-
pensjoni ta’ qabel tkun inqas minn zieda ghall-ulied inkluzi fil-pensjoni
ta’ l-ahhar,
u hija tkun intitolata li tircievi xi ammont specifikat fis-subparagrafu (b) ta’ dan l-
Artikolu ukoll jekk tkun intitolata li ma tircievi xejn skond is-subparagrafu (a).
Artikolu 9
Meta persuna ma tistax, minhabba li tkun fuq il-bahar jew barra minn Malta,
fil-kors tas-servizz taghha bhala membru tal-Forzi jew tal-Forzi tar-Riserva, taghmel
att li mehtieg malajr jew meta siir xi haga jew fi zmien specifikat, hija tiqies li
ghamlet hekk jekk taghmel l-att malli dan ikun jista’ jsir, ghalkemm wara li tigri dik
il-haga jew wara li jghaddi z-zmien specifikat.
Artikolu 10
Fil-kaz li jispicca dan il-Ftehim kull dritt miksub minn persuna skond id-
disposizzjonijiet tieghu ghandu jinzamm u ghandhom isiru negozjati sabiex jigu
4 L.S.318.03 h SIGURTA  SOCJALI (FORZI ARMATI)
rrangati d-drittijiet li jkunu qeghdin jigu miksuba bis-sahha tad-disposizzjonijiet
tieghu.
Artikolu 11
Dan il-Ftehim ghandu jibda jsehh mis-7 ta’ Mejju, 1965, u ghandu jibqa’ fis-
sehh ghal zmien sena minn dik id-data. Wara, jkompli jsehh minn sena ghal sena
kemm-il darba ma jinghatax avviz bil-miktub biex ma jissoktax minn xi naha mill-
inqas sitt xhur qabel ma jghaddi kull perijodu bhal dan ta’ sena.
Maghmul il-Belt Valletta, Malta, illum it-12 ta’ Mejju, 1956.
Ghall-Ammiraljat (iff.) Guy Grantham
Ammiral
Ghall-Kunsill ta’ l-Armata (iff.) Brian Daunt
General Maggur
Ghall-Kunsill ta’ l-Ajru (iff.) G. Nicholetts
Marixxall ta’ l-Ajru
Il-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni,
Xoghol u Ghajnuna Socjali(ad int.) (iff.) A. Barbara
SIGURTA  SOCJALI (FORZI ARMATI) g L.S.318.03 5
Rati ta’ Kontribuzzjonijiet fil-Gimgha
SKEDA Sostitwita:Ordni datat 9.10.57;
A.L. 113 ta’ l-1975.
Klassi ta’ persuni assigurati
Rata fil-gimgha ta’ kontribuzzjoni li tithallas
Mill-persuna 
assigurata Mill-principal
Mill-Fond 
Konsolidat
Membri tal-Forzi:
Persuni ’l fuq minn 19-il sena 58c 58c 58c
Subien u Bniet bejn l-14 u d-19-il
sena 14c 14c 14c
