BONUS LIL FAMILJA g L.S.318.09 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.09
ORDNI DWAR BONUS LIL FAMILJA
7 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIZ LEGALI 93 ta’ l-1989.
Titolu.
Rata ta’ bonus lil 
familja.
Kap. 318.
2. Ghandu jithallas bonus lil familja ekwivalenti ghal Lml fil-
gimgha mid-Direttur tas-Sigurta  Socjali skond il-paragrafu 3 ta’
dan l-Ordni lil min jircievi xi wahda mill-allowances li jithallsu
taht u skond l-artikoli 81 sa 88 ta’ l-Att dwar is-Sigurta  Socjali,
hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjah "l-Att".
Hlas ta’ bonus lil 
familja.
3. Il-bonus lil familja msemmi fl-artikolu 2 ta’ dan l-Ordni
ghandu jithallas f’intervalli ta’ sitta u ghoxrin gimgha u ghandu,
f’kull sena kalendarja, ikun dovut kif gej:
(a) dwar l-ewwel hlas, fil-jum meta t-tieni hlas ta’ kull
tliet xhur ta’ xi allowance skond l-artikoli 81 sa 88 ta’
l-Att jkun dovut skond l-artikolu 99(1)(b)(iv) ta’ l-
imsemmi Att; u
(b) dwar it-tieni hlas, fil-jum meta r-raba’ hlas ta’ kull
tliet xhur ta’ xi allowance skond l-imsemmija artikoli
81 sa 88 jkun dovut skond l-imsemmi subparagrafu
(iv).
Perijodu kopert 
b’kull hlas tal-
bonus lil familja.
4. Kull hlas kif imsemmi qabel ghandu jkopri kull bonus lil
familja li jista’ jithallas dwar it-tlettax-il gimgha konsekuttivi bl-
arretrati, jew parti minnhom, kif ikun il-kaz, li jintemmu fl-ahhar
jum minnufih qabel il-jum meta l-hlas tal-bonus lil familja jkun
dovut skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Ordni u kull bonus lil familja li
jista’ jithallas dwar it-tlettax-il gimgha konsekuttivi bil-quddiem,
jew parti minnhom, kif ikun il-kaz, li jibdew mill-ewwel jum
minnufih wara l-jum meta l-hlas tal-bonus lil familja jkun dovut
skond l-imsemmi artikolu 3.
Waqefien ta’ hlas 
ta’ bonus lil 
familja.
5. Ma jibqax jithallas bonus lil familja f’dak l-istess jum li xi
wahda mill-allowances li jithallsu taht u skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikoli 81 sa 88 ta’ l-Att ma tibqax tithallas iktar; u ghal dan
il-ghan id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 99(3) ta’ l-imsemmi Att
ghandhom japplikaw bl-istess mod kif jistghu japplikaw dwar xi
wahda mill-allowances li tithallas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmija artikoli 81 sa 88 ghar-rigward ta’ l-istess beneficjarju.
