KORS GHALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. g L.S.327.101 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.101
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - U 
MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
30 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIZ LEGALI 31 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avvizi Legali 84 ta’ l-
2001 u 54 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u Master of
Philosophy - M.Phil.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  jew l-Istitut fejn tkun ser
issir ir-ricerka:
"il-Gradi" ifissru l-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u
Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-korsijet" ifissru l-korsijiet li jwasslu ghall-Gradi ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D. - u Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat ghall-M.Phil. u l-Ph.D.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 84 ta’ l-2001;
A.L. 54 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw minn Ottubru
2002 ’il quddiem.
Ghoti tal-Gradi.
b’succuess ta’ tezi li jkun fiha kontribuzzjonijiet originali u
sinifikattivi ghall-gherf f’wahda mid-dixxiplini studjati fl-
Universita .
(2) Il-grad ta’ M.Phil. ghandu jinghata wara d-difiza b’success
ta’ dissertazzjoni bbazata fuq ricerka originali.
Kumitat mahtur 
mis-Senat.
4. (1) L-applikazzjonijiet ghar-registrazzjoni ghall-Gradi
ghandhom ikunu accettati mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord u ta’ Kumitat ghall-M.Phil. u l-Ph.D. mahtur mis-Senat ghal
dan il-ghan.
(2) Il-Kumitat ghandu jinhatar ghal tliet snin u ghandu jkun
maghmul kif gej:
ir-Rettur (jew id-delegat tieghu) bhala Chairman
tliet membri eletti mis-Senat minn fost il-membri
tieghu
ir-Registratur bhala Segretarju
id-Dekan tal-Fakulta  jew id-Direttur ta’ l-Istitut li fih
il-kandidat bi hsiebu jaghmel ir-ricerka tieghu,
kooptjat.
2 L.S.327.101 h
KORS GHALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
Registrazzjoni 
ghall-Gradi.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
5. (1) Il-Kumitat ghandu jikkonsidra applikazzjonijiet ghall-
Ph.D. minn kandidati li ghandhom grad ta’ Master ta’ l-Universita
ta’ Malta jew ta’ universita  ohra jew kwalifiki ta’ livell
komparabbli rikonoxxuti ghal dan il-ghan mis-Senat.
(2) Il-Kumitat ghandu jikkonsidra applikazzjonijiet ghall-
M.Phil. minn kandidati li ghandhom grad tajjeb bl-Unuri
(normalment mhux inqas mit-Tieni Klassi (Taqsima Superjuri))
minn l-Universita  ta’ Malta jew universita  ohra jew kwalifiki ta’
livell komparabbli rikonoxxuti ghal dan il-ghan mis-Senat.
(3) Minbarra l-kwa1ifiki msemmija fis-subregolamenti (1) u
(2), il-kandidati ghandu jkollhom kwalifiki u jissodisfaw
kondizzjonijiet ohra li l-Bord jista’ jistabbilixxi minn zmiem ghal
zmien ghal dan il-ghan u li ghandhom ikunu approvati mis-Senat
f’forma ta’ ordinamenti.
(4) L-applikazzjonijiet ghall-Gradi ghandhom jinkludu dawn li
gejjin:
(a) it-titolu propost tat-tezi / tad-dissertazzjoni;
(b) proposta dettaljata ta’ ricerka, normalment ta’ madwar
1000 kelma;
(c) stqarrija dwar jekk l-istudji humiex ser isiru fuq bazi
full-time jew part-time, u, jekk fl-ahhar kaz, in-numru
ta’ sighat li ser ikunu ddedikati ghal dan ix-xoghol ta’
ricerka;
(d) l-isem tal-membru tal-istaff ta’ l-Universita  li qabel li
jaghmilha ta’ supervizur, u f’kazijiet specjali, l-isem
ta’ membru tal-istaff ta’ l-Universita  ta’ Malta jew ta’
universita  ohra jew ta’ specjalista li qabel li jaghmilha
ta’ kosupervizur; u
(e) rakkomandazzjoni mill-kap tad-dipartiment jew il-
koordinatur tad-divizjoni li s-suggett tar-ricerka hu
accettabbli.
(5) Il-Kumitat ghandu jissottometti lis-Senat l-
applikazzjonijiet kollha li jissodisfaw ir-rekwiziti msemmija fis-
subregolamenti (1) sa (4). Is-Senat jista’ jaccetta applikazzjonijiet
bhal dawn u jista’jimponi kondizzjonijiet ohra li jidhirlu xierqa.
Tul ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
6. (1) L-istudji ghall-grad ta’ Ph.D. ghandhom jestendu fuq
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn tliet snin u mhux aktar minn hames
snin fil-kaz ta’ studji fuq bazi full-time;
(b) mhux anqas minn erba’ snin u mhux aktar minn tmien
snin (li normalment ghandhom jinkludu sena ta’ studju
fuq bazi full-time) fil-kaz ta’ studji fuq bazi part-time.
(2) Tezi ghall-Ph.D. m’ghandhiex tkun ikkunsidrata jekk tigi
sottomessa aktar tard mill-perijodu massimu permess fis-
subregolament (1), jekk mhux f’cirkostanzi specjali, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jaghti lill-
istudenti estensjoni tal-perijodu ta’ studju wara l-perijodu massimu.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(a),
KORS GHALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. g L.S.327.101 3
f’cirkostanzi eccezzjonali, is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord u tal-Kumitat, jista’ jaghti permess ghas-sottomissjoni ta’ tezi
ghall-Ph.D. wara li jkunu ghaddew l-ekwivalenti ta’ sentejn ta’
studju fuq bazi full-time mid-data tar-registrazzjoni.
L-istudji ghall-grad 
ta’ M.Phil.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
7. (1) L-istudji ghall-grad ta’ M.Phil. ghandhom jestendu fuq
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn hmistax-il xahar u mhux aktar minn
tliet snin fil-kaz ta’ studji fuq bazi full-time;
(b) mhux anqas minn tletin xahar u mhux aktar minn
hames snin fil-kaz ta’ studji fuq bazi part-time.
(2) Dissertazzjoni ghall-M.Phil. m’ghandhiex tkun
ikkunsidrata jekk tigi sottomessa aktar tard mill-perijodu massimu
permess fis-subregolament (1), jekk mhux f’cirkostanzi specjali,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jaghti lill-
istudenti estensjoni tal-perijodu ta’ studju wara l-perijodu massimu.
Registrazzjoni 
annwali.
8. (1) L-istudenti huma mehtiega jirregistraw fil-Fakulta  jew
fl-Istitut ikkoncernat fil-bidu ta’ kull sena akkademika matul il-
perijodu ta’ l-istudju taghhom.
(2) Registrazzjoni bhal din ghandha tigi accettata biss wara s-
sottomissjoni ta’ rapport ta’ progress sodisfacenti mis-supervizur
ta’ l-istudent.
Trasferiment tar-
registrazzjoni.
9. (1) Is-Senat jista’ jhalli t-trasferiment tar-registrazzjoni
mill-grad ta’ M.Phil. ghall-grad ta’ Ph.D. bl-istess proposta ta’
ricerka jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li gejjin:
(a) ghaddew hmistax-il xahar ta’ studju fuq bazi full-time
jew tletin xahar ta’ studju fuq bazi part-time;
(b) wasal rapport ta’ progress sodisfacenti mis-supervizur
ta’ l-istudent;
(c) bord mahtur mill-Bord ghal dan il-ghan, maghmul
minn chairman, is-supervizur ta’ l-istudent, u membru
iehor, jkun evalwa x-xoghol ta’ l-istudent u ccertifika
li dan lahaq il-livell mehtieg mill-inqas ghall-grad ta’
Master; u
(d) il-Bord u l-Kumitat ikunu rrakkomandaw it-
trasferiment.
(2) Jekk it-trasferiment ikun approvat mis-Senat, ix-xoghol
diga  maghmul ghall-grad ta’ M.Phil. ikun jghodd biex jissodisia r-
rekwiziti ghall-grad ta’ Ph.D.
Sottomissjoni ta’ 
tezijiet / 
dissertazzjonijiet.
10. (1) Mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data ppjanata
ghas-sottomisssjoni, l-istudenti ghandhom japplikaw lill-Bord
ghall-permess biex jipprezentaw it-tezi / id-dissertazzjoni u jaghtu
t-titolu ezatt taghha. Qabel ma jaghti l-permess, il-Bord ghandu
jikkonsulta lis-supervizur ta’ l-istudenti u ghandu jaccerta ruhu li l-
perijodu ta’ l-istudju jikkonforma ma’ dak stipulat fir-regolamenti
6 u 7.
(2) Meta jissottomettu tezi / dissertazzjoni, l-istudenti
ghandhom:
(a) jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata li t-tezi / d-
4 L.S.327.101 h
KORS GHALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
dissertazzjoni hija x-xoghol personali taghhom, u li l-
parti l-kbira tax-xoghol kien maghmul wara r=-
registrazzjoni ghall-grad;
(b) jekk xi parti mit-tezi / mid-dissertazzjoni kienet diga
sottomessa ghal grad iehor jew kwalifika ohra jew it-
tezi / id-dissertazzjoni kienet ippublikata
indipendentement, stqarrija dwar dan ghandha tkun
inkluza maghha, u l-Bord ta’ l-Ezaminaturi mahtur
skond ir-regolament 11(1) ghandu jirrakkomanda lis-
Senat jekk it-tezi / id-dissertazzjoni ghandhiex tkun
accettata ghall-ezami jew le.
Ezami ta’ tezijiet / 
dissertazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 84 ta’ l-2001.
11. (1) Tezijiet / dissertazzjonijiet ghal dawn il-Gradi
ghandhom ikunu ezaminati minn Bord ta’ l-Ezaminaturi mahtur
ghal dan il-ghan mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu jkun maghmul mill-inqas
minn tliet ezaminaturi li jinkludu Chairman, ezaminatur barrani u
membru iehor, sakemm li l-ezami orali tat-tezi / tad-dissertazzjoni
ghandu jkun immexxi mill-anqas minn tliet ezaminaturi, u sakemm
li s-supervizur ikun prekluz milli jezamina izda jkun mistieden
jattendi bhala osservatur waqt l-ezami orali.
(3) L-istudenti ghandhom ikunu mehtiega jiddefendu t-tezi / d-
dissertazzjoni oralment quddiem il-Bord ta’ l-Ezaminaturi. Il-Bord
ta’ l-Ezaminaturi ghandu jissottometti rapport finali lis-Senat fejn
jghid jekk listudent ghandux jinghata l-grad:
Izda, fil-kaz ta’ dissertazzjoni ghall-M.Phil., jekk l-
ezaminatur barrani ma jistax jiehu sehem fid-deliberazzjonijiet
finali tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghaliex ikun imsiefer, ikun skond
il-ligi ghall-membri l-ohra tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi li jiehdu
decizjonijiet fin-nuqqas tieghu sakemm xi fehmiet li hu jkun fisser
bil-kitba jigu kkunsidrati u d-decizjoni finali hi accettabbli ghalih.
It-tezi / id-
disserazzjoni tista’ 
tigi riferita lura.
12. (1) Wara li jezaminaw it-tezi / id-dissertazzjoni, il-Bord
ta’ l-Ezaminaturi jistghu jirreferuha lura lill-istudent ghar-revizjoni
qabel ma jiddefendi t-tezi / d-dissertazzjoni oralment.
(2) Fil-kazijiet indikati fis-subregolament (1), l-istudent
ghandu japplika ghall-permess biex jissottometti t-tezi / d-
dissertazzjoni riveduta ghall-ezami. Il-Bord ghandu jkun iggwidat
fid-decizjoni tieghu mir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ l-
Ezaminaturi izda fil-kazijiet kollha t-tezi / d-dissertazzjoni riveduta
ghandha tkun sottomessa ghall-ezami fi zmien sitt xhur minn meta
t-tezi / d-dissertazzjoni originali kienet riferuta lura lill-istudent.
Permess bhal dan jinghata darba biss.
(3) Student li ma jissodisfax lill-Bord ta’ l-Ezaminaturi fl-
ezami orali jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi u bil-
permess tal-Bord, jigi ezaminat mill-gdid oralment f’perijodu ta’
sitt xhur. Permess bhal dan jinghata darba biss.
(4) Jekk student ghall-grad ta’ Ph.D. ma jissodisfax lill-Bord
ta’ l-Ezaminaturi li t-tezi tieghu lahqet il-livell mehtieg ghall-ghoti
tal-grad ta’ Ph.D., il-Bord ta’ l-Ezaminaturi jista’ jirrakkomanda
lis-Senat l-ghoti tal-grad ta’ M.Phil.
KORS GHALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. g L.S.327.101 5
Ordinamenti.
jfassal ordinamenti dwar dawn il-Gradi biex jirregolaw materji
mhux koperti b’dawn ir-regolamenti.
