KORS GHAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK g L.S.327.109 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.109
REGOLAMENTI TAL-KORS
GHAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIZ LEGALI 45 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors ghad-Diploma in Social Work.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut ghall-Harsien Socjali;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Social Work;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghad-Diploma.
Applikabilita .
mibdija fl-1992 jew wara.
Eligibilta  ghad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’ jinghata d-Diploma student ghandu jkun:
(a) irregistrat ghall-kors u temmu b’success kif hawn
preskritt f’dawn ir-regolamenti;
(b) ghadda mill-ezamijiet finali ghad-Dip1oma; u
(c) issodisfa r-rekwiziti l-ohra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u regolamenti rilevanti ohra ta’
l-Universita .
Registrazzjoni u 
rekwiziti specjali 
ghall-kors.
4. (1) Kandidat jista’ jigi rregistrat ghall-kors jekk:
(a) jista’ jidhol l-Universita  bhala student regolari skond
ir-Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita ; u
(b) jissodisfa bord ta’ l-intervisti, imwaqqaf ghal dan il-
ghan, li ghandu l-kwalitajiet mehtiega biex isegwi dan
il-kors.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
gradwati Universitarji u applikanti li ghalqu t-23 sena li l-kwalifiki
taghhom jitqiesu bhala sufficjenti mill-Bord, jistghu jkunu ezentati
minn kull rekwizit iehor ghad-dhul fil-kors, barra minn dak
mehtieg skond is-subregolament (1)(b).
It-tul tal-kors.
tliet snin ta’ studju part-time.
(2) Student ma jistax joqghod ghall-ezamijiet finali qabel tliet
snin minn meta jkun dahal fil-kors ta’ l-istudji.
(3) F’cirkostanzi specjali, il-Bord jista’ jhalli student jestendi
l-istudji tieghu fuq massimu ta’ erba’ snin, ghal raguni tajba u
sufficjenti, bil-kondizzjonijiet li l-Bord jiddetermina f’kull kaz.
Il-kors ta’ l-istudji.
maghmul minn taqsimiet studju li m’ghandux jinghatalhom inqas
2 L.S.327.109 h KORS GHAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
minn 30 kredtu.
(2) Il-kors ghandu jikkonsisti fi:
(a) Modulu 1: Gherf Baziku fix-Xjenzi Socjali:
Socjologija, Psikologija, Metodi ta’
Ricerka.
(b) Modulu 2: Hidma Socjali:
Metodi, Kapacitajiet, Valuri, Pjazzamenti
Prattici.
(c) Modulu 3: Politika Socjali:
Harsien Socjali, Sahha, Legislazzjoni,
Amministrazzjoni Socjali.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. (1) Qabel ma tibda kull sena akkademika, il-Bord ghandu
jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju u tal-kredti assenjati ghal
kull taqsima studju, skond kif approvat mis-Senat.
(2) Il-katalogu ghandu jaghti dettalji tat-taqsimiet studju.
Taqsima studju tista’ tinkludi, jew tkun maghmula kollha minn,
xoghol prattiku valutat fejn ikun jixraq. Student li jaghzel taqsima
studju bhal din jista’ jkun mehtieg li jissottometti rapporti bil-
miktub dwar ix-xoghol prattiku li jkun ghamel.
(3) Il-katalogu ghandu jinkludi wkoll il-metodu tal-
valutazzjoni ghal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju
ghandhom jittiehdu flimkien u liema taqsimiet studju huma pre-
rekwiziti jew irrikmandati.
Progress. 8. (1) It-taqsimiet studju ghandhom ikunu mqassmin b’mod li
kors ta’ l-istudji jista’jintemm fi tliet snin.
(2) F’kull sena tal-kors student hu mistenni jirregistra ghal
ghadd ta’ taqsimiet studju li ghalihom ghandu jinghata total ta’
mhux inqas minn 10 u mhux aktar minn 12-il kredtu.
(3) Il-kredti ghandhom jinghataw skond dawn il-gradi, li
jibdew mill-oghla wiehed: A, B, C, D u F, fejn F tfisser Wehel.
(4) Student li jirregistra ghal taqsima studju u ma jkomplihiex
ghandu jkun meqjus li wehel minn dik it-taqsima studju.
(5) Student li jonqos milli jikseb kredtu ghal taqsima studju
ghandu normalment jithalla jaghmel riparatorju darba biss, f’liema
kaz il-grad li jista’ jikseb ghandu jkun jew D jew Wehel. Jekk ma
jghaddix fir-riparatorju huwa ghandu jithalla jerga’ jsegwi t-
taqsima studju darba biss, u f’dan il-kaz il-valutazzjoni tieghu
ghandha tkun jew D jew Wehel. M’ghandux ikun hemm riparatorju
meta taqsima studju tkun ripetuta.
(6) Taqsimiet studju ghandhom ikunu offruti f’livelli
differenti. Taqsimiet studju bazici ghandhom ikunu offruti fil-
Livell 1, waqt li taqsimiet studju aktar avanzati ghandhom ikunu
offruti fil-Livell 2.
(7) Student li jikseb inqas minn 8 kredti f’xi sena tal-kors
m’ghandux jithalla jkompli l-kors jew joqghod ghall-ezamijiet
finali, hlief f’cirkostanzi specjali u bl-approvazzjoni tas-Senat.
(8) Student ma jistax jiehu taqsima studju li m’ghandux il-
KORS GHAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK g L.S.327.109 3
prerekwiziti ghaliha, jew minghajr ma jiehu fl-istess zmien dawk
it-taqsimiet studju indikati, hlief bil-permess tal-Bord.
Progett / essay 
twil.
9. (1) Matul it-tieni parti tal-kors kull student ghandu jigi
moghti progett jew essay twil biex jaghmlu.
(2) In-natura tal-progett / essay twil ghandha tkun
essenzjalment investigazzjoni dwar xi suggett partikolari relatat
mal-qasam ta’ studju u ghandu jsir taht supervizjoni ta’ tutur.
(3) Il-progett / essay twil ghandu jigi sottomess ghall-ezami
xahrejn qabel it-tmiem ta’ l-ezamijiet finali.
L-ezamijiet finali.
mehtieg jaghmel l-ezamijiet finali.
(2) L-ezamijiet finali ghandhom isiru darba fis-sena biss,
normalment f’Gunju, u ghandhom jikkonsistu f’zewg karti. Jista’
jsir ukoll ezami viva voce.
(3) Student m’ghandux jithalla joqghod ghall-ezamijiet finali
jekk ma jkunx kiseb il-kredti kollha moghtija ghax-xoghol prattiku.
(4) Ghall-ghan tar-regolament 8(8) il-kredti ghandhom
jinghataw provizorjament lil student ghal dawk it-taqsimiet studju
li jintemmu sewva sew qabel l-ezamijiet finali li jkun se jaghmel,
bil-kondizzjoni li l-istudent ikun lahaq livell sodisfacenti fit-
taqsima studju.
Ir-rizultati finali.
tieghu fl-ezamijiet finali, il-marki miksuba fil-progett / essay twil,
kif ukoll il-kredti u l-gradi miksuba matul il-kors ta’ l-istudji
tieghu.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 12, student
ma jikkwalifikax ghad-Diploma jekk ma jghaddix mill-ezamijiet
finali f’sessjoni wahda.
(3) L-ezamijiet finali ghandhom il-piz ta’ erbghin fil-mija
ghar-rizultat finali. Il-progett / essay twil ghandu l-piz ta’ ghoxrin
fil-mija ghar-rizultat finali. It-taqsimiet studju ghandhom il-piz tal-
bqija erbghin fil-mija.
(4) Fir-rizultati finali, l-ismijiet ta’ l-istudenti li kkwalifikaw
ghad-Diploma ghandhom jigu ppublikati f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
Ir-riparatorju.
jerga’ jaghmel l-ezamijiet finali kollha darba taht davk il-
kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jiddetermina f’kull kaz. Jekk
jghaddi, dan l-istudent jitqieghed fil-kategorija ta’ Ghadda fir-
rizultati finali.
Disposizzjoni 
transitorja.
13. Studenti li segwew korsijiet ghad-Diploma fl-Istudji
Socjali Applikati mmexxija mill-Fakulta  ta’ l-Arti ghandhom
jithallew jittrasferixxu ghall-kors ta’ l-istudji msemmi f’dawn ir-
regolamenti.
4 L.S.327.109 h KORS GHAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
