KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES g L.S.327.113 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.113
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - B.A. (HONS.) - 
IN EUROPEAN STUDIES
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIZ LEGALI 51 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviz Legali 78 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons.) - in
European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tac-Centru ghad-Dokumentazzjoni u
Ricerka Ewropea;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A.
(Hons) - in European Studies;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 78 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw minn Mejju
2000 ’il quddiem.
Eligibilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikun eligibbli ghall-ghotja tal-Grad student ghandu
jkun:
(a) temm il-kors ta’ l-istudji mfassal ghalhekk;
(b) ikkwalifika fl-ezamijiet rilevanti; u
(c) issodisfa r-rekwiziti l-ohra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti jew fi statuti u regolamenti ohra rilevanti.
Ir-rekwiziti ghad-
dhul.
4. (1) Kandidat jista’ jkun registrat ghall-kors jekk ikun:
(a) irregistrat bhala student regolari skond ir-Regolamenti
ghad-Dhul ta’ l-Universita ;
(b) kiseb Grad B jew ahjar fil-valutazzjoni globali fl-
Istudji Ewropej mehuda fl-Ewwel Parti tal-kors ghall-
B.A. in European Studies skond ir-regolamenti
rilevanti ghal dak il-kors; u
(c) kiseb Grad D jew ahjar fil-valutazzjoni globali ta’ l-
oqsma ta’ studju l-ohra kollha ta’ l-Ewwel Parti tal-
kors ghall-B.A. in European Studies.
(2) Student jista’ jithalla jerga’ jirregistra u jkompli
provizorjament ghal kors ta’ l-istudji li jwassal ghall-Grad jekk
jissodisfa s-subregolament (1) imma jkun ghad jonqsu mhux aktar
minn erbgha mill-kredti mehtiega, jew mhux aktar minn sitta jekk
hu jkun ghamel zjara ta’ studju twila barra minn Malta,
f’istituzzjoni ohra ta’ edukazzjoni terzjarja, sakemm iz-zjara tkun
maghrufa ufficjalment mill-Bord u hu jikseb il-kredti mehtiega
2 L.S.327.113 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES
qabel ma jaghmel l-ezamijiet finali.
(3) Normalment student ikun mehtieg ikompli minnufih, wara
r-registrazzjoni mill-gdid, mill-Ewwel Parti tal-kors ghall-B.A. in
European Studies u fl-ebda kaz ma jithalla jidhol fil-kors jekk
jghaddu aktar minn tliet snin mit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti tal-kors
ghall-B.A. in European Studies, hlief bil-permess tas-Senat.
Il-kors ta’ l-istudji. 5. (1) Il-kors normalment jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn
akkademici.
(2) Student ma jistax jaghmel l-ezamijiet finali qabel sentejn
akkademici jew aktar tard minn tliet snin akkademici mill-ewwel
dhul tieghu fil-kors hlief bil-permess tas-Senat.
(3) Il-kors ta’ l-istudji ghandu jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet
studju li ghalihom ma ghandhomx jinghataw inqas minn 44 kredtu.
(4) Dawn il-kredti ghandhom jikkonsistu f’dan li gej:
24 kredtu fl-Istudji Ewropej;
6 kredti f’Lingwa Ewropea jew fl-Istudji Ewropej;
6 kredti fakultativi;
8 kredti ghal dissertazzjoni.
(5) L-istudenti ghandhom ikunu mhegga sabiex isiru
proficjenti f’lingwa ohra Ewropea ta’ l-ghazla taghhom barra minn
dawk li huma diga  jafu sew izda preferibilment il-Franciz, sakemm
ma jkunux ghazlu din il-lingwa Ewropea bhala qasam ewlieni jew
sekondarju ta’ studju iehor, f’liema kaz dan ir-rekwizit ma
jenhtiegx. Jekk il-Bord jaghmel l-arrangamenti mehtiega mad-
dipartiment koncernat, sitt kredti ghandhom ikunu allokati ghall-
proficjenza fil-lingwa. F’kaz iehor l-istudenti ghandhom jiksbu sitt
kredti ohra fl-Istudji Ewropej.
(6) Taqsima studju tista’ tinkludi, jew tkun tikkonsisti kollha
kemm hi, f’hidma ggwidata fuq il-post f’dawk l-oqsma ta’ studju
fejn dan huwa xieraq. Student li jiehu taqsima studju bhal din
ghandu jkun mehtieg jissottometti rapport bil-miktub fuq il-hidma
fuq il-post li ghamel.
(7) Qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika katalogu ta’
taqsimiet studju u tal-kredti assenjati ghal kull taqsima studju
ghandu jkun ippubblikat mill-Bord.
(8) Il-katalogu ghandu jaghti dettalji tat-taqsimiet studju fl-
Istudji Ewropej.
(9) Certifikat ta’ kredtu ghandu jkun moghti lil student li
jtemm taqsima studju b’success. Ic-certifikat ghandu juri wkoll il-
grad li jindika l-livell milhuq mill-istudent fix-xoghol maghmul
matul it-taqsima studju u f’test jew assignment li jsir fit-tmiem
taghha. Il-metodu ta’ valutazzjoni ghandu jkun fid-diskrezzjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji mahtur mill-Bord. L-ebda kredtu ma ghandu
jinghata ghal taqsima studju mhux kompluta.
(10) Minkejja s-subregolament (1), student jista’ jithalla
jirregistra bhala student part-time, bl-approvazzjoni tal-Bord.
Huwa ma jkunx jista’ jaghmel l-ezamijiet finali qabel erba’ snin
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES g L.S.327.113 3
akkademici u aktar tard minn sitt snin akkademici mill-ewwel dhul
tieghu fil-kors ta’ l-istudji, hlief bil-permess tas-Senat u bil-
modifikazzjoni mehtiega ghall-kondizzjonijiet rilevanti.
(11) Il-kredti ghandhom jinghataw skond il-gradi li gejjin
f’ordni li jibda mill-oghla u jasal sa l-inqas mertu: A, B, C, D. F
tindika li wehel u I tindika li mhux komplut.
(12) Taqsima studju tista’ tigi ggradata permezz ta’ test jew ta’
prezentazzjoni ta’ karta ta’ ricerka jew bit-tnejn. Fl-ahhar kaz, il-
piz tal-karta ta’ ricerka ghandu jkun ta’ 30 fil-mija u dak tat-test
ghandu jkun ta’ 70 fil-mija.
(13) Student li ma jiksibx kredtu ghal taqsima studju, billi
jonqos milli jgib marka ta’ kwalifika fit-test jew fil-karta ta’
ricerka jew globalment jekk it-tnejn jintuzaw bhala metodu ta’
valutazzjoni, normalment ghandu jithalla jaghmel riparatorju darba
biss u, jekk ikun hemm bzonn, jerga’ jsegwi t-taqsima studju mill-
gdid darba biss. F’dan il-kaz il-valutazzjoni ghandha tigi ggradata
bhala D jew li Wehel.
L-ezamijiet finali.
Emendat:
A.L. 78 ta’ l-2000.
6. (1) Student ghandu jkun mehtieg joqghod ghall-ezamijiet
finali fit-tmiem tal-kors ta’ l-istudji wara li jtemm b’success mill-
inqas tletin taqsima studju fiz-zmien preskritt.
(2) Meta jtemm il-kors ta’ l-istudji l-istudent ghandu
jirregistra ghall-ezamijiet finali sa l-ahhar ta’ Marzu.
(3) Ghal dawk it-taqsimiet studju li jisspiccaw sew sew qabel
l-ezamijiet finali, kredti ghandhom jinghataw lill-istudent fuq il-
bazi tal-livell milhuq minnu matul it-taqsimiet studju.
(4) Ghall-valutazzjoni globali ta’ student ghall-Grad ghandu
jitqies il-livell milhuq minnu fl-ezamijiet finali kif ukoll il-gradi
miksuba matul il-kors ta’ l-istudji. L-istudent ma ghandux jinghata
l-Grad jekk ma jgibx ghallinqas il-grad Ghadda fl-ezamijiet finali.
(5) L-ezamijiet finali ghandu jkollhom hamsin fil-mija tal-piz
ghall-iggradar tar-rizultat finali. Il-hamsin fil-mija l-ohra
ghandhom ikunu kkalkulati fuq bazi tal-medja globali tal-kredti
miksuba matul il-kors.
(6) Fl-ezamijiet finali jinghataw erba’ karti fil-qasam ta’
studju. Jista’ jsir ukoll ezami viva voce.
(7) F’kull sena ghandu jkun hemm sessjoni wahda biss ta’ l-
ezamijiet finali, li normalment issir f’Gunju, u sessjoni
supplimentari f’Settembru.
(8) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-ghotja tal-
Grad ghandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’lista
maqsuma kif gej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(9) Ghandha tigi ppublikata wkoll lista ta’ dawk l-istudenti li,
minkejja li ma gewx meqjusa li jisthoqqilhom Grad bl-Unuri, jigu
4 L.S.327.113 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES
kkunsidrati mill-ezaminaturi li ghandhom mertu bizzejjed ghal grad
li Ghadda (B.A.).
(10) Student li jehel f’xi karta jew karti ta’ l-ezamijiet finali
ghandu jithalla jaghmel riparatorju fil-karta/i li wehel darba biss
fis-sessjoni supplimentari, f’liema kaz il-grad massimu li jista’
jinghata ghandu jkun il-grad D.
(11) Student li jehel fis-sessjoni supplimentari jista’ jithalla
mill-Bord jerga’ jaghti l-ezamijiet finali tal-kors fis-sessjoni li
jmiss taht dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jimponi.
Disposizzjoni 
transitorja.
7. Studenti li rregistraw ghall-kors li jwassal ghall-grad ta’
B.A. fil-Fakulta  ta’ l-Arti b’International Relations bhala qasam
ewlieni ta’ studju u li temmew l-Ewwel Parti ta’ dak il-kors jistghu
jithallew jittrasferixxu ghat-Tieni Parti tal-kors.
