KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES g L.S.327.114 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.114
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN EUROPEAN STUDIES
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIZ LEGALI 54 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviz Legali 145 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tac-Centru ghad-Dokumentazzjoni u
Ricerka Ewropea;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in European
Studies; u
" il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti japplikaw ghall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2001 jew wara.
Eligibilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikun eligibhli ghall-Grad student ghandu:
(a) jkun registrat bhala student regolari skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita ;
(b) jissodisfa kull rekwizit ta’ kwalifika iehor ghad-dhul
fil-kors;
(c) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-ezamijiet u
jissodisfa kull rekwiziti ohra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwiziti ohra preskritti f’xi statuti u
regolamenti ohra rilevanti ta’ l-Universita .
Il-kwalifiki ghad-
dhul.
4. Kandidati ghad-dhul fil-kors ghandu jkollhom wahda mill-
kwalifiki li gejjin:
(a) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) miksub b’mhux
inqas mit-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
fil-European Studies jew f’xi qasam ta’ studju iehor
meqjus accettabbli mill-Bord; jew
(b) kwaliflki ekwivalenti minn l-Universita  ta’ Malta jew
minn universita  ohra maghrufa mis-Senat ghal dan il-
ghan,
sakemm kandidati li jkollhom grad ta’ Bachelor of Arts in Legal
and Humanistic Studies b’mhux inqas minn Kategorija IIA u
kandidati li jkollhom grad bl-Unuri bit-Tieni Klassi (Taqsima
Inferjuri) jistghu jiddahhlu wkoll izda f’dawn il-kazijiet biss wara
intervista, u jekk il-Bord ikun sodisfatt li l-kandidati jistghu jsegwu
2 L.S.327.114 h
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES
l-Kors b’success. F’kazijiet bhal dawn, il-Bord jista’ jehtieg li l-
kandidati jsegwu programm ta’ studji ta’ thejjija u jghaddu minn
ezami ta’ kwalifika qabel ir-registrazzjoni ghall-kors jew li
jissodisfaw rekwiziti addizzjonali matul il-kors.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors ghandu jinfirex fuq tnax-il xahar ta’ studju full-
time. Izda l-istudenti jistghu jghazlu, bil-permess tal-Bord, li
jistudjaw ghall-Grad fuq bazi part-time, f’liema kaz il-kors ghandu
jinfirex fuq erbgha u ghoxrin xahar ta’ studju part-time.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
6. (1) Il-kors ghandu jkun offrut fil-European Studies fl-
oqsma tal-Politika, l-Ekonomija u l-Ligi kif determinat mill-Bord.
(2) Sabiex itemmu l-kors l-istudenti ghandhom jiksbu mhux
inqas minn 30 kredtu skond dan li gej: 20 kredtu ghal taqsimiet
studju, li jinkludu 8 kredti f’qasam wiehed ta’ studju u 6 kredti
f’kull wahda miz-zewg oqsma ta’ studju l-ohra. L-istudenti
ghandhom ukoll jipprezentaw dissertazzjoni, li ghaliha jigu
moghtija 10 kredti, u li ghandha tkun f’wahda mill-oqsma ta’ studju
maghzula jew ta’ natura interdixxiplinari li tinkludi tnejn jew aktar
minn dawn l-oqsma ta’ studju.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju ghal kull qasam ta’ studju u
tal-kredti assenjati ghal kull taqsima studju ghandu jkun
ippubblikat qabel il-bidu tal-kors.
(4) It-taqsimiet studju fil-Ligi ghandhom ikunu determinati
mill-Bord mil-lista ta’ taqsimiet studju offruti fll-kors tal-Magister
Juris tal-Fakulta  tal-Ligi (fil-Ligi Ewropea u Komparattiva) u
ppublikati fil-katalogu tat-taqsimiet studju qabel il-bidu tal-kors.
(5) Meta jidhlu fil-kors l-istudenti ghandhom ikunu mehtiega
jaghzlu l-oqsma ta’ studju li bi hsiebhom isegwu mill-oqsma ta’
studju offruti kif indikat fis-subregolament (1) u jirregistraw ghal
numru xieraq ta’ taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju maghzula, kif
ikun indikat fil-katalogu tat-taqsimiet studju ppublikat kif mehtieg
fis-subregolament (3).
Il-valutazzjoni u l-
ezamijiet.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
7. (1) Kull taqsima studju ghandha tkun valutata permezz
tax-xoghol matul il-kors u permezz ta’ ezami li jsir fit-tmiem tas-
sena akkademika rilevanti. L-istudenti huma mehtiega jghaddu
mix-xoghol matul il-kors u mill-ezami.
(2) Il-kredti ghal kull taqsima studju ghandhom jinghataw
skond il-gradi li gejjin f’ordni li jibda mill-oghla sa l-inqas mertu:
A, B, C, D. F tindika li Wehel u I tindika li mhux komplet.
(3) Student li jehel f’wiehed jew aktar mill-ezamijiet jew fix-
xoghol ta’ matul il-kors ghandu jithalla jerga’ jaghmel l-ezami jew
jerga’ jaghti x-xoghol ta’ matul il-kors ghat-taqsima jew taqsimiet
studju li jkun wehel fihom darba biss. F’dawn il-kazijiet l-oghla
grad li jista’ jinghata huwa l-grad D. Student li ma jiksibx mill-
anqas 12 il-kredtu fl-ewwel sessjoni ghandu jkun ikkunsidrat illi
wehel u ma ghandux jithalla jkompli l-kors.
(4) Il-marka finali ghal kull taqsima studju ghandha tinghata l-
piz kif gej: 40% ghax-xoghol matul il-kors u 60% ghall-ezami.
Id-dissertazzjoni. 8. (1) Id-dissertazzjoni ghandha tkun element obbligatorju
fil-kors.
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES g L.S.327.114 3
(2) Id-dissertazzjoni ghandha tkun ta’ bejn 25,000 u 30,000
kelma fit-tul fuq suggett propost mill-istudent u approvat mill-
Bord. Ghandha tipprovdi evidenza ta’ ricerka indipendenti u
ghandha tikkostitwixxi kontribut originali ghas-suggett.
(3) L-istudent ghandu jipprezenta proposta bil-miktub dwar is-
suggett tad-disertazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu
tal-kors. Studenti part-time ghandhom jipprezentaw il-proposti
taghhom mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tat-tieni sena tal-
kors.
(4) Malli l-proposta tad-dissertazzjoni tkun approvata l-
istudent ghandu jkun assenjat supervizur li jinhatar mill-Bord.
(5) L-istudent ghandu jissottometti d-dissertazzjoni tieghu
mhux aktar tard minn tlett xhur wara li joqghod ghall-ezamijiet
imsemmija fir-regolament 7. Studenti part-time ghandhom
jissottomettu d-dissertazzjoni taghhom mhux aktar tard minn tlett
xhur wara l-ezamijiet tat-tieni sena tal-kors.
(6) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jaghti lill-istudent
estensjoni tad-data tas-sottomissjoni msemmija fis-subregolament
(5) sa perijodu ta’ tliet xhur.
(7) Id-dissertazzjoni ghandha tkun ezaminata minn Bord ta’ l-
Ezaminaturi mahtur mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(8) L-istudent ghandu jissottometti erba’ kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjara bil-miktub li d-dissertazzjoni hija x-
xoghol tieghu u li tikkonforma mas-subregolament (2).
(9) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu jkun imsejjah mic-
Chairman tieghu biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. L-istudent jista’
jkun mehtieg jaghmel ezami viva voce sabiex jiddefendi d-
dissertazzjoni tieghu.
(10) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Jista’ jitlob lill-istudent li jikkoregiha jew jikteb id-dissertazzjoni
mill-gdid fi zmien stabbilit jew jista’ ma’ jaccettax id-
dissertazzjoni kompletament.
(11) Student li d-dissertazzjoni tieghu ma tigix accettata jew li
t-tibdiliet jew il-kitba mill-gdid ma jkunux meqjusa tajba bizzejjed
jew li ma ssottomettiex id-dissertazzjoni fiz-zmien stabbilit ma
ghandux jinghata l-Grad.
(12) Student li ghandu jaghmel xi tibdiliet fid-dissertazzjoni
skond is-subregolament (10) ghandu, wara li jtemm id-
dissertazzjoni kif mehtieg, jerga’ jissottometti erba’ kopji tad-
dissertazzjoni bil-qxur iebsin lill-Bord ta’ l-Ezaminaturi fi zmien
tmien gimghat minn meta jigi notifikat bit-tibdiliet li ghandhom
isiru.
(13) L-istudenti li jghaddu ghandhom ikunu mehtiega
jissottomettu erba’ kopji tad-dissertazzjoni bi qxur iebsin lic-
Centru ghad-Dokumentazzjoni u Ricerka Ewropea.
Il-klassifikazzjoni 
u l-ghotja tal-Grad.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
9. (1) Ir-rizultat finali ghandu jqis il-livell milhuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni, li ghandhom
jinghataw piz skond l-ghadd ta’ kredti moghtija lilhom, kif indikat
fir-regolament 6(2).
4 L.S.327.114 h
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jghaddu ghandhom ikunu
ppubblikati f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
