KORS GHALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W. g L.S.327.143 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.143
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN SOCIAL WORK - 
P.G.DIP.S.W.
12 ta’ Gunju, 1998
L-AVVIZ LEGALI 156 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviz Legali 180 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors ghall-Postgraduate Diploma in Social Work - P.G. Dip. S.W.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Postgraduate Diploma; u
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Social Work - P.G. Dip. S.W.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw ghall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Ir-rekwiziti ghad-
dhul.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
3. (1) Il-kandidati jistghu jirregistraw ghall-kors jekk
ikollhom ir-rekwiziti li gejjin:
(a) grad ta’ Bachelor of Arts, bil-Psikologija bhala qasam
ta’ studju ewlieni jew sekondarju u s-Socjologija (jew
l-Istudji Socjali) bhala qasam ta’ studju ewlieni jew
sekondarju; sakemm wiehed minn dawn iz-zewg
oqsma ta’ studju jkun qasam ta’ studju ewlieni; jew
(b) grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours), jew l-
ekwivalenti, bis-Socjologija (jew l-Istudji Socjali)
bhala qasam ta’ studju ewlieni jew sekondarju; jew
grad ta’ Bachelor of Psychology bis-Socjologija (jew
l-Istudji Socjali) bhala qasam ta’ studju ewlieni jew
sekondarju; jew
(c) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Socjologija
(jew l-Istudji Socjali) bil-Psikologija bhala qasam ta’
studju ewlieni jew sekondarju matul l-Ewwel Parti tal-
kors; jew
(d) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Social
Administration; u
(e) jissodisfaw il-Bord tal-Valutazzjoni mahtur ghal dan
il-ghan li ghandhom il-kwalitajiet mehtiega ghall-
hidma socjali.
(2) Il-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiziti tas-subregolament (1)
bil-Psikologija bhala qasam ta’ studju sekondarju jew li ghandhom
2 L.S.327.143 h
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W.
grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Social Administration
ghandhom ikunu mehtiega jtemmu b’success iz-zewg taqsimiet
studju li gejjin, jew ohrajn li l-Bord jikkonsidra bhala ekwivalenti:
Counselling I & II jew Helping Skills I & II; u
Psikopatologija I.
(3) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jhalli gradwat fil-
Psikologija li m’ghandux is-Socjologija bhala qasam ta’ studju
ewlieni jew sekondarju li jirregistra ghall-kors, bla hsara ghall-
htiega li jissodisfa rekwiziti addizzjonali matul il-kors.
(4) Il-kandidati li jkollhom kwalifiki ohra kkonsidrati
ekwivalenti ghal dawk elenkati fis-subregolament (1) jistghu, fuq
il-parir tal-Bord, ikunu ezentati minn dawn ir-rekwiziti kollha jew
parti minnhom.
It-tul tal-kors.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
4. (1) Il-kors ghandu jestendi fuq perijodu ta’ tliet semestri
ta’ studju fuq bazi full-time (li jinkludu wkoll ix-xhur tas-sajf ta’
bejniethom).
(2) F’cirkostanzi straordinarji l-Bord jista’ jhalli studenti, ghal
ragunijiet validi u sufficjenti, jestendu l-istudji taghhom b’sena
ohra.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
5. (1) Il-kors ghandu jikkonsisti f’dan li gej:
(a) taqsimiet studju, li ghalihom huma assenjati mhux
inqas minn tnax-il kredtu;
(b) tliet pjazzamenti prattici, li ghalihom huma assenjati
mhux inqas minn ghaxar kredti;
(c) progett jew essay twil, li ghalih huwa assenjat mhux
inqas minn erba’ kredti; u
(d) ezami finali ta’ zewg karti.
(2) L-ewwel pjazzament prattiku normalment ghandu jsir
matul l-ewwel semestru. It-tieni pjazzament prattiku normalment
ghandu jsir matul it-tieni semestru. It-tielet pjazzament prattiku
normalment ghandu jsir l-aktar matul is-sajf.
(3) L-istudenti jkunu mehtiega jirregistraw ghal kull taqsima
studju u pjazzament prattiku li jixtiequ jiehdu. Kredtu ghandu
jinghata fuq il-bazi tal-valutazzjoni tal-progress milhuq fi tmiem l-
istudju u l-assenjamenti mitluba.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bin-numru tal-kredti
assenjati ghal kull taqsima studju, ghandu jkun ippubblikat mill-
Bord qabel il-bidu tal-kors. Taqsima studju tista’ tinkludi, jew
tikkonsisti kollha, pjazzamenti prattici valutati fejn xieraq. L-
istudenti li jiehdu taqsima studju bhal din jistghu jkunu mehtiega
jiktbu rapporti fuq il-pjazzament prattiku. Il-katalogu ghandu
jinkludi wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni ghal kull taqsima studju, u
liema taqsimiet studju huma pre-rekwiziti, obbligatorji jew
ghandhom jittiehdu flimkien.
(5) L-istudenti li jistghu juru li temmew b’success taqsima
studju jew iktar, ekwivalenti ghal dawk li jiffurmaw parti minn dan
il-kors, jistghu japplikaw ghal ezenzjoni, izda l-istudenti
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W. g L.S.327.143 3
m’ghandhomx ikunu ezentati minn iktar minn 20% tal-kredti
mehtiega ghall-kors.
(6) Hlief bil-permess tal-Bord, l-istudenti ma jistghux jiehdu
hlief bil-permess tal-Bord taqsima studju li ghaliha m’ghandhomx
il-pre-rekwiziti jew jiehdu taqsima studju minghajr ma jiehdu
wkoll it-taqsimiet studju li ghandhom jittiehdu flimkien skond kif
avzat.
Il-valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
6. (1) Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond l-iskema ta’
ggradar, f’ordni ta’ mertu mill-oghla sa l-inqas: A, B, C, D, u F,
fejn F tindika li Wehel.
(2) L-istudenti li ma jgibux xi kredtu ghandhom normalment
jithallew jaghzlu riparatorju darba biss. Fil-valutazzjoni mill-gdid,
l-oghla grad li jista’ jinghata huwa D. Jekk jehlu fir-riparatorju,
ghandhom jithallew jirrepetu t-taqsima studju darba biss.
M’ghandux ikun hemm riparatorju meta t-taqsima studju tkun
ripetuta.
(3) L-ezami finali ghandu normalment isir fl-ahhar tal-kors. L-
istudenti li jehlu f’dan l-ezami ghandhom jithallew jaghmlu
riparatorju darba biss.
Eligibbilita  ghall-
Postgraduate 
Diploma.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
7. (1) Il-Postgraduate Diploma ghandha tinghata lil dawk l-
istudenti li:
(a) jiksbu minimu ta’ 26 kredtu, inkluz il-kredti ghat-tliet
pjazzamenti prattici u ghall-progett jew essay twil; u
(b) jghaddu fl-ezami finali.
(2) Il-klassifika finali ghandha tkun ibbazata fuq il-piz kif gej:
Il-kredti, li jinkludu dawk ghall-Pjazzamenti
Prattici u ghall-Progett jew Essay Twil 60%
L-Ezami Finali 40%.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghal-
Postgraduate Diploma ghandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni
alfabetiku kklassifikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
