KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.) g L.S.327.151 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.151
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. 
(HONS.)
21 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIZ LEGALI 204 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours) - B.Psy.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji mahtur ghall-
kors;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad ta’ Bachelor of
Psychology (Honours) - B.Psy. (Hons); u
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours) -
B.Psy. (Hons).
Applikabilita .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eligibbilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikun eligibbli ghall-ghoti tal-Grad, student ghandu:
(a) jirregistra u jtemm b’success il-kors kif preskritt
f’dawn ir-regolamenti;
(b) jghaddi mill-ezamijiet finali; u
(c) jissodisfa r-rekwiziti l-ohra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti ohra ta’ l-Universita .
Rekwiziti ghad-
dhul.
4. (1) L-applikanti ghandhom ikunu:
(a) temmew b’success l-Ewwel Parti tal-kors li jwassal
ghall-grad ta’ Bachelor of Psychology; u
(b) kisbu Grad B jew ahjar fil-valutazzjoni globali tad-29
kredtu obbligatorju fil-Psikologija matul l-Ewwel Parti
tal-kors li jwassal ghall-grad ta’ Bachelor of
Psychology; u
(c) kisbu Grad C+ jew ahjar fil-valutazzjoni globali tas-46
kredtu ta’ l-Ewwel Parti tal-kors li jwassal ghall-grad
ta’ Bachelor of Psychology.
(2) Qabel ma jkunu ammessi fil-kors, l-applikanti ghandhom
jattendu ghall-intervista, li tista’ tinkludi valutazzjoni psikologika,
biex tittestja x-xejriet taghhom biex isegwu l-kors.
(3) L-applikanti ghandhom normalment ikunu mehtiega
jkomplu l-kors immedjatament wara li jiksbu l-kwalifiki msemmija
2 L.S.327.151 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.)
fis-subregolament (1). Huma m’ghandhomx, fl-ebda kaz, ikunu
ammessi fil-kors jekk ikunu ghaddew aktar minn sentejn minn meta
jkunu kisbu dawn il-kwalifiki, hlief f’cirkostanzi specjali bil-
permess tas-Senat.
Tul tal-kors. 5. (1) It-tul tal-kors ghandu jkun ta’ sentejn akkademici ta’
studju fuq bazi full-time.
(2) L-istudenti ghandhom ikunu mehtiega jirregistraw qabel il-
bidu ta’ kull sena akkademika.
(3) Il-Bord jista’ jhalli studenti jtemmu l-kors fi zmien tliet
snin, ghal raguni valida u sufficjenti, u taht dawk il-kondizzjonijiet
li l-Bord jista’ jimponi.
(4) L-istudenti ma jistghux itemmu l-kors qabel sentejn jew
aktar tard minn tliet snin mid-data ta’ l-ewwel dhul fil-kors, hlief
bil-permess tas-Senat.
L-istruttura tal-
kors.
6. (1) Il-kors ghandu jikkonsisti fl-erba’ moduli li gejjin:
Modulu Obbligatorju;
Modulu A (qasam ta’ specjalizzazzjoni clinical/
counselling psychology);
Modulu B (qasam ta’ specjalizzazzjoni educational
psychology);
Modulu C (qasam ta’ specjalizzazzjoni social/
organisational psychology).
(2) Fl-ewwel sena tal-kors l-istudenti jkunu mehtiega
jirregistraw ghal taqsimiet studju maghzula mill-Moduli A, B, u C
imnizzla fis-subregolament (1).
(3) Fit-tieni sena tal-kors l-istudenti jkunu mehtiega
jirregistraw ghal taqsimiet studju maghzula minn tnejn mill-Moduli
A, B u C imnizzla fis-subregolament (1). Huma ghandhom
jindikaw iz-zewg oqsma ta’ specjalizzazzjoni maghzula meta
japplikaw biex jidhlu fil-kors.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati ghal kull
taqsima studju, ghandu jkun approvat mis-Senat u ppubblikat mill-
Bord ta’ l-Istudji qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
Il-kors ta’ l-istudji. 7. (1) Il-kors ghandu jikkonsisti f’taqsimiet studju u
dissertazzjoni li ghalihom mhux anqas minn 43 kredtu huma
assenjati.
(2) Biex itemmu l-kors u jithallew joqoghdu ghall-ezamijiet
finali, l-istudenti huma mehtiega jiksbu dawn li gejjin:
(a) mill-anqas 32 kredtu fil-Psikologija (li jinkludu l-
kredti ghall-pjazzament/i prattici);
(b) 5 kredti fil-qasam ta’ studju sussidjarju maghzul fl-
Ewwel Parti tal-kors li jwassal ghall-grad ta’ Bachelor
of Psychology;
(c) 5 kredti ghad-dissertazzjoni; u
(d) kredtu fakultattiv.
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.) g L.S.327.151 3
Valutazzjoni u 
ezamijiet finali.
8. (1) Matul il-kors, l-istudenti ghandhom jinghataw
assenjamenti (li jinkludu testijiet bil-miktub u/jew orali) u
pjazzamenti prattici li ghandhom ikunu valutati. Huma jkunu
mehtiega wkoll itemmu b’success id-dissertazzjoni u jghaddu mill-
ezamijiet finali.
(2) Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond l-iskema ta’ l-
iggradar ta’ l-Universita  f’ordni ta’ mertu li jibda mill-oghla grad:
A+, A, B+, B, C+, C, D+, D u F, fejn F tindika li wehel.
(3) L-istudenti li ma jiksbux xi kredtu ghandhom jithallew
jaghmlu riparatorju darba biss. L-oghla grad li jista’ jinghata huwa
l-grad D.
(4) Jekk l-istudenti jehlu fir-riparatorju, huma jistghu jithallew
jirrepetu dik it-taqsima studju darba ohra matul is-sena akkademika
li tkun tmiss. Jekk jghaddu fil-valutazzjoni mill-gdid l-oghla grad li
jista’ jinghata huwa l-grad D.
(5) L-istudenti li ma jiksbux 23 kredtu matul l-ewwel sena
akkademika jew 18-il kredtu matul it-tieni sena akkademika tal-
kors ghandhom japplikaw lill-Bord ghal permess biex jestendu l-
istudji taghhom b’sena skond it-termini tar-regolament 5(3).
(6) Student jista’ jithalla jirrepeti sena wahda biss matul il-
kors kollu, hlief f’cirkostanzi specjali bil-permess tas-Senat.
(7) Student jehtieg joqghod ghall-ezamijiet finali fit-tmiem
tal-kors ta’ l-istudji kif indikat fir-regolament 7(2).
(8) L-ezamijiet finali ghandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Gunju, u ghandhom jikkonsistu f’hames karti fil-
Psikologija. Il-karti ghandhom ikunu mmarkati skond l-iskema ta’
l-iggradar kif indikata fis-subregolament (2). Jista’ jsir ukoll ezami
viva voce.
(9) Biex jghaddu mill-ezamijiet finali l-istudenti ghandhom
jghaddu f’kull wahda mill-hames karti.
(10) L-istudenti li jehlu f’xi wahda jew aktar mill-hames karti
jista’ jkollhom riparatorju fil-karta jew fil-karti li wehlu fiha/fihom
darba biss.
(11) L-oghla grad li jista’ jinghata matul sessjoni riparatorja ta’
l-ezamijiet finali huwa l-grad D.
Dissertazzjoni.
miktub, normalment ta’ mhux aktar minn 18,000-il kelma, fuq
suggett propost minnhom u approvat mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) It-titolu propost u l-pjan tad-dissertazzjoni ghandhom
ikunu sottomessi ghall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux
aktar tard minn tmiem l-ewwel sena.
(3) L-istudenti huma mehtiega jtemmu d-dissertazzjoni taht
supervizjoni tutorjali.
(4) L-istudenti li d-dissertazzjoni taghhom tinstab mhux
sodisfacenti jistghu jithallew mill-Bord ta’ l-Istudji, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi, jergghu
jissottomettuha f’forma riveduta fi zmien kif avzat mill-Bord ta’ l-
Istudji. F’dawn il-kazijiet, l-oghla grad li jista’ jinghata huwa l-
4 L.S.327.151 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.)
grad D.
(5) L-istudenti li d-dissertazzjoni taghhom ma tkunx approvata
jew li ma jissottomettux id-dissertazzjoni fiz-zmien mitlub, ma
jithallewx joqoghdu ghall-ezamijiet finali.
Rizultati finali. 10. (1) Il-valutazzjoni globali ta’ l-istudenti ghandha
tikkonsidra l-gradi miksuba fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni
mitluba taht ir-regolament 7(2) u l-livell milhuq minnhom fl-
ezamijiet finali.
(2) L-ezamijiet finali ghandhom ikollhom il-piz ta’ 50 fil-mija
fl-iggradar tar-rizultati finali. Il-50 fil-mija l-ohra ghandhom ikunu
kkalkolati fuq il-bazi tal-medja globali tal-kredti msemmija fir-
regolament 7(2).
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-ghoti tal-
Grad ghandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
mqassma kif gej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(4) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jaghti grad b’Pass (minghajr
Unuri) lill-istudenti li jtemmu b’success ir-rekwiziti kollha
stabbiliti fir-regolament 7(2) izda jehlu bi ftit fid-dissertazzjoni u/
jew fl-ezamijiet finali.
