KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. g L.S.327.175 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.175
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
3 ta’ Settembru, 1999
L-AVVIZ LEGALI 152 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviz Legali 302 ta’ l-
2002.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Master of Arts - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Arti;
"il-Fakulta " tfisser il-Fakulta  ta’ l-Arti;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A.; u
"il-kors" ifisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal ghall-Grad ta’
Master of Arts - M.A.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 302 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw ghall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eligibbilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikunu eligibbli ghall-ghoti tal-Grad, l-istudenti
ghandhom:
(a) ikunu rregistrati bhala studenti regolari skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita  u jissodisfaw
ir-Rekwiziti ghad-Dhul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji xieraq, jiksbu l-kredti kollha
mehtiega, jghaddu mid-dissertazzjoni u jissodisfaw xi
rekwiziti ohra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(c) jissodisfaw xi rekwiziti ohra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti ohra ta’ l-
Universita .
Rekwiziti ghad-
dhul.
4. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, il-kors
ikun miftuh ghal applikanti li ghandhom wahda mill-kwaliflki li
gejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) -
bi klassifikazzjoni ta’ l-Ewwel Klassi bl-Unuri jew it-
Tieni Klassi bl-Unuri f’qasam ta’ studju rilevanti; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - b’mill-anqas Grad
B fl-istess qasam ewlieni ta’ studju bhal dak maghzul
ghall-kors jew f’qasam ta’ studju meqjus mill-Bord
rilevanti ghal dak maghzul ghall-kors; jew
(c) grad minn l-Universita  ta’ Malta jew minn universita
ohra li l-Bord iqis bhala komparabbli ghal xi wiehed
mill-gradi ndikati fil-paragrafi (a) u (b) ta’ dan ir-
regolament.
2 L.S.327.175 h
KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
Il-kors 
preparatorju.
5. (1) L-applikanti ghar-registrazzjoni taht ir-regolament 4(b)
u (c) huma mehtiega, barra li jissodisfaw xi kondizzjonijiet specjali
mitluba mill-Bord, li jsegwu kors preparatorju li jinfirex fuq sena
ta’ studju fuq bazi full-time jew l-ekwivalenti taghha fi studju fuq
bazi part-time u li jghaddu ezami ta’ kwalifika fil-livell ta’ mill-
anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri. L-ezami ta’ kwalifika ghandu
normalment ikun bhall-ezami sinottiku tal-kors ghall-Bachelor of
Arts (Honours) fil-qasam ta’ studju koncernat jew bhal parti minnu.
(2) Matul il-kors preparatorju l-istudenti ghandhom
jirregistraw ghal ghadd ta’ taqsimiet studju li ghalihom total ta’
mhux anqas minn ghoxrin u mhux aktar minn hamsa u ghoxrin
kredtu huma assenjati. Fid-diskrezzjoni tad-dipartiment
ikkoncernat, l-ghadd ta’ kredti mehtieg jista’ jinkludi dissertazzjoni
li ghaliha seba’ kredti huma assenjati.
(3) Fit-tmiem tal-kors preparatorju, l-istudenti ghandhom
joqoghdu ghall-ezami sinottiku li ghandu jikkonsisti f’zewg karti
ta’ tliet sighat-il wahda.
(4) Ir-rizultat finali ghandu jqis il-livell ta’ l-istudenti fit-
taqsimiet studju u fl-ezami sinottiku skond il-piz kif gej:
Taqsimiet studju  50%
Ezami sinottiku  50%.
(5) Ir-rizultat finali ta’ l-istudenti kollha jkun ippublikat f’lista
f’ordni alfabetiku u juri I-ismijiet ta’ l-istudenti li ghaddew u li
wehlu.
Ir-registrazzjoni 
ghall-kors.
Sostitwit:
A.L. 302 ta’ l-
2002.
6. (1) L-applikanti li jixtiequ jirregistraw ghall-kors jew
ghall-kors preparatorju ghandhom japplikaw fuq il-formola
preskritta u fiz-zmien specifikat mill-Ufficcju tar-Registratur. L-
applikazzjonijiet ghall-kors ghandhom jinkludu dan li gej:
(a) it-titolu propost tad-dissertazzjoni;
(b) proposta ta’ ricerka dettaljata, normalment ta’ madwar
500 kelma;
(c) dikjarazzjoni dwar jekk l-istudju se jsir fuq bazi full-
time jew part-time, u, jekk part-time, l-ghadd ta’
sighat li se jkunu dedikati ghal dan ix-xoghol ta’
ricerka;
(d) l-isem ta’ membru tal-korp akkademiku ta’ l-
Universita  li qabel li jaghmilha ta’ supervizur wara li
l-applikant ikun ikkonsulta mal-kap tad-dipartiment.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 4, l-
applikazzjoni tkun accettata biss jekk il-Bord, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-kap tad-dipartiment jew tal-koordinatur tad-
divizjoni, wara konsultazzjoni mal-membri tad-dipartiment jew
mal-Bord ta’ l-Istudji, ikun sodisfatt li s-suggett tar-ricerka huwa
accettabbli, u li l-istudent huwa f’posizzjoni li jsegwi studji
postgraduate fil-linja ta’ studju u ricerka li qed jipproponi.
L-istruttura tal-
kors.
7. (1) Il-kors huwa offrut f’oqsma ta’ studju fejn il-Fakulta
tista’ tipprovdi gwida esperta u supervizjoni. Il-Bord ghandu
jindika liema oqsma ta’ studju jistghu jittiehdu permezz tar-ricerka
KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. g L.S.327.175 3
biss u liema permezz tar-ricerka u taqsimiet studju mghallma qabel
il-bidu ta’ kull kors. Huwa ghandu jindika wkoll l-oqsma ta’ studju
offruti fil-korsijiet fuq bazi full-time u f’dawk fuq bazi part-time.
(2) Il-kors ghandu jikkonsisti f’komponenti li ghalihom mhux
anqas minn 30 kredtu huma assenjati. Il-komponenti huma:
(a) ricerka u l-kitba ta’ dissertazzjoni li ghalihom 28
kredtu huma assenjati, u taqsimiet studju li ghalihom 2
kredti huma assenjati; jew
(b) ghadd ta’ taqsimiet studju li ghalihom mhux anqas
minn 16-il kredtu huma assenjati, u ricerka u l-kitba
ta’ dissertazzjoni li ghalihom mhux anqas minn 14-il
kredtu huma assenjati.
It-tul tal-kors.
il xahar u mhux aktar minn tmintax-il xahar ta’ studju fuq bazi full-
time jew l-ekwivalenti tieghu fi studju fuq bazi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jhalli lill-istudenti jtawlu l-istudji taghhom
b’mhux aktar minn sitt xhur.
(3) L-istudenti kollha, kemm jekk fuq bazi full-time kemm
jekk fuq bazi part-time, ghandhom jirregistraw fil-bidu ta’ kull
sena akkademika.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord ghandu jhejji programm ta’ studji ghall-kors u
ghandu jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu ghandu
jindika l-kodici, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima
studju, il-kredti assenjati ghal kull taqsima studju, liema taqsimiet
studju huma obbligatorji, liema ghandhom jittiehdu flimkien jew
ghandhom jittiehdu qabel taqsimiet studju ohra, u l-metodi ta’
taghlim u valutazzjoni. Il-Bord ghandu jippublika l-katalogu ghall-
kors qabel jibda, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
10. (1) It-taqsimiet studju huma valutati permezz ta’ xoghol
matul il-kors u ezamijiet li jsiru fit-tmiem tas-semestru meta saru.
(2) Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond il-gradi li gejjin
li jibdew mill-oghla grad: A, B, C, u D. F tindika li wiehed wehel.
Xoghol inkomplut ghal ragunijiet gustifikati (mard, assenza
approvata, ecc.) ghandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-kazijiet l-ohra
kollha r-rizultati ta’ taqsimiet studju inkompluti ghandhom jidhru
bhala F. Il-gradi moghtija ghandhom iqisu l-livell milhuq mill-
istudenti f’wiehed jew aktar mill-elementi li gejjin, kif il-Bord iqis
xieraq: xoghol matul il-kors, hidma fuq il-post, ricerka, u
valutazzjonijiet prattici, bil-miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jehlu f’xi taqsima studju ghandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni ghandu jintuza ghal valutazzjonijiet supplimentari.
Valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju ghandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-ezamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-kaz.
Fil-kaz ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari ghandha ssir
bi ftehim mal-lettur ikkoncernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-
oghla grad li jista’jinghata huwa l-grad D.
(4) Jekk jehlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti ma
jistghux ikomplu l-kors, hlief f’cirkostanzi specjali u bil-permess
4 L.S.327.175 h
KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
tas-Senat.
(5) Jekk il-kredtu ghal taqsima studju jkun gie moghti, l-
istudenti ma ghandhomx jergghu jigu valutati mill-gdid ghaliha.
Id-dissertazzjoni. 11. (1) L-istudenti li jirregistraw ghall-kors mghallem
ghandhom jissottomettu t-titolu u proposta ta’ ricerka ghad-
dissertazzjoni ghall-approvazzjoni tal-Bord fi zmien erba’ xhur
mir-registrazzjoni taghhom ghall-kors. L-istudenti li jirregistraw
ghall-kors bir-ricerka ghandhom jissottomettu t-titolu u proposta
ta’ ricerka ghad-dissertazzjoni mar-registrazzjoni taghhom. Fiz-
zewg kazijiet, il-proposta ta’ ricerka ghandha tkun dettaljata kemm
jista’ jkun biex il-Bord ikun jista’ jqis il-validita  taghha sewwa.
(2) Id-dissertazzjonijiet ghandhom ikunu jew rekord ta’
xoghol originali jew espressjoni ordinata u kritika ta’ data ezistenti
dwar suggett partikolari, u ghandha tissodisfa lid-Dipartiment
koncernat dwar il-lingwa u l-prezentazzjoni letterarja.
(3) Il-Bord ghandu jistabbilixxi t-tul tad-dissertazzjoni f’kull
qasam ta’ studju skond l-ghadd ta’ kredti assenjati lilha.
(4) L-ebda dissertazzjoni ma tkun milqugha jekk tkun identika
fis-sustanza ghal dissertazzjoni diga  sottomessa ghal grad ta’ l-
Universita  ta’ Malta jew ta’ universita  ohra. Izda, l-istudenti ma
jinzammux milli jinkorporaw xoghol ghal dissertazzjoni li sar
qabel li jista’ jkun mehtieg ghall-prezentazzjoni u ghal ftehim isheh
ta’ l-espozizzjoni taghhom, basta li x-xehta u l-medda tax-xoghol
inkorporat ikunu ndikati bic-car fid-dissertazzjoni stess.
(5) Il-Bord ghandu jahtar supervizur ghal kull student. L-
istudenti ghandhom jirrapporataw ghand is-supervizuri taghhom
mill-anqas darba kull xahrejn u, barra minn hekk, kemm-il darba s-
supervizuri jidhrilhom li hemm bzonn. Is-supervizuri jistghu
jirreferu lill-Bord studenti li jqisu li x-xoghol taghhom mhux
sodisfacenti u ghandhom jirreferu ghall-approvazzjoni tal-Bord xi
tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontentut tad-dissertazzjoni. L-
ebda dissertazzjoni m’ghandha tkun sottomessa lill-Bord ta’ l-
Ezaminaturi minghajr certifikat, iffirmat mis-supervizur, li
jikkonferma l-originalita  tax-xoghol u l-qbil ma’ dawn ir-
regolamenti.
(6) L-istudenti ghandhom jaghmlu ezami viva voce dwar id-
dissertazzjoni taghhom u dwar il-qasam generali ta’ taghrif li taqa’
fih. L-ezaminatur barrani m’ghandux ghalfejn ikun prezenti ghall-
ezami viva voce.
Sottomossjoni 
mill-gdid tad-
dissertazzjoni.
12. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi il-
Bord jista’ jhalli lill-istudenti li d-dissertazzjoni taghhom tinstab
mhux sodisfacenti jergghu jissottomettuha f’ghamla riveduta fi
zmien perijodu ta’ mhux anqas minn sitt xhur u mhux aktar minn
tmintax-il xahar mill-jum li fih tkun intbaghtitilhom lura.
Il-format u l-
prezentazzjoni.
13. (1) Id-dissertazzjonijiet ghandhom iharsu l-
ispecifikazzjonijiet li gejjin:
(a) Id-daqs tal-karta: id-Daqs Standard Internazzjonali A4
(29.7 cm x 21 cm);
(b) Ittajpjar: Spazju doppju ghat-test ewlieni. Spazju
KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. g L.S.327.175 5
singlu ghan-noti. L-ispazju singlu jista’ jintuza wkoll
ghal kwotazzjonijiet twal fit-test ewlieni. Margni fuq
ix-xellug ta’ 3.5 cm, Margni ta’ fuq u fuq il-lemin ta’
1.5 cm. Margni ta’ fuq ta’ 5 cm jithalla fuq l-ewwel
pagna ta’ kull divizjoni, i.e. taqsimiet, bibljografija,
ecc. In-nota/i ghandhom jidhru fil-qiegh tal-pagna
rilevanti jew wara kull taqsima;
(c) Il-paginar: It-test ewlieni, inkluzi d-dahla (jekk ikun
hemm), il-bibljografija, u xi appendici tad-
dissertazzjoni ghandhom ikunu b’numri gharab; il-
pagna tat-titolu, id-dedika (jekk ikun hemm), il-
prefazju, ir-rikonoxximenti, il-werrej, ecc, li jigu qabel
it-test ewlieni, ghandhom ikunu b’numri Rumani;
(d) Il-legatura: Ghandhom ikunu pprezentati tliet kopji
tad-dissertazzjoni. Wara li d-dissertazzjoni tkun difiza
b’success, zewg kopji tad-dissertazzjoni mhux illegati,
kif approvati mill-Bord ta’ l-Ezaminaturi, ghandhom
ikunu mehjuta u llegati kif gej:
bi drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxra iebsa u bil-
karti tat-tarf ta’ kwalita  tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun
bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li ghalih id-dissertazzjoni giet
sottomessa; u
(iv) is-sena meta giet sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, ecc.,
ghandhom ikunu llegati mad-dissertazzjoni, izda jekk
dan ma jkunx possibbli ghandhom ikunu pprezentati
ghalihom f’folders jew f’volumi specjali u nnumerati.
(e) Kopja llegata ghandha titqieghed fil-Librerija ta’ l-
Universita  u t-tieni kopja llegata ghandha titqieghed
fid-Dipartiment koncernat; u
(f) It-tifsila tal-pagna tat-titolu: It-titolu tad-dissertazzjoni
u s-sotto-titolu (jekk ikun hemm), u warajh l-isem ta’
l-istudent, is-suggett, u d-data ta’ meta giet
sottomessa, ez. "Dissertazzjoni pprezentata lill-
Fakulta  ta’ l-Arti fl-Universita  ta’ Malta ghall-grad ta’
Master of Arts fil- (is-suggett, ez. l-Istorja)", imbaghad
ix-xahar u s-sena ta’ meta giet sottomessa.
(2) Id-dissertazzjoni ghandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata
mill-istudenti li hija x-xoghol originali taghhom.
Il-Bordijiet ta’ l-
Ezaminaturi.
14. (1) Kull dissertazzjoni ghandha tigi ezaminata minn Bord
ta’ l-Ezaminaturi maghmul mill-anqas minn tliet membri, li wiehed
minnhom normalment ghandu jkun ezaminatur barrani minn
universita  ohra. Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghal xi karti bil-miktub
jista’ jkun differenti minn dak maghzul ghad-dissertazzjoni.
Ir-rizultati finali.
ricerka ghandu jqis il-merti tad-dissertazzjoni taghhom.
6 L.S.327.175 h
KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
(2) Ir-rizultat finali ta’ l-istudenti li jsegwu l-kors bit-taqsimiet
studju u r-ricerka ghandu jqis il-komponenti kollha tal-kors li
ghandhom jinghataw il-piz skond l-ghadd ta’ kredti assenjati ghal
kull komponent.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-ghoti tal-
Grad ghandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordini alfabetiku
kklassifikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
