KORS GHALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. g L.S.327.210 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.210
REGOLAMENTI TAL-KORS
GHALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE IN 
EDUCATION - P.G.C.E.
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIZ LEGALI 279 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Postgraduate Certificate in Education - P.G.C.E.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ Studji" tfisser il-Bord ta’ Studji mahtur mis-Senat
ghall-kors;
"ic-Certifikat" tfisser il-Postgraduate Certificate in Education -
P.G.C.E.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal ghall-Postgraduate
Certificate in Education - P.G.C.E.
L-Applikabilita .
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
L-Eligibilita ’ ghac-
Certifikat.
3. Biex ikunu eligibbli ghall-ghoti tac-Certifikat, l-istudenti
ghandhom:
(a) ikunu rregistrati bhala studenti regolari skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita  u jissodisfaw
ir-rekwiziti ghad-dhul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 10(1) u jissodisfaw ir-rekwiziti
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(c) jissodisfaw xi rekwzziti ohra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti ohra ta’ l-
Universita .
Ir-rekwiziti ghad-
dhul.
4. (1) L-applikanti ghandhom japplikaw biex jirregistraw
ghall-kors fuq il-formola preskritta u fiz-zmien specifikat mill-
Ufficcju tar-Registratur.
(2) Il-Bord ghandu jhabbar l-oqsma ta’ specjalizzazzjoni
offruti kif approvati mis-Senat, li normalment ikunu s-suggetti
mghallma fil-kurrikulu tal-livell sekondarju, qabel il-bidu ta’ kull
kors. L-oqsma ta’ specjalizzazjoni jigu offruti skond ir-rizorsi li
jkun hemm u n-numru ta’ applikanti li jaghzluhom. L-applikanti
ghandhom jindikaw il-qasam ta’ specjalizzazzjoni li jixtiequ bhala
l-qasam ta’ taghlim taghhom meta japplikaw.
(3) Biex ikunu rregistrati bhala studenti regolari fil-kors, l-
applikanti ghandu jkollhom:
(a) jew grad bl-Unuri, jew grad ordinarju b’ta’ l-anqas
Kategorija II, fiz-zewg kazijiet b’minimu ta’ 30 kredtu
2 L.S.327.210 h
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E.
fil-qasam ta’ specjalizzazzjoni maghzul bhala l-qasam
ta’ taghlim; u
(b) ghall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2002 jew wara, il-
European Computer Driving License; jew
(c) kwalifiki ohra li l-Bord jikkunsidra ekwivalenti ghal
dawk mitluba fil-pargrafi (a) u (b) miksuba mill-
Universita , jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-
Senat ghal dan il-ghan.
(4) L-applikanti ghandhom jissodisfaw lill-Bord li ghandhom
id-disposizzjoni necessarja u jistghu jkunu mitluba jattendu ghal
intervista ghal dan il-ghan.
(5) Barra mill-kwalifiki mitluba fis-subregolament (3), l-
applikanti li jaghzlu l-oqsma ta’ specjalizzazzjoni li gejjin ghandu
jkollhom ukoll kredti fl-oqsma ta’ studju indikati jew f’oqsma ta’
studju ohra kif approvat mill-Bord ta’ l-Istudji:
(a) ghall-Business Studies: minimu ta’ 15-il kredtu fil-
livell ta’ l-ewwel grad f’kull wahda minn zewg oqsma
ta’ studju li gejjin: Accountancy, l-Ekonomija,
Banking and Finance, u Management;
(b) ghall-Computing and Information Technology: minimu
ta’ 30 kredtu fil-livell ta’ l-ewwel grad fil-Computer
Science Information Systems u Computer/
Communications Engineering, li ghandhom jinkludu
taqsimiet studju fl-oqsma li gejjin li huma mehtiega
biex jghallmu s-suggett, fl-iskejjel sekondarji: il-
Programming f’livell ghola minn dak introduttorju fil-
Pascal, C jew (C++) jew Java, Computer Logic,
Computer Architecture and Assembly Language
Programming, Database Management Systems,
Systems Analysis and Design, Data Structures and
Algorithms, Compiling Techniques, u Operating
Systems;
(c) ghall-Personal and Social Education: minimu ta’ 15-il
kredtu fil-livell ta’ l-ewwel grad jew fil-Filosofija jew
fis-Socjologija jew fil-Psikologija Socjali jew fi tnejn
minn dawn l-oqsma;
(d) ghas-Science: minimu ta’ 15-il kredtu fil-livell ta’ l-
ewwel grad f’kull wahda miz-zewg oqsma ta’ studju li
gejjin: il-Biologija, il-Kimika, il-Fizika, u l-
Matematika;
(e) ghas-Social Studies:
jew (i) l-ewwel grad b’minimu ta’ 30 kredtu
f’wiehed mill-oqsma ta’ studju li gejjin: l-
International Relations, il-Public Policy, jew is-
Socjologija;
jew (ii) minimu ta’ 30 kredtu fil-livell ta’ l-
ewwel grad jew l-ekwivalenti fi tnejn mill-
oqsma ta’ studju li gejjin: l-Antropologija,
Communication Studies, l-Ekonomija, l-Istorja,
Human Geography, ix-Xjenza Politika, il-
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. g L.S.327.210 3
Filosofija Socjali jew il-Psikologija Socjali jew
f’xi qasam iehor ikkunsidrat relatat mill-Bord
ta’ l-Istudji; u
(f) ghat-Technical Subjects: l-ewwel grad b’minimu ta’
30 kredtu fi tnejn mill-oqsma ta’ studju li gejjin:
Electrical Engineering, Electronics, Mechanical
Engineering, jew f’xi qasam iehor ikkunsidrat relatat
mill-Bord ta’ l-Istudji.
Il-kors ta’ l-istudji.
Bord jista’ jhalli lill-istudenti jtawwlu z-zmien ta’ l-istudji
taghhom b’mhux aktar minn sena ohra.
(2) Il-kors ghandu jkun maghmul mill-komponenti li gejjin li
ghalihom huma assenjati 30 kredtu:
(a) taqsimiet studju li ghalihom huma assenjati 15-il
kredtu fl-oqsma ta’ studju li gejjin:
Foundation Studies in Education (including
Educational Psychology, Philosophy of
Education, Sociology of Education, and an
Options Programme)
Pedagogy and Curriculum Studies
Resources and Information and Communication
Technology in Education (RICTE);
(b) kredtu ghal kull wahda mill-erba’ karti ta’ l-ezamijiet
fl-Educational Psychology, Philosophy of Education,
Sociologv of Education, u Pedagogy and Curriculum
Studies;
(c) l-esperjenza fl-iskola (2 kredti) u l-esperjenza ta’
taghlim (5 kredti); u
(d) l-essay twil/progett (4 kredti).
(3) Il-Bord jistipula liema suggett fil-qasam tal-Pedagogy and
Curriculum Studies u liema taqsimiet studju l-istudenti ghandhom
jiehdu sabiex itemmu l-programm tal-kors xieraq. It-taqsimiet
studju li ghandhom jittiehdu f’kull kaz ghandhom ikunu
determinati mill-Bord ta’ l-Istudji qabel il-bidu tal-kors.
L-esperjenza fl-
iskola.
6. (1) L-istudenti ghandhom jaghmlu tliet perijodi ta’
esperjenza fl-iskola matul il-kors sabiex isiru midhla mad-dinja ta’
l-iskola u tal-klassi.
(2) L-esperjenza fl-iskola tkun valutata skond l-iskema ta’ l-
iggradar indikata fir-regolament 10(2).
Esperjenza ta’ 
taghlim.
7. (1) L-istudenti ghandhom jaghmlu zewg perjodi ta’ sitt
gimghat-il wiehed ta’ esperjenza ta’ taghlim fi skejjel sekondarji
matul il-kors sabiex jiksbu esperjenza fil-klassi.
(2) L-esperjenza ta’ taghlim tkun valutata fuq bazi ta’ Ghadda/
Wehel.
L-essay twil/
progett.
8. (1) L-istudenti ghandhom jissottomettu essay twil li
ghandu jiffoka fuq problema jew issue edukattiva jew fil-qasam tal-
Foundation Studies in Education jew fil-Pedagogy and Curriculum
Studies, jew progett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti mill-
4 L.S.327.210 h
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E.
Bord ta’ l-Istudji. L-essay twil ghandu jkun ta’ mhux aktar minn
8000 kelma (eskluzi l-appendici) jew mhux anqas minn 12000
kelma jekk miktub minn aktar minn persuna wahda.
(2) L-essay twil/progett ghandu jkun valutat skond l-iskema
ta’ l-iggradar indikata fir-regolament 10(2). L-istudenti jistghu
jkunu mitluba jattendu ghal ezami viva voce.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord ghandu jhejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu ghandu jindika l-kodici, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati ghal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema ghandhom jittiehdu
flimkien jew huma mehtiega jittiehdu qabel taqsimiet studju ohra, u
l-metodi ta’ taghlim u valutazzjoni. Il-Bord ghandu jippubblika l-
katalogu ghall-kors qabel il-bidu tieghu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-valutazzjoni. 10. (1) L-istudenti jissodisfaw ir-rekviziti ghall-ghoti tac-
Certifikat jekk jiksbu:
(a) 14-il kredtu ghal taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju
indikati fir-regolament 5(2)(a), li jinkludu dawk
assenjati ghat-taqsimiet studju obbligatorji;
(b) 4 kredti ghal erba’ karti ta’ l-ezamijiet (kredtu kull
wahda) fl-oqsma ta’ studju indikati fir-regolament
5(2)(b);
(c) iz-2 kredti assenjati ghall-esperjenza fl-iskola u l-5
kredti assenjati ghat-teaching practice; u
(d) l-4 kredti assenjati ghall-essay twil/progett.
(2) Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond il-gradi li gejjin
li jibdew mill-oghla grad: :A, B, C, D. F tindika li wiehed wehel.
Xoghol mhux komplut ghal ragunijiet gustifikati (mard, assenza
approvata, ecc.) ghandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-kazijiet l-ohra
kollha r-rizultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmunia ghandhom
jidhru bhala F. Il-gradi moghtija ghandhom iqisu l-livell milhuq
mill-istudenti f’wiehed jew aktar mill-elementi li gejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: xoghol matul il-kors, u valutazzjonijiet prattici, bil-
miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jehlu f’xi taqsima studju ghandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari darba biss. Il-valutazzjonijiet
supplimentari ghandhom isiru bi ftehim mal-lettur ikkoncernat. Fil-
valutazzjonijiet supplimentari, l-oghla grad li jista’ jinghata huwa
l-grad D.
(4) L-istudenti li jehlu fl-esperjenza fl-iskola jew fl-esperjenza
ta’ taghlim ikunu mehtiega jirrepetuhom darba wahda biss meta
jkun possibbli. L-istudenti li jehlu fl-essay twil/progett ikunu
mitluba jergghu jissottomettuh darba biss waqt sena addizzjonali
ta’ studji.
(5) L-istudenti li jehlu f’xi karta ta’ l-ezami ghandu jkollhom
ezami supplimentari darba biss. L-ezamijiet supplimentari
ghandhom isiru f’Settembru. Fl-ezamijiet supplimentari, l-oghla
grad li jista’ jinghata huwa l-grad D.
(6) L-istudenti li jehlu mill-kors ma jithallewx jirregistraw
KORS GHALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. g L.S.327.210 5
ghalih ghat-tieni darba.
L-ghoti tac-
Certifikat.
11. (1) L-istudenti li jissodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni kif
stipulati fir-regolament 10(1) ikunu eligibbli ghall-ghoti tac-
Certifikat.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jghaddu ghandhom ikunu
ippubblikati f’lista f’ordni alfabetiku.
