KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING g L.S.327.221 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.221
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN ROAD 
ENGINEERING
11 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIZ LEGALI 305 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Road
Engineering.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rahta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Arkitettura u l-
Inginerija Civili;
"il-Fakulta " tfisser il-Fakulta  ta’ l-Arkitettura u l-Inginerija
Civili;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Road
Engineering; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal ghall-Grad ta’
Master of Science - M.Sc. - in Road Engineering.
Applikabilita .
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eligibilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikunu eligibbli ghall-ghoti tal-Grad, l-istudenti
ghandhom:
(a) ikunu rregistrati bhala studenti regolari skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita  u jissodisfaw
ir-rekwiziti ghad-dhul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji xieraq, jiksbu 1-kredti
kollha indikati fir-regolament 7, jghaddu mid-
dissertazzjoni u jissodisfaw xi rekwiziti ohra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(c) jissodisfaw xi rekwiziti ohra prcskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti ohra ta’ l-
Universita .
Ir-rekwiziti ghad-
dhul.
4. (1) Il-kors ghandu jkun miftuh ghall-applikanti li
ghandhom wahda mill-kwalifiki li gejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecture
(Honours) bl-Ewwel Klassi bl-Unuri jew bit-Tieni
Klassi bl-Unuri, fil-qasam ta’ l-Inginerija b’Road
Design and Construction bhala wiehed mis-suggetti;
jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecturc
(Honours) bl-Ewwel Klassi bl-Unuri jew bit-Tieni
Klassi bl-Unuri, fil-qasam ta’ l-Inginerija jew grad fl-
Inginerija Civili minn l-Universita  ta’ Malta jew minn
2 L.S.327.221 h
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING
universita  ohra u li jistghu juru lill-Bord li ghandhom
gharfien adegwat u/jew esperjenza fir-Road Design
and Construction sabiex isegwu l-kors b’success.
(2) L-ghadd ta’ studenti li jistghu jidhlu fil-kors ghandu jkun
limitat ghal ghoxrin (20) kandidat nominati mid-Dipartiment tat-
Toroq tal-Gvern ta’ Malta u kkunsidrati eligibbli ghall-kors mill-
Universita  skond dawn ir-regolamenti.
Ir-Registrazzjoni 
ghall-kors.
5. (1) L-applikanti li jixtiequ jirregistraw ghall-kors
ghandhom japplikaw fuq il-formola preskritta u fiz-zmien
specifikat mill-Ufficcju tar-Registratur.
(2) L-applikanti ghandhom jindikaw it-titolu provvizorju tad-
dissertazzjoni u ghandhom jinkludu dikjarazzjoni minghand il-Kap
tad-Dipartiment tal-Bini u l-Inginerija Civili li tghid li huma
ghandhom it-tahrig, l-gharfien u l-kapacitajiet mehtiega ghal-linja
ta’ studju u ricerka proposta.
L-istruttura tal-
kors.
6. Il-kors jikkonsisti minn numru ta’ taqsimiet studju
mghallma, li ghalihom 28 kredtu huma assenjati, u ricerka u l-kitba
ta’ dissertazzjoni, li ghalihom 12-il kredtu huma assenjati.
It-tul tal-kors. 7. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ studju
fuq bazi full-time jew l-ekwivalenti tieghu fi studju fuq bazi part-
time.
(2) F’cirkostanzi eccezzjonali, il-Bord jista’ jippermetti lill-
istudenti jestendu l-istudji taghhom b’mhux aktar minn sitt xhur.
(3) L-istudenti kollha, kemm dawk fuq bazi full-time kif ukoll
dawk fuq bazi part-time, ghandhom jirregistraw fil-bidu ta’ kull
sena akkademika.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord ghandu jhejji programm ta’ studji ghall-kors u
ghandu jippubblika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu
ghandu jindika l-kodici, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull
taqsima studju, l-kredti assenjati ghal kull taqsima studju, liema
taqsimiet studju huma obbligatorji, liema ghandhom jittiehdu
flimkien jew mehtiega jittiehdu qabel taqsimiet studju ohra, u l-
metodi ta’ taghlim u valutazzjoni. Il-Bord ghandu jippubblika l-
katalogu ghall-kors qabel il-bidu tieghu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-progressu u l-
valutazzjoni.
9. (1) It-tasqimiet studju jigu valutati fit-tmiem tas-semestru
li fih isiru.
(2) Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond il-gradi li gejjin
li jibdew mill-oghla grad: A, B, C u D. F tindika li wiehed wehel.
Xoghol mhux komplut ghal ragunijiet gustifikati (mard, assenza
approvata, ecc) ghandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-kazijiet l-ohra
kollha r-rizultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma ghandhom
jidhru bhala F. Il-gradi moghtija ghandhom iqisu l-livell milhuq
mill-istudenti f’wiehed jew aktar mill-elementi li gejjin kif il-Bord
iqis xieraq: xoghol matul il-kors, fieldwork, ricerka u
valutazzjonijiet prattici, bil-miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jehlu f’xi taqsima studju jistghu jithallew
joqoghdu ghal valutazzjoni supplimentari. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-istudenti normalment ikunu valutati bl-istess mod
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING g L.S.327.221 3
kif gew evalwati fl-ewvel valutazzjoni. Valutazzjoni supplimentari
ta’ taqsima studju ghandha ssir fis-sessjoni skedata ta’ l-ezamijiet li
jmiss (Mejju jew Settembru) skond kif jinserta l-kaz. Fil-kaz ta’
assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari ghandha ssir
b’arrangament mal-lettur ikkoncernat. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-oghla grad li jista’ jinghata huwa l-grad D.
(4) Jekk ma jghaddux mill-valutazzjoni supplimentari, l-
istudenti ma jistghux ikomplu l-kors, jekk mhux f’cirkostanzi
specjali u bil-permess tas-Senat, taht dawk il-kondizzjonijiet li l-
Bord jista’ jimponi.
(5) L-istudenti ma jithallewx ikunu valutati mill-gdid ghal
taqsima studju jekk ikunu diga  inghataw kredtu ghaliha.
Id-dissertazzjoni.
jipprezentaw it-titolu u proposta ta’ ricerka ghad-dissertazzjoni ta’
madwar 500 kelma ghall-approvazzjoni tal-Bord fi zmien erba’
xhur mir-registrazzjoni ghall-kors. Il-proposta ta’ ricerka ghandha
tkun mill-aktar dettaljata sabiex il-Bord ikun jista’ jara hiex
proposta xierqa.
(2) Id-dissertazzjonijiet ghandhom ikunu jew xoghol originali
jew espressjoni ordnata u kritika ta’ data diga  ezistenti dwar
suggett partikolari, u ghandhom jissodisfaw lill-Bord f’dik li hija
lingwa u stil.
(3) Il-Bord jistabbilixxi t-tul tad-dissertazzjoni skond l-ghadd
ta’ kredti assenjati lilha.
(4) L-ebda dissertazzjoni ma tigi accettata jekk tkun identika
sew ghal dissertazzjoni diga  ipprezentata ghal grad fl-Universita  ta’
Malta jew f’xi universita  ohra. Madankollu, l-istudenti ma humiex
mizmuma milli jinkorporaw tali informazzjoni fil-prezentazzjoni
taghhom, sakemm li n-natura u l-firxa ta’ din l-informazzjoni huma
carament indikati fid-dissertazzjoni nnifisha.
(5) Il-Bord jahtar supervizur ghal kull student. L-istudenti
ghandhom jikkonsultaw lis-supervizuri taghhom ta’ l-anqas darba
kull xahrejn, kif ukoll skond kif mehtiega mis-supervizur taghhom.
Is-supervizuri jistghu jirreferu lill-Bord l-istudenti li xogholhom
ma jkunx sodisfacenti u ghandhom jirreferu ghall-approvazzjoni
tal-Bord kull tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni. L-ebda dissertazzjoni ma tista’ tigi pprezentata lill-
Bord ta’ l-Ezaminaturi minghajr certifikat, iffirmat mis-supervizur,
li jikkonferma l-originalita  tax-xoghol u li dan jikkonforma ma’
dawn ir-regolamenti.
(6) L-istudenti jigu mitluba jaghmlu ezami viva voce dwar id-
dissertazzjoui taghhom u dwar il-qasam ta’ studju generali li minnu
taghmel parti. L-ezaminatur barrani mhux mehtieg ikun prezenti
ghall-ezami viva voce.
Dissertazzjoni 
mhux sodisfacenti.
11. L-istudenti li d-dissertazzjoni taghhom titqies bhala mhux
sodisfacenti jistghu jithallew mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi, jergghu jissottomettuha f’forma
riveduta f’perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mill-gurnata li
fiha tinghatalhom lura.
Dikjarazzjoni.
4 L.S.327.221 h
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING
mill-istudenti li x-xoghol huwa xoghol originali taghhom.
Grad li Ghadda. 13. L-istudenti huma mitluha li jghaddu mid-dissertazzjoni
sabiex jikkwaliftkaw ghall-ghoti tal-Grad.
Ir-rizultat finali. 14. Il-grad finali ta’ kull student ghandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mghallma u tar-riccrka
tal-kors, li jinghataw piz skond l-ghadd ta’ kredti assenjati ghal
kull wiehed.
Ghoti tal-Grad. 15. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-ghoti tal-
Grad ghandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassitikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
