KORS LI JWASSAL GHALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GHALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER. g L.S.327.28 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.28
REGOLAMENTI GHALL-KORS LI JWASSAL 
GHALL-POSTGRADUATE DIPLOMA U GHALL-
GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
24 ta’ Lulju, 1992
L-AVVIZ LEGALI 69 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviz Legali 225 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal ghall-Postgraduate Diploma u ghall-Grad ta’
Master of Gerontology and Geriatrics - Dip.Ger. - M.Ger.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Gerontologija;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Gerontology
and Geriatrics;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master in Gerontology and
Geriatrics;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Postgraduate Diploma u
ghall-Grad ta’ Master in Gerontology and Geriatrics.
Applikabilita .
f’Ottubru ta’ l-1990 jew wara.
Kwalifiki ghad-
dhul.
3. (1) Biex ikunu jistghu jidhlu fil-kors, il-kandidati jridu
jkunu fil-pussess ta’ wahda mill-kwalifiki li gejjin:
(a) grad jew kwalifika professjonali f’dixxiplina jew
xjenza li tappartjeni lil xi professjoni tal-ghoti tal-kura
miksubin mill-Universita  ta’ Malta jew wiehed mill-
Istituti taghha jew minn Universita  jew Istitut ta’
barra, jew minn awtorita  proprja ohra, sew ta’ Malta
kemm ta’ barra, rikonnoxxuti mill-Universita  ta’
Malta; jew
(b) kull kwalifika professjonali ohra meqjusa accttabbli
mis-Senat jekk ikollha maghha dik l-esperjenza fil-
qasam tax-xoghol tal-kura ta’ l-anzjani skond ma jigi
approvat mill-Bord.
(2) Kandidat li m’ghandux il-kwalifiki msemmija fis-
subregolament (1) jista’ jigi ammess ghall-kors mill-Bord bhala
student matur jekk juri ghas-sodisfazzjon tal-Bord li ghandu grad
eccezzjonali ta’ esperjenza fil-kura ta’ l-anzjani u li ghandu l-
isfond mehtieg biex isegwi l-kors bi profitt.
(3) Ebda kandidat ma jkun jista’ jigi ammess ghall-kors jekk
ma jkunx jaf tajjeb il-lingwa Ingliza.
2 g L.S.327.28
KORS LI JWASSAL GHALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GHALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
Kors ta’ studji.
Emendat:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
4. (1) II-kors ghandu jikkonsisti f’taqsimiet ta’ studju u
pjazzamenti prattici li ghandhom jigu lihom assenjati tmintax-il
kredtu. Kredtu ghandu jinghata fuq il-bazi tal-valutazzjoni tal-
progress milhuq wara li l-kandidat ikun lesta l-istudju u l-
assenjazzjonijiet mehtiega. Normalment kull taqsima studju tigbor
fiha erbatax-il lecture, flimkien ma’ tutorjati u xoghol assenjat.
(2) Katalogu tat-taqsimiet studju flimkien man-numru ta’
kredti assenjati lil kull wiehed minnhom ghandu jigi ppublikat
qabel il-bidu tal-kors.
(3) Il-kors ghandu jigbor fih:
(a) Modulu 1: 8 taqsimiet studju li jikkonsistu f’gabra ta’
suggetti bazici inkluzi l-Gerontologija Socjali u l-
Gerjatrija Medika, li ghandhom jigu segwiti mill-
istudenti kollha;
(b) Modulu 2: 5 taqsimiet studju jew fil-Gerontologija
Socjali jew fil-Gerjatrija Medika. Kandidat jista’
jsegwi wiehed minn dawn l-oqsma bl-approvazzjoni
tal-Bord;
(c) Modulu 3: Pjazzamenti prattici li ghandhom jigulhom
assenjati hames kredti.
(4) Il-Bord ghandu jinnomina koordinatur tal-kors ghat-
taqsimiet studju fil-Gerontologija Socjali u koordinatur tal-kors
iehor ghat-taqsimiet studju fil-Gerjatrija Medika.
Valutazzjonijiet. 5. (1) Valutazzjoni tal-progress ghandha ssir permezz ta’
ezamijiet fl-ahhar tal-Moduli 1 u 2 miz-zewg koordinaturi tal-kors
u d-Direttur ta’ l-Istitut tal-Gerontologija b’konsultazzjoni mal-
lecturers rispettivi li hadu sehem fit-taghlim u, jekk ikun xieraq
ma’ lecturers ohra, skond ma jista’ jigi stabbilit mill-Bord.
Valutazzjoni tax-xoghol tal-pjazzamenti prattici ghandhom isiru
minn supervizuri mahtura biex jiggwidaw l-istudenti fil-
pjazzamenti fuq il-post tax-xoghol assenjat.
(2) Fil-valutazzjonijiet tal-moduli, il-marki jinghataw fuq
skala minn "A" sa "D" fejn "A" hija l-oghla marka. "F" turi li
kandidat ikun Wehel.
(3) Student li jgib "F" fil-Moduli 1 jew 2 jista’ jithalla
jipprezenta ruhu ghal valutazzjoni ohra. Il-procedura ta’ din it-tieni
valutazzjoni ghandha tigi stabbilita mill-koordinaturi tal-kors
flimkien mad-Direttur ta’ l-Istitut tal-Gerontologija. Jekk jerga’
jehel ikun irid isegwi kull istruzzjoni mahruga skond id-
diskrezzjoni tal-Bord.
Kors ta’ 
Postgraduate 
Diploma.
Emendat:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
6. (1) Studenti li jkomplu fil-kors li jwassal ghad-Diploma
ghandhom, barra milli jispiccaw il-Moduli 2 u 3 jissottomettu sagg
twil ta’ 5,000 - 10,000 kelma fuq qasam ta’ studju approvat.
(2) Jekk meta jigi valutat, dan is-sagg ma jilhaqx il-grad
mehtieg il-kandidat jinghata massimu ta’ tlett xhur skond il-
kalendarju biex jerga’ jissottometti x-xoghol.
(3) Il-kors ghandu jintemm f’disa’ xhur ta’ studju kontinwu.
Normalment kors jiehu minn Ottubru sa Gunju.
KORS LI JWASSAL GHALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GHALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER. g L.S.327.28 3
(4) Ezami Finali Komprensiv ghandu jinzamm lejn tmiem il-
kors u ghandu jikkonsisti f’zewg karti ta’ l-ezami bi twegibiet bil-
miktub. L-istudenti jistghu jigu mehtiega jattendu wkoll ghal ezami
orali.
(5) Ir-rizultati finali ghandhom jigu ppublikati wara li jkunu
tlestew l-Ezami Finali Komprensiv, il-prezentazzjoni tas-sagg twil
u l-pjazzamenti prattici kollha. Il-marki finali ghandhom jitqassmu
kif gej:
Ezami Finali Komprensiv ................................ 40%
Xoghol tal-kors inkluzi l-pjazzamenti prattici ...40%
Sagg twil ......................................................... 20%
(6) Il-gradi finali jingnataw fuq skala minn "A" sa "D" fejn
"A" huwa l-oghla grad u jissejjah "Ghadda b’Distinzjoni". "F"
ifisser Wehel.
(7) Kandidat li jehel ghandu jinghata permess li jerga’ joqghod
ghall-ezami riparatorju.
Il-Grad ta’ Master.
Sostitwit:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
7. (1) Kandidat li jikseb grad globali A jew B fil-Kors ghall-
Postgraduate Diploma huwa eligibbli biex jirregistra ghall-grad ta’
Master in Gerontology and Geriatrics.
(2) F’dan il-kaz il-kandidat huwa mehtieg jirregistra mhux
aktar tard minn hames snin mill-pubblikazzjoni tar-rizultati finali
tal-Kors ghall-Postrgraduate Diploma.
(3) Biex ikun jista’ jirregistra ghall-Grad ta’ Master, kandidat
ghandu jressaq proposta dwar id-dissertazzjoni li ghandha tinkludi
t-titolu propost ghad-dissertazzjoni tieghu/taghha, u deskrizzjoni
tar-ricerka li se ssir li ghandha tinkludi, fost l-ohrajn, l-ipotesi, il-
metodologija, iz-zmien mehtieg, il-bibljografija.
(4) Il-proposta tad-dissertazzjoni ghandha tkun approvata mill-
Bord.
(5) Il-Bord ghandu jinnomina supervizur ghal kull kandidat.
Fil-kaz ta’ kandidat li ma joqghodx Malta u li jaghzel li jaghmel il-
progett ta’ ricerka tieghu/taghha fil-pajjiz rispettiv tieghu/taghha,
il-Bord ghandu jinnomina zewg supervizuri, wiehed mill-pajjiz tal-
kandidat u wiehed mill-Universita  ta’ Malta. L-ismijiet tas-
supervizuri proposti ghandhom jitressqu ghall-approvazzjoni tas-
Senat.
(6) Is-supervizur ghandu jitlob lill-kandidat jirrapporta ghandu
ghallanqas darba kull tliet xhur u barra minn hekk kemm-il darba
jidhirlu li hemm bzonn. Huwa jista’ jirreferi lill-Bord kandidat li
huwa jikkonsidra li x-xoghol tieghu mhux sodisfacenti u ghandu
jirreferi ghall-approvazzjoni tal-Bord xi tibdil sostanzjali fit-titolu
tad-dissertazzjoni proposta.
(7) Id-dissertazzjoni ghandha tinkludi r-rizultati tar-ricerka li
saret, studju kritiku tal-letteratura rilevanti u diskussjoni kritika
tar-rizultati.
(8) Id-dissertazzjoni m’ghandhiex taqbez il-50,000 kelma
b’effett minn Frar 1995.
4 g L.S.327.28
KORS LI JWASSAL GHALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GHALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
(9) Il-Bord jista’ jhalli kandidat jaghmel jew itemm il-progett
ta’ ricerka u l-kitba tad-dissertazzjoni fil-pajjiz rispettiv tieghu/
taghha, sakemm il-Bord huwa sodisfatt li se jkun hemm
supervizjoni xierqa u li kuntatt regolari se jinzamm mas-
supervizuri mahtura mill-Universtita  ta’ Malta skond is-
subregolament (5).
(10) Il-kandidat ghandu jissottometti d-dissertazzjoni tieghu/
taghha mhux aktar tard minn tmintax-il xhar (fil-kaz ta’ studji fuq
bazi full-time) jew sitta u tletin xahar (fil-kaz ta’ studji fuq bazi
part-time) mid-data meta l-Bord accetta t-titolu taghha.
(11) Il-Bord jista’ jestendi dawn il-perijodi b’perijodu iehor ta’
sitt xhur (fil-kaz ta’ studji fuq bazi full-time) jew tnax-il xahar (fil-
kaz ta’ studji fuq bazi part-time).
(12) Id-dissertazzjoni ghandha tkun ezaminata minn Bord ta’ l-
Ezaminaturi mahtur mis-Senat, li jikkonsisti mill-anqas minn tliet
ezaminaturi, li wiehed minnhom ghandu normalment ikun
ezaminatur barrani minn universita  ohra.
(13) Il-kandidat ghandu normalment ikun mehtieg jaghmel
ezami viva voce biex jiddefendi/tiddefendi d-dissertazzjoni tieghu/
taghha.
(14) Ma tkunx accettata l-ebda dissertazzjoni li hija identika fis-
sustanza ma’ dissertazzjoni diga  mressqa ghal grad fl-Universita  ta’
Malta jew f’xi universita  ohra.
(15) Il-kandidat li d-dissertazzjoni tieghu ma titqiesx
sodisfacenti jista’ jithalla mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord ta’ l-Ezaminaturi, jerga’ jissottomettiha, f’forma riveduta, fi
zmien mhux aktar minn sena mill-jum minn meta tkun riferuta lura
lill-kandidat.
(16) Il-Grad ghandu jinghata f’wahda mill-kategoriji li gejjin:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
(17) Ir-rizultat finali ghandu jqis il-merti tad-dissertazzjoni u l-
ezami viva voce dwarha.
