KORS LI JWASSAL GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)  g L.S.327.42 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.42
REGOLAMENTI TAL-KORS LI JWASSAL GHALL-
GRAD TA’ MASTER OF ARTS (DIPLOMATIC 
STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)
7 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIZ LEGALI 119 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviz Legali 224 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal ghall-Grad ta’ Master of Arts (Diplomatic Studies -
M.A. (Dip.St.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort ohra -
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts (Diplomatic Studies -
M.A. (Dip.St.);
"il-kors" ifsser il-kors li jwassal ghall-Grad ta’ Master of Arts
(Diplomatic Studies - M.A. (Dip.St.).
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
 2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw minn Marzu
1996 ’il quddiem.
Kwalifiki ghad-
dhul.
3. (1) Kandidati ghad-dhul fil-kors iridu jkollhom il-grad ta’
Bacillier ghall-inqas fit-tieni klassi bl-unuri mill-Universita  ta’
Malta jew grad rikonoxxut mis-Senat bhala ekwivalenti tal-gradi
taghha ta’ Bacillier ghallinqas fit-tieni klassi bl-unuri.
(2) Kandidati li l-ewwel grad taghhom m’huwiex fil-ligi, fl-
ekonomija, fl-istorja jew fix-xjenza politika jistghu jiddahhlu
skond ir-rizultat ta’ intervista li matulha tigi mistharrga l-hila tal-
kandidat li jtemm l-istudji proposti b’success.
It-tul tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
4. It-tul tal-kors huwa ta’ mhux anqas minn tnax-il xhar ta’
studju fuq bazi full-time.
Ix-xoghol tal-kors.
Emendat:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
5. (1) Il-kandidati ghall-grad ghandhom jigbru sittax-il
kredtu u jiktbu dissertazzjoni. Minhabba in-natura pluridisciplinary
tal-kors, il-kandidati ghandhom ikunu mehtiega jsegwu total ta’
tmien taqsimiet studju, li ghal kull wahda huma assenjati zewg
kredti, fil-moduli li gejjin:
Ligi Internazzjonali
Ekonomija Internazzjonali
Relazzjonijiet Internazzjonali
Storja Internazzjonali.
(2) Kandidat jista’ jaghzel li jistudja qasam ewlieni wiehed.
Madankollu hu jrid jattendi ghallinqas kors wiehed f’kull wiehed
mill-oqsma l-ohra. Kandidat li m’ghandu ebda gharfien
2 L.S.327.42 h
KORS LI JWASSAL GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.) 
akkademiku f’xi qasam imsemmi ghandu jattendi kors introduttiv
f’dak il-qasam matul l-ewwel semestru.
(3) Il-kandidati kollha ghandhom jattendu wkoll seminar dwar
il-metodi u l-kitba tar-ricerka.
Valutazzjoni tax-
xoghol matul il-
kors u ta’ l-
ezamijiet finali.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
6. (1) It-taqsimiet studju ghandhom ikunu valutati u moghtija
kredtu skond il-gradi li gejjin: A, B, C, u D, fejn A huwa l-oghla
grad, jew F tindika li Wehel.
(2) Kandidat li jehel f’mhux aktar minn zewg taqsimiet studju
(erba’ kredti) matul il-kors ghandu jkun valutat mill-gdid. Fil-
valutazzjoni mill-gdid, l-oghla grad li jista’ jinghata huwa l-Grad
D.
(3) Il-kandidati li jiksbu sittax-il kredtu jkunu eligibbli biex
jersqu ghall-Ezamijiet Finali, li jikkonsistu f’erba’ karti bil-miktub:
karta f’kull wiehed mill-erba’ moduli mnizzla fir-regolament 5(1).
(4) Il-karti ta’ l-ezami ghandhom jinghataw il-gradi A, B, C, u
D, fejn A huwa l-oghla grad, jew F jindika li Wehel.
(5) Kandidat li jehel f’mhux aktar minn wahda mill-karti bil-
miktub ghandu jithalla joqghod ghall-karta li wehel fiha f’sessjoni
riparatorja, normalment f’Settembru.
Id-dissertazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
7. (1) Id-dissertazzjoni hija element obbligatorju tal-kors.
M’ghandhiex taqbez l-40,000 kelma u ghandha tkun fuq suggett li
jaqa’ taht wiehed jew aktar mill-oqsma msemmija fir-regolament
5(1).
(2) Il-kandidat ghandu jipprezenta proposta tad-dissertazzjoni
mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-kors. Is-suggett tad-
dissertazzjoni ghandu jkun approvat mill-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-
Akkademja li ghandu jahtar supervizur ghall-kandidat. Id-
dissertazzjoni ghandha tkun sottomessa ghall-ezami mhux aktar
tard minn tnax-il xhar mill-bidu tal-kors.
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-Akkademja jista’ fid-diskrezzjoni
tieghu, jaghti kandidat li jista’ jipprovdi ragunijiet validi,
estensjoni ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni
msemmija fis-subregolament (2).
(4) Id-dissertazzjoni ghandha tkun ezaminata minn Bord ta’ l-
Ezaminaturi mahtur mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord
ta’ l-Istudji ta’ l-Akkademja.
(5) Il-kandidat ghandu jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni li ghandhom ikunu ffirmati mis-supervizur, li b’hekk
jiccertifika li d-dissertazzjoni hija xoghol il-kandidatu tikkonforma
mar-rekwiziti mnizzla fis-subregolament (1).
(6) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu jissejjah mic-Chairman
tieghu biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. Jekk jitqis necessarju, huwa
jista’ ukoll isejjah lill-kandidat biex jiddefendi d-dissertazzjoni.
(7) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni u,
bla hsara ghar-regolament 8(1), jirrakkomanda l-ghoti tal-grad.
Jista’ jitlob lill-kandidat jikkorregi jew jikteb id-dissertazzjoni
mill-gdid fiz-zmien li jigi stipulat. Jista’ jirrifjuta d-dissertazzjoni
ghal kollox.
KORS LI JWASSAL GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)  g L.S.327.42 3
(8) Kandidat li d-dissertazzjoni tieghu tigi rrifjutata jew li l-
korrezzjonijiet jew il-kitba mill-gdid ikunu kkonsidrati mhux
sodisfacenti jew li ma jissottomettihix fiz-zmien stipulat ma
ghandux jinghata l-Grad.
L-ghoti tal-Grad.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
8. (1) Kandidat li jghaddi mill-Ezamijiet Finali u li d-
dissertazzjoni tieghu tkun approvata ghandu jinghata l-Grad. Ghall-
ghanijiet tal-klassifikazzjoni tal-Grad, il-gradi tal-kredti ghandhom
30% tal-piz, il-gradi ta’ l-Ezamijiet Finali ghandhom 40% tal-piz u
l-grad tad-dissertazzjoni ggandu t-30% l-ohra.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jghaddu ghandhom ikunu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku klassifikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
