KUNSILLI TA’ SKOLA g L.S.327.43 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.43
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI TA’ SKOLA
20 ta’ Ottubru, 1993
L-AVVIZ LEGALI 135 ta’ l-1993.
Titolu.
Kunsilli ta’ Skola.
Kunsilli ta’ Skola 
ghal skejjel ta’ l-
Istat.
Kap. 327.
2. L-iskejjel kollha statali, wkoll dawk mhux skedati fl-
Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, ghandhom jitmexxew
minn kunsill ta’ skola.
Komposizzjoni, 
funzjonijiet u 
elezzjonijiet tal-
kunsilli.
Kap. 327.
3. L-artikoli 23, 24, 25 u 26 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni
ghandhom jitqiesu li japplikaw ghall-iskejjel kollha ta’ l-Istat ukoll
dawk li m’humix skedati.
Setgha tal-Ministru 
li jezenta skola 
mit-tmexxija ta’ 
kunsill.
4. Bla hsara ghar-regolamenti ta’ qabel, il-Ministru ta’ l-
Edukazzjoni jista’ jezenta skola partikolari, li mhux skola skedata,
mit-tmexxija ta’ kunsill.
Linji gwida ghall-
kunsilli.
5. Il-kunsilli kollha fl-iskejjel ta’ l-Istat ghandhom jitmexxew
skond il-linji gwida li hemm fl-Ewwel Skeda ta’ dawn ir-
regolamenti.
Regoli finanzjarji.
fondi taghhom skond ir-regoli finanzjarji li hemm fit-Tieni Skeda
ta’ dawn ir-regolamenti.
2 L.S.327.43 h KUNSILLI TA’ SKOLA
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
1. Il-kunsill
1.1. Il-Kunsill ghandu jiltaqa’ fl-iskola darba kull xahar f’hin u data konvenjenti
ghall-membri. L-ewwel laqgha tal-Kunsill tissejjah mill-President tal-Kunsill.
1.2. Jekk il-membri jaqblu u jkun hemm bzonn, il-Kunsill jista’ jiltaqa’ iktar
minn darba fix-xahar, imma dawn ikunu laqghat straordinarji, jew biex titkompla d-
diskussjoni tal-laqghga tax-xahar.
1.3. Ghandu jkun hemm agenda ghal kull laqgha tal-Kunsill. Din, flimkien mal-
hin u d-data tal-laqgha tal-Kunsill li jmiss, ghandha titwassal lill-membri mis-
Segretarju-Tezorier.
1.4. Il-kworum ikun ta’ zewg membri, minbarra l-Prewsident u s-Segretarju-
Tezorier.
1.5. Is-Segretatarju-Tezorier izomm il-minuti ta’ kull laqgha tal-Kunsill.
1.6. Id-decizjonijiet tal-Kunsill ghandhom isiru, kemm jista’ jkun, b’kunsens tal-
membri kollha prezenti.
2. Membri tal-Kunsill
2.1. Jekk, ghal xi raguni, il-President ma jattendix ghal laqgha tal-Kunsill, ikun
jista’ jigi elett President provizorjament ghal dik il-laqgha minn fost il-membri
prezenti, jekk dawn il-membri ma jkunux inqas minn erba’ fl-ghadd, u barra s-
Segretarju-Tezorier.
2.2. Jekk membru tal-Kunsill jirrezenja mill-Kunsill, dan ghandu jgharraf lill-
President tal-Kunsill bil-miktub. Is-Segretarju-Tezorier ghandu javza wkoll mill-
aktar fis lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, li jordna li jinhatar fil-Kunsill dik il-
persuna, min-naha ta’ fejn tkun saret ir-rizenja u li jkun imiss rispettivament skond
il-votazzjoni li tkun saret fl-ahhar elezzjoni. Jekk ma jkuns hemm runners up, il-
Kunsill jista’ jkompli jiffunzjoni basta li jista’ jiltaqa’ bi kworum regolarment
kostitwit. Meta jirrizenja l-President tal-Kunsill din ghandha tintbaghatr lill-
Ministru.
2.3. Fejn hemm Kunsill wiehed ghal aktar minn skola wahda -
(i) il-Kunsill u l-membri tieghu ghandhom jiehdu hsieb il-bzonnijiet ta’ l-
iskejjel kollha u mhux biss ta’ parti minn, jew ta’ skola wahda;
(ii) ix-xoghol ta’ Segretarju-Tezorier isir mill-Kap ta’ l-iskola l-iktar anzjan
fis-servizz fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni;
(iii) il-Kap ta’ l-iskola l-ohra jattendi l-laqghat kollha tal-Kunsill, jiehu parti
shiha fid-diskussjoni tal-Kunsill bhala osservatur u jahdem id f’id mas-
Segretarju-Tezorier tal-Kunsill;
(iv) il-findi u l-assi amministrati mill-Kunsill jibbenefikaw lill-iskejjel
kollha ugwalment u skond il-kobor ta’ l-iskola u n-numru ta’ studenti;
(v) fl-assenza tal-Kap anzjan ta’ l-iskola, ikun il-Kap junior li jwettaq id-
dmirijiet minfloku.
2.4. Il-membri tal-Kunsill ghandhom jinghataw kull ghajnuna u rikonoxximent
shih fil-qadi ta’ dmirijiethom fl-iskola.
3. Il-President
3.1. Il-President jirregola l-procedura fil-Kunsill u jidderigi l-Kunsill biex jilhaq
KUNSILLI TA’ SKOLA g L.S.327.43 3
decizjoni li tkun xierqa u tirrifletti l-kunsens tal-membri tal-Kunsill prezenti fil-
laqgha.
3.2. F’nuqqas ta’ qbil serju fuq punt ta’ diskussjoni fost il-membri tal-Kunsill,
jista’ jittiehed vot; imma din id-decizjoni m’ghandhiex tittiehed b’mod li tista’ zzid,
flok ma tnehhi, id-differenzi li jkun hemm fost il-membri tal-Kunsill.
3.3. Il-President jara li kull decizjoni milhuqa mill-Kunsill tkun skond dik il-
parti ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni li tirrigwarda x-xoghol u l-funzjonijiet tal-Kunsill.
3.4. Il-President u s-Segretarju-Tezorier ghandhom jaraw li d-decizjonijiet
kollha mehudin mill-Kunsill ikunu mwettqa u implimentati.
3.5. Il-President u l-Kap/Kapijiet ta’ l-iskola jahdmu id f’id biex:
(i) isir l-ahjar uzu mill-assi u l-fondi ta’ l-iskola li huma amministrati mill-
Kunsill;
(ii) jiffissaw l-agenda ghad-diskussjoni tal-Kunsill.
3.6. Il-President ghandu access ghall-iskola f’kull hin bi ftehim mal-Kap ta’ l-
iskola biex jiddiskuti punti ghat-twettiq tax-xoghol tal-Kunsill.
3.7. Il-President ghandu jinghata l-informazzjonijiet rilevanti mitluba minnu
dwar l-iskola biex ikun f’posizzjoni ahjar li jiggwida l-Kunsill.
3.8. Il-President jikkolabora mal-Kap/Kapijiet ta’ l-iskola u, jekk ikun hemm,
Kapijiet ohra ta’ l-iskola biex jimplimentaw id-decizjonijiet tal-Kunsill, jiddeciedu
fuq il-bzonnijiet ta’ l-iskola/skejjel minnhom amministrata, jezaminaw,
jikkontrollaw u jivverifikaw il-kotba u l-kontijiet u nfiq tal-Kunsill, jistudjaw
progetti li l-Kunsill jista’ jniedi, u jistudjaw kil il-Kunsill ikun jista’ jmexxi lilu
nnifsu u lill-iskola ahjar (dejjem skond it-termini ta’ l-artikoli rilevanti ta’ l-Att dwar
l-Edukazzjoni).
3.9. Kull korrispondenza mahruga mill-Kunsill issir bil-kunsens tal-Kunsill.
Jixraq li dejjem tohrog taht l-istess firma biex ma jkunx hemm konfuzjoni.
3.10. Il-President tal-Kunsill ghandu access ghall-Minuisteru ta’ l-Edukazzjoni,
ghad-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jew ufficjali fil-Ministeru jew fid-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni mqabbda mill-Ministru ghal dan l-iskop biex jiddiskuti kull problema
jew punt dwar l-iskola jew il-Kunsill.
3.11. Il-votazzjoni tal-Kunsill hi dejjem sigrieta u l-President ghandu casting
vote.
3.12. Il-President ta’ Kunsill ta’ skola ghandu jkun moghti stima xierqa fl-iskola u
ghandu jkun mistieden ghall-funzjonijiet kollha u laqghat ufficjali ta’ l-iskola.
4. Is-Segretarju-Tezorier
4.1. Is-Segretrarju-Tezorier izomm il-minuti, il-korrispondenza u l-kotba tal-
kontijiet tal-Kunsill ta’ skola.
4.2. Huwa jiehu hsieb ukoll il-fondi tal-Kunsill u juzahom kif jiddeciedi u
jidderigi l-Kunsill.
4.3. Huwa responsabbli lejn il-President ghat-twettiq tad-decizjonijiet milhuqa
mill-Kunsill u fdati lilu.
4.4. Huwa responsabbli ghad-dhul u l-hrug ta’ flus.
4.5. Flimkien mal-President jista’ jiftah kont bankarju f’isem il-Kunsill u
jiddepozita u jizbanka flus skond id-direttiva tal-President u kif deciz mill-Kunsill.
4.6. Huwa ghandu jzomm lill-Kunsill infurmat dwar il-fondi u l-assi kollha li
4 L.S.327.43 h KUNSILLI TA’ SKOLA
jaqghu taht l-amministrazzjoni tal-Kunsill.
4.7. Huwa ghandu jaghti pariri lill-President fuq dawk il-hwejjeg li ghandhom
x’jaqsmu ma’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskola, ir-regolamenti tad-Dipartiment u
hwejjeg ohra relatati. F’kaz ta’ diffikulta , bhala Kap ta’ l-iskola, huwa jista’ jiehu
parir mid-Dipartiment.
4.8. Huwa ghandu jghin u jaghti informazzjoni lill-membri tal-Kunsill biex
ikunu jafu ahjar kif timxi l-iskola u l-bzonnijiet taghha.
4.9. Is-Segretarju-Tezorier, flimkien mal-President tal-Kunsill, ghandu
jissottometti rapport annwali lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, skond l-artikolu 24(c)
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena
skolastika. Dan ir-rapport irid jigi moqri lil u mghoddi mill-Kunsill, u kopja
tinzamm fil-minuti tal-Kunsill.
4.10. Dan ir-rapport ghandu jkopri:
(a) in-numru ta’ laqghat matul is-sena;
(b) punti principali diskussi f’laqghat tal-Kunsill;
(c) attivitajiet u xoghlijiet li twettqu mill-Kunsill;
(d) rakkomandazzjonijiet.
4.11. Ghandu wkoll ikun inkluz rapport finanzjarju li jkun jittratta dwar id-dhul,
hrug u bilanc ta’ flus sa’ l-ahhar laqgha tal-Kunsill.
5. Hidma tal-Kunsill: A. Amministrazzjoni ta’ Fondi u Assi
5.1. Wiehed mill-iskopijiet tal-Kunsill ta’ skola huwa li jamministra l-fondi u l-
assi ta’ l-iskola.
5.2. Il-fondi ta’ l-iskola jistghu jkunu:
(i) dawk li d-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jghaddi lill-iskola u l-Kunsill
ghal dan l-iskop;
(ii) fondi ohra li l-Kunsill jircievi minn fondi ohra jew li jdahhal minn
attivitajiet li jorganizza.
5.3. Il-Kunsill ghandu l-ewwel u qabel kollox ikun jaf sewwa x’inhuma l-fondi u
l-istat ta’ l-assi ta’ l-iskola u jippjana:
(i) x’inhuma l-bzonnijiet ta’ l-iskola;
(ii) x’jista jaghmel biex il-Kunsill stess minghajr ghajnuna barranija, itejjeb
sa fejn jista’ dawk il-fondi u l-assi.
5.4. Billi jaghmel uzu mill-fondi li jkollu f’idejh, il-Kunsill jista’:
(i) jindahal ghal tiswija zghira ta’ l-assi ta’ l-iskola;
(ii) iforni l-iskola b’taghmir xieraq;
(iii) isebbah l-ambjent fiziku u naturali ta’ l-iskola;
(iv) jiehu hsieb izid il-kotba u t-taghmir fil-librerija ta’ l-iskola.
5.5. Il-Kunsill ma jistax jidhol ghal infiq ta’ natura li tbiddel il-pjanta fizika ta’
l-iskola, minghajr il-permess tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
5.6. Il-Kunsill ma jistax jikri l-iskola ghal attivitajiet ta’ partiti politici.
5.7. Il-Kunsill ta’ skola jista’ jitlob lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni biex
jiccertifika lill-Ministru tal-Finanzi l-uzu edukattiv ta’ l-oggetti impurtati ghall-
iskola tieghu partikolari, ghall-ezenzjoni mill-hlas tad-dwana.
KUNSILLI TA’ SKOLA g L.S.327.43 5
5.8. Il-Kunsill ghandu l-permess li darba fis-sena jorganizza l-bejgh ta’ oggetti
maghmula fl-iskola mill-istudenti (b’materjal mixtri mill-fondi tal-Kunsill). Dan
ghandu jservi kemm bhala estensjoni ta’ l-edukazzjoni moghtija mill-iskola kif ukoll
biex ikabbar il-fondi ta’ l-iskola.
5.9. Il-Kunsill jista’ wkoll jorganizza xi attivita  bhal kuncert jew drama jew
serata muziko-letterarja, jew divertiment iehor bil-partecipazzjoni ta’ l-istudenti, u li
ghalih l-udjenza thallas prezz ghad-dhul jew donazzjoni. F’kazijiet bhal dawn
jintalab permess minn qabel minghand il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
5.10. Il-Kunsill, permezz tas-Segretarju-Tezorier, izomm il-korrispondenza,
ircevuti u kontijiet ohra tad-dhul, infiq u fondi tal-Kunsill. Filwaqt li dawn jistghu
jkunu spezzjonati u riveduti minn ufficjali tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
mahtura mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, ikun jixraq li l-Kunsill kull sena jinnomina
zewg udituri minn fost l-ghalliema ta’ l-iskola u genituri/studenti biex jiflu l-
kontijiet u jiccertifkaw il-korrettezza taghhom.
6. Hidma tal-Kunsill: B. Kuntatt mal-Genituri
6.1. Il-Kunsill ghandu d-dmir li jistudja, flimkien mal-Kap ta’ dik l-iskola
partikolari, metodi u mezzi biex tikber il-partecipazzjoni u kontribuzzjoni tal-
genituri.
6.2. Il-Kunsill jista’ jorganizza laqghat edukattivi, kulturali u socjali ghall-
genituri.
6.3. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti u jattwa metodi kif il-genituri jistghu jghinu
b’mod konkret lill-iskola fl-aspetti fizici u materjali taghha.
6.4. Il-Kunsill ghandu jinforma regolarment lill-genituri bix-xoghol u l-
attivitajiet tieghu.
6.5. Kull genitur (jew student fuq is-sittax-il sena bhala votant ghall-Kunsill)
ghandu d-dritt li jindirizza bil-miktub lill-Kunsill ta’ skola bis-suggerimenti jew l-
ilmenti tieghu fuq kull punt li jidhirlu hu. Huwa l-kompitu tal-President u s-
SegretarjuTezorier (dan bhala Kap ta’ l-iskola) li jiflu l-korrispondenza rcevuta
minghand il-genituri (jew studenti) u li jiddeterminaw liema minn dawn jaqghu taht
il-kompetenza tal-Kunsill u liema taht l-amministrazzjoni ta’ l-iskola. Il-
korrispondenza kollha ndirizzata lill-Kunsill ghandha tinqara waqt laqgha tal-
Kunsill u l-President jaghti spjega ta’ liema korrispondenza tkun ser tigi diskussa fil-
Kunsill u liema tkun ser tigi trattata mill-Kap ta’ l-iskola.
7. Hidma tal-Kunsill: C. Il-Kunsill u l-Organizzazzjonijiet Lokali
7.1. Ghalkemm il-Kunsill ta’ skola ghandu jibghat rendikont tal-hidma tieghu u
r-responsabbilta  tieghu hija lejn il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, il-Kunsill ghandu
jzomm relazzjonijiet tajba mal-Kunsill Lokali fejn tkun tinsab l-iskola.
7.2. Ikun xieraq li l-Kunsill ta’ skola jaghraf liema huma dawk l-
organizzazzjonijiet lokali jew nazzjonali, dawk politici eskluzi, li jistghu jghinu fl-
izvilupp tal-Kunsill, fl-attivitajiet tieghu u dawk ta’ l-iskola.
7.3. Il-Kunsill jista’, fuq parir jew permezz tal-Kap ta’ l-iskola, jistieden lil dawn
l-organizzazzjonijiet biex iniedu xi attivita  edukattiva fost l-istudenti, bhal meta
jaghtu xi tahdita lill-istudenti, jew jistiednu l-iskola ghal xi serata kulturali, jew
iniedu xi kompetizzjoni edukattiva-kulturali.
7.4. Il-Kunsill jista’ jghin lill-organizzazzjonijiet kulturali lokali billi jislifhom
jew jikrilhom l-iskola ghal xi attivitajiet taghhom li l-Kunsill jidhirlu li huma ta’
arrikkament kulturali ghan-nies tal-lokal.
7.5. Il-Kunsill jista’, fuq il-parir jew suggeriment tal-Kap ta’ l-iskola, jidhol
6 L.S.327.43 h KUNSILLI TA’ SKOLA
f’kuntatt u relazzjonijiet ma’ fabbriki u azjendi fil-lokal biex dawn jaghtu l-kontribut
taghhom ghall-edukazzjoni ta’ l-istudenti ta’ l-iskola billi jaghtu l-pariri taghhom
fuq edukazzjoni, tahrig u koperazzjoni bejn l-iskola u l-azjenda.
8. Hidma tal-Kunsill: D. Il-Kunsill u l-Haddiema fl-Iskejjel inkluzi l-
Ghalliema u l-Kap/Kapijiet ta’ l-Iskola.
8.1. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti l-ambjent u l-amenitajiet li jgawdu l-haddiema
kollha f’dik l-iskola u jipprova jgibhom ’il quddiem mill-ahjar li jista’.
8.2. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti kif jista’ dejjem itejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-
ghalliema u l-genituri, u l-ghalliema u l-Kunsill stess.
8.3. Kull ghalliem fi skola jista’ jindirizza korrispondenza lill-Kunsill ta’ skola.
F’dan il-kaz tapplika l-istess regola li tapplika ghall-genituri kif imfissra fil-
paragrafu 6.5.
8.4. Il-Kunsill ma jistax jindahal f’dawk l-aspetti ta’ taghlim, dixxiplina u
amministrazzjoni ta’ l-iskola li huma fl-Att dwar l-Edukazzjoni espressament
riservati.
9. Hidma tal-Kunsill: E. Il-Kunsill u t-Tmexxija ta’ l-Iskola
9.1. Huwa d-dmir tal-Kunsill li jkun jaf x’servizzi toffri l-iskola u x’amenitajiet
ghandha l-iskola biex taqdi dawn is-servizzi.
9.2. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola,
minghajr ma jindahal f’kazi individwali ta’ affarijiet li jolqtu l-istudenti jew l-
ghalliema, kif ukoll klassifikazzjoni ta’ studenti u materji li jaqghu taht id-dixxiplina
jew it-taghlim tal-membri akkademici ta’ l-iskola. Izda jista’ jissuggerixxi lid-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni tibdil jew zieda mal-kurrikulu.
9.3. Il-KunsiIl huwa fid-dmir li jigbed l-attenzjoni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
jew l-ufficjal inkarigat mill-Ministru, ghal nuqqasijiet li jezistu fl-iskola, kif ukoll
fuq hwejjeg li jmissu ma’ l-iskola. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, jew l-ufficjal
inkarigat mill-Ministru, jiehu konjizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u
jwiegeb lill-Kunsill fuq kull azzjoni li tidher xierqa li tittiehed.
10. Hidma tal-Kunsill: F. Il-Kunsill u l-Ambjent ta’ madwar l-Iskola
10.1. Il-Kunsill ghandu wkoll jikkonsidra t-titjib ta’ l-ambjent fiziku, kulturali,
estetiku u morali ta’ l-iskola u tal-post madwar l-iskola.
10.2. Il-Kunsill ghandu jiddiskuti u jissorvelja l-problemi ambjentali li jiffaccjaw
l-istudenti u jirrapportahom immedjatament lill-ufficjali koncernati fid-Dipartiment
ta’ l-Edukazzjoni, permezz tas-Segretarju-Tezorier/Kap ta’ l-iskola, ghall-azzjoni
necessarja.
10.3. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti wkoll problemi ta’ trasport jew dipartimentali ta’
studenti u jaghmel is-suggerimenti tieghu.
KUNSILLI TA’ SKOLA g L.S.327.43 7
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 6)
Regoli Finanzjarji ghall-Kunsilli ta’ Skola
Amministrazzjoni ta’ Fondi u Assi
l. Proprjeta
1.1. L-oggetti kollha ta’ natura permanenti ghandhom jidhru fl-inventarju ta’ l-
iskola li ghandu jinzamm skond ir-Regolamenti Riveduti li Jikkontrollaw l-
Inventarju tad-19 ta’ Mejju, 1977.
1.2. Skond il-paragrafu 8.3. ta’ dawn ir-regolamenti, l-inventarju suppost jezisti
f’kull skola u ghandu jinzamm preciz taht ir-responsabbilta  tal-Kap ta’ l-Iskola. Il-
Kunsilli ghandhom jaraw li l-inventarju jkun jezisti u jinzamm tajjeb.
1.3. Il-kontroll ghandu jsir b’dan il-mod:
(i) Sotto-kumitat, maghmul ghall-inqas minn tliet membri tal-Kunsill (li
wiehed minnhom ghandu jkun is-Segretarju-Tezorier) ghandu jara u
jiehu nota ta’ l-oggetti kollha li hemm fl-iskola u iqabbilhom ma’ l-
inventarju ta’ l-iskola. Fejn l-oggetti jaqblu ezatt mal-ktieb ta’ l-
inventarju, il-bilanc li jidher fuq dan il-ktieb ghandu jkun inizjalat mit-
tliet membri tas-Sotto-kumitat bhala prova li dan gie verifikat. Fejn
tirrizulta diskrepanza, (sew jekk izjed jew inqas), din ghandha titnizzel
fuq lista kif deskritt hawn taht.
(ii) Fl-ahhar ta’ dan l-ezercizzju, flimkien mar-rapport li ghandu jsir dwar
ir-rizultat, ghandu jkun hemm ukoll lista tad-diskrepanzi kollha, u dawn
ghandhom jintbaghtu lid-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni. Dawn il-
listi ghandu jkollhom dan il-format:
(iii) Oggetti misjuba li huma iktar milli jidher fil-bilanc tal-ledger
ghandhom immedjatament jittiehdu bhala proprjeta  ta’ l-iskola, meta
ma jirrizultax car li ma hux hekk.
1.4. Wara l-ezercizzju ta’ stock-taking deskritt hawn fuq fil-paragrafi 1.3(i) u
(ii), il-Kunsill ta’ skola ghandu jibqa’ jkun responsabbli ghall-proprjeta  immobbli ta’
l-iskola u ghandu jizgura li l-inventarju jibqa’ jinzamm skond ir-Regolamenti.
1.5. Jekk jirrizulta, mill-ezercizzju ta’ stock-taking, li l-inventarju huwa
antikwat, id-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni ghandu jkun infurmat b’dan. Jekk
hu jaqbel, il-proceduri ghal "inventarji antikwati" (paragrafu 12.2. tar-Regolamenti)
ghandhom ikunu segwiti. L-inventarji ghandhom ikunu kkunsidrati bhala antikwati
wara spezzjoni mid-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni jew rapprezentant awtorizzat
minnu.
1.6. L-oggetti kollha akkwistati mill-iskola, irrispettivament mill-metodu ta’
akkwist (bhalma hu xiri, donazzjoni, trasferiment, ecc.) ghandhom jittiehdu bhala
proprjeta  fuq l-inventarju ta’ l-iskola. Dokumenti adegwati, li jissostanzjaw dhul
bhal dan fl-inventarju, ghandhom ikunu disponibbli ghall-ispezzjoni, kif u meta jkun
hemm il-htiega.
1.7. L-informazzjoni kollha fl-inventarju, kif ukoll id-dokumenti necessarji dwar
kull oggett, ghandhom ikunu disponibbli biex ikunu ezaminati f’kull hin mill-
Awditur Generali jew ir-rapprezentant tieghu.
1.8. Fil-kaz ta’ oggetti li ma kienux akkwistati mid-Dipartiment ta’ l-
Deskrizzjoni 
ta’ l-oggett
Ledger 
Fol.
Fuq l-
Inventarju
Kif 
Instab
Kwantita 
Zejjed
Nieqes
8 L.S.327.43 h KUNSILLI TA’ SKOLA
Edukazzjoni dawn l-akkwisti ghandhom ikunu rapportati lid-Direttur Generali ta’ l-
Edukazzjoni biex ikun zgurat li jitnizzlu u jiddahhlu wkoll fl-inventarju principali, li
jinzamm fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni (ara Regolamenti ta’ l-Inventarju 5.1.).
Il-mod ta’ l-akkwist ghandu wkoll ikun indikat b’mod car. F’kaz ta’ donazzjoni lill-
iskola, din tigi regolata skond il-paragrafu 11 tar-regolamenti.
1.9. Meta s-surmast ta’ skola jikkonsidra li oggett partikolari fl-inventarju
m’ghadux fi stat tajjeb jew m’ghadx hemm uzu tieghu, hu ghandu jinforma b’dan
lid-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni u wara, fl-ewwekl laqgha ta’ kull xahar tal-
Kunsill jitlob l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jiddistruggi jew jehles minn dan l-
oggett b’kull mod iehor. Id-decizjoni tal-Kunsill li tawtorizza dan ghandha titnizzel
fil-minuti u tigi komunikata lid-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni. Jekk ma tasalx
kontro-ordni minghand id-Direttur Generali fi zmien ghaxart ijiem, dak l-oggett ikun
distrutt jew imnehhi b’mod iehor. Nota li turi car it-trasferiment ghandha mbaghad
tiddahhal fl-inventarju.
2. Finanzi
2.1. Il-Kunsill ta’ skola ghandu jircievi somma annwali minghand id-Direttur
Generali ta’ l-Edukazzjoni ekwivalenti ghall-ammont ta’ flus imhallas mill-
kuntrattur relattiv ghall-koncessjoni tat-tuck shop ghal dik is-sena, izda li minnha
jkun tnaqqas proporzjon li jinzamm ghall-iskop li jipprovdi sussidju lill-iskejjel
b’tuck shops li ma jhallux daqshekk qligh jew lill-iskejjel li ma ghandhomx tuck
shop.
2.2. Ikun fid-diskrezzjoni tal-Kunsill ta’ skola li jorganizza bi qligh attivitajiet
bl-iskop li jzid ir-rizorsi tieghu, sakemm dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mad-
dinjita  ta’ istituzzjoni edukattiva.
2.3. Is-Segretarju-Tezorier tal-Kunsill ta’ skola ghandu jizgura li tinzamm
dokumentazzjoni adekwata ta’ kull transazzjoni finanzjarja. Din id-dokumentazzjoni
ghandha bazikament tikkonsisti fi -
(i) cash book li fih jiddahhlu immedjatament il-pagamenti u l-ircevuti
kollha;
(ii) ledger li fih jidhlu counter entries fil-kontijiet differenti ghall-iskop ta’
klassifikazzjoni ta’ nfiq. (Ezempji ta’ klassifikazzjoni: Kotba moghtija
bhala premjijiet, manutenzjoni, apparat specjali, attivitajiet skolastici,
ecc.).
2.4. Ghalkemm din id-dokumentazzjoni hija msemmija ghaliex hi meqjusa bhala
l-minimu necessarju halli l-Kunsill ta’ skola jkun f’posizzjoni li kull sena jaghti
rendikont adekwat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni kif mahsub fl-artikolu 24(c) ta l-
Att dwar l-Edukazzjoni, il-Kunsill jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, ibiddel dawn l-
arrangamenti sakemm:
(i) id-dokumentazzjoni li tinzamm hi adekwata biex tissodisfa l-htigiet ta’
l-Att dwar l-Edukazzjoni, u
(ii) ikunu bizzejjed biex juru, f’kull hin, il-posizzjoni finanzjarja tal-Kunsill
ta’ skola.
Wiehed ghandu jinnota wkoll li kotba ufficjali ta’ l-ircevuti fornuti mid-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u li jintuzaw ghall-gbir ta’ fondi pubblici (bhal hlas
ghal kotba mitlufa) ma ghandhom qatt jintuzaw ghal transazzjonijiet ta’ Kunsill ta’
skola. Bhala regola, fondi pubblici ma ghandhom qatt jigu depozitati fil-kont
bankarju tal-Kunsill ta’ skola. L-unika eccezzjoni li tezisti bhalissa hi l-flus imprest
li l-iskola tircievi mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni ghal manutenzjoni ordinarja ta’
l-iskola. Dawn il-fondi jkunu depozitati fil-kont bankarju tal-Kunsill ghal skopijiet
KUNSILLI TA’ SKOLA g L.S.327.43 9
ta’ sigurezza biss u jitqiesu bhala fondi pubblici.
2.5. Is-Segretarju-Tezorier ghandu jizgura li flus kontanti fl-iskola ghandhom
jinzammu mill-inqas bhala sigurezza. Malli jinghataw xi flus  ghandhom isiru
arrangamenti biex jinfetah kont bankarju ma l-iktar Bank vicin ta l-iskola f’isem il-
Kunsill ta’ skola u kull pagament (barra dawk ta’ somom zghar hafna) ghandhom
isiru b’cekk biz-zewg firem flimkien tal-:
(i) President u
(ii) tas-Segretarju/Tezorier.
2.6. Id-dokumentazzjoni finanzjarja tal-Kunsill ta’ skola ghandha tkun f’kull
zmien disponibbli ghall-ispezzjoni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jew ir-
rapprezentanti tieghu.
2.7. Ir-rapport li ghandu jinghata lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni skond l-artikolu
24(c) ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni ghandu jinkludi:
(i) il-kont tad-dhul u nfiq u balance sheet;
(ii) rendikont mill-Bank li jkopri l-perijodu kollu u li jivverifika l-bilanc
bankarju tal-kontijiet;
(iii) lista tad-donazzjonijiet kollha rcevuti mill-iskola minn eghjun barranin
tul is-sena skolastika miflija.
3. Akkwisti
3.1. Kull xiri ta’ oggetti u, jew akkwist ta’ servizzi mill-Kunsill ta’ skola bl-uzu
tal-fondi li ghandu ghad-disposizzjoni tieghu ghandu jsir b’konformita  ma’ dawn ir-
regoli:
(i) Il-Kunsill ta’ skola jista’ jonfoq sa Lm100 minghajr talha ghall-offerti.
(ii) Infiq ta’ aktar minn Lm100 sa Lm500 jista’ jsir mill-Kunsill ta’ skola
wara li ssir sejha formali ghall-offerti, li ghandhom jinfethu u jkunu
aggudikati mill-Kunsill jew ghallinqas minn tliet membri tal-Kunsill
delegati ghal dan il-ghan, u li wiehed minnhom ikun is-Segretarju-
Tezorier.
(iii) Infiq ta’ aktar minn Lm500  sa Lm1,000 ghandu jsir bl-istess procedura
li tinsab fil-paragrafu (ii); izda d-decizjoni ghandha tintbaghat ghall-
approvazzjoni tad-Direttur Generali ta’ l-Edukazzjoni qabel ma jsir xi
ftehim definittiv.
(iv) Ghal infiq ta’ aktar minn Lm1,000 ghandhom jinghataw l-
ispecifikazzjonijiet dettaljati ta’ l-oggetti/servizzi mehtiega lid-Direttur
Generali ta’ l-Edukazzjoni li mbaghad jaghmel l-arrangamenti biex
tohrog sejha dipartimentali jew tat-Tezor ghal tenders.
3.2. Kull dokumentazzjoni li ghandha x’taqsam ma’ l-ghotja ta’ l-offerti ghandha
tinzamm b’attenzjoni u tkun disponibbli ghall-ispezzjoni f’kull hin kif stipulat fil-
paragrafu 2.6 dwar dokumentazzjoni ta’ kontijiet.
