KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A. g L.S.327.68 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.68
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN HUMAN RESOURCE 
DEVELOPMENT - M.A.
16 ta’ April, 1996
L-AVVIZ LEGALI 67 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Master of Arts in Human Resource
Development - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord tal-Fakulta " ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Ekonomija,
il-Management u l-Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts in Human Resource
Development - M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors ta’ studji u ricerka li jwassal ghall-Grad
ta’ Master of Arts in Human Resource Development - M.A.
Applikabilita .
f’Ottubru 1994 jew wara.
Kwalifiki ghad-
dhul.
3. (1) Kandidati ghad-dhul fil-kors ghandhom ikunu:
(a) persuni li ghandhom grad universitarju b’First jew
Second Upper Class Honours f’suggett rilevanti
approvat mill-Bord tal-Fakulta  ghal dan il-ghan; jew
(b) persuni li ghandhom grad universitarju jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Bord tal-Fakulta  ghall-
iskop tad-dhul f’dan il-kors kif ukoll mhux anqas minn
erba’ snin esperjenza ta’ xoghol f’livell superjuri
f’qasam ta’ responsabbilita  fir-rizorsi umani.
(2) Qabel ma jigu ammessi biex jirregistraw ghall-kors l-
applikanti kollha iridu jigu approvati mill-Bord tal-Fakulta  bir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ Studji kostitwit taht ir-regolament 5
bhala li ghandhom it-tahrig, l-gharfien u l-hila mehtiega biex
isegwu l-kors bi profitt.
It-tul tal-kors.
(2) F’cirkostanzi eccezzjonali kandidat jista’ jigi permess mill-
Bord tal-Fakulta  biex itemm il-programm tal-kors fi zmien ta’
mhux aktar minn tliet snin mir-registrazzjoni.
(3) Kandidat jista’, bil-permess tal-Bord tal-Fakulta , jirregistra
fuq bazi part-time izda f’kull kaz dan il-kandidat ghandu jaghmel
mill-anqas l-ewwel semestru tal-kors fuq bazi ta’ studju full-time.
Kull perijodu sussegwenti mghoddi fi studju part-time ghandu jigi
kkonsidrat bhala ekwivalenti ghall-nofs l-istess perijodu ta’ studju
full-time kif specifikat fis-subregolamenti (1) u (2).
2 L.S.327.68 h
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A.
Kors ta’ studji. 5. (1) Il-kors ghandu jkun maqsum f’zewg partijiet, l-Ewwel
Parti u t-Tieni Parti, u ghandu jikkonsisti f’taqsimiet studju,
esperjenza prattika, dissertazzjoni u l-Ezamijiet Finali.
(2) L-Ewwel Parti ghandha normalment issir fl-ewwel sena
tal-kors li fiha l-kandidati kollha ghandhom jiksbu mhux anqas
minn ghoxrin kredtu fl-oqsma li gejjin:
(a) Strategic Human Resource Management
(b) Organisational Culture and Change
(c) In-Nies u x-Xoghol
(d) Relazzjonijiet ma’ l-Impjegati
(e) Tahrig u Zvilupp
(f) Oqsma ohra elettivi specifikati mill-Bord tal-Fakulta
minn zmien ghal zmien.
(3) It-taqsimiet studju specifici u l-prerekwiziti kollha
ghandhom jigu ddeterminati mill-Bord tal-Fakulta  fil-bidu ta’ kull
kors.
(4) Kandidat li ma jiksibx kredtu f’xi wahda mit-taqsimiet
studji ghandu jinghata l-permess biex jaghmel riparatorju darba
wahda biss. Fir-rivalutazzjoni l-kredtu tal-kandidat jinghata l-grad
jew D jew Wehel.
(5) It-Tieni Parti ghandha ssir normalment matul it-tieni sena
tal-kors li fiha l-kandidat ghandu:
(a) joqghod ghall-perijodu ta’ esperjenza prattika taht
supervizjoni fir-Rizorsi Umani ghal zmien ta’ mhux
anqas minn sitt xhur f’ambjent approvat ta’ xoghol; u
(b) jikteb dissertazzjoni ta’ bejn 30,000 u 50,000 kelma
fuq suggett approvat mill-Bord tal-Fakulta .
(6) Il-Bord ta’ Studji ghandu jigi mahtur mill-Bord tal-Fakulta
minn fost il-membri ta’ l-istaff akkademiku u ghandu jkun kompost
minn Chairman, Koordinatur tal-kors u zewg membri ohra. Il-
funzjonijiet tieghu ghandhom ikunu li jaghmel
rakkomandazzjonijiet lill-Bord tal-Fakulta  dwar id-dhul tal-
kandidati u in generali dwar l-amministrazzjoni u tmexxija tal-kors.
Ghandu wkoll jahtar konsulent akkademiku ghal kull kandidat
matul it-Tieni Parti tal-kors.
(7) Il-konsulent akkademiku ghandu jehtieg li l-kandidat
jirraporta lilu kull meta jhossu necessarju u ghandu jirraporta lill-
Bord ta’ Studji u mbaghad lill-Bord tal-Fakulta  kull kandidat li l-
progress tieghu hu jikkonsidra mhux sodisfacenti.
(8) Id-dissertazzjoni ghandha tkun fuq suggett approvat mill-
Bord tal-Fakulta  u ghandha tkun jew rapport ta’ ricerka originali
jew espressjoni ordinata u kritika fuq data ezistenti. Din ghandha
tkun miktuba, ttajpjata u llegata skond il-kriterji stabbiliti mill-
Bord tal-Fakulta  ghal dan il-ghan.
(9) Kandidat li wara li jigi debitament ammonit bil-miktub
jibqa’ jippersisti li jfalli lectures u/jew tutorials jew b’xi mod iehor
ma jaqdix id-dmirijiet akkademici tieghu minghajr gustifikazzjoni
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A. g L.S.327.68 3
xierqa jista’ jigi mwaqqaf milli jkompli l-kors mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakulta .
Ezamijiet finali.
kredti mehtiega, il-kandidat ghandu joqghod ghall-ezamijiet finali
miktubin.
(2) L-Ezamijiet finali miktubin ghandhom jikkonsistu f’erba’
karti u l-kandidat ghandu jghaddi minnhom kollha sabiex ikun
jista’ jkompli ghat-Tieni Parti tal-kors.
(3) Kandidati li jehlu minn mhux aktar minn zewg karti fl-
ezamijiet finali miktubin jistghu jinghataw il-permess joqghodu
ghall-ezami riparatorju fis-sessjoni li jmiss fil-karta jew karti li
jkun wehel. Kandidati jistghu jirrepetu l-ezamijiet finali darba biss.
(4) Wara li jtemmu l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-kors il-
kandidati ghandhom jissottomettu d-dissertazzjoni biex tigi
ezaminata.
(5) Jista’ wkoll isir ezami viva voce fuq id-dissertazzjoni.
Rizultati finali.
f’konsiderazzjoni dak kollu li jkun ghamel il-kandidat fl-ezamijiet
finali miktubin, fid-dissertazzjoni u fit-taqsimiet studju.
(2) Kandidati li jtemmu b’success il-kors ghandhom
jikkwalifikaw ghall-Grad u l-ismijiet taghhom ghandhom jigu
ppubblikati f’ordni alfabetiku u klassifikati kif gej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
