KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. g L.S.327.79 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.79
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GHALL-GRAD 
TA’ DOCTOR OF LAWS - LL.D.
31 ta’ Jannar, 1997
L-AVVIZ LEGALI 9 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avvizi Legali 179 ta’ l-
1997, 52 ta’ l-1998, 115 ta’ l-2000 u 37 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
il-Kors ghall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  tal-Ligi;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D;
"il-kors" ifisser il-kors ghall-grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.
Applikabilita .
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
1997;
A..L. 52 ta’ l-1998;
A.L. 115 ta’ l-
2000;
A.L. 37 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw ghall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eligibbilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jinghata l-Grad, kandidat ghandu:
(a) jkun registrat bhala student matrikolat skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-ezamijiet u
jissodisfa rrekwiziti l-ohra kollha kif hawn imnizzel
f’dawn ir-regolamenti; u
(c) jissodisfa r-rekwiziti l-ohra ko1lha mnizzlin fi statuti u
f’regolamenti rilevanti ohra ta’ l-Universita .
Rekwiziti specjali 
ghall-kors.
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
1997;
A.L. 37 ta’ l-2002.
4. (1) Biex kandidat jirregistra ghall-kors jehtieg li, barra li
jissodisfa l-kondizzjonijiet kif imnizzla fir-Regolamenti ghad-Dhul
ta’ l-Universita , jissodisfa dawn ir-rekwiziti specjali ghall-kors:
(a) ikun kiseb il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Legal and
Humanistic Studies mill-inqas fil-kategorija IIB;
(b) ikun kiseb mill-inqas 54 kredtu fil-qasam tal-Ligi u
jghaddi mill-ezamijiet finali f’dan il-qasam b’medja
ta’ mill-inqas Grad C; u
(c) ikun ghadda fl-Ingliz u fil-Malti fil-Livell Intermedju
jew oghla:
Izda l-istudenti li bdew l-istudji taghhom ghall-
Ezami ghac-Certifikat tal-Matrikola f’Ottubru 2001
ma jkunux mehtiega jkollhom dawk il-kwalifiki.
(2) Il-Bord jista’ jirrakkomanda d-dhul ta’ applikant li mhux
cittadin Malti u li m’ghandux kwalifiki fl-Ingliz u/jew fil-Malti fil-
2 L.S.327.79 h
KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D.
Livell Intermedju jew oghla, sakemm ikun sodisfatt li l-applikant
huwa proficjenti fil-lingwa Ingliza fl-livell ekwivalenti.
(3) Kandidat li hu gradwat ta’ Universita , jew li ghandu
kwalifiki ohra li huma meqjusa sufficjenti, jista’ jigi ezentat mill-
Bord tad-Dhul, bil-parir tal-Kumitat tad-Dhul tal-Fakulta , minn
kull rekwizit specjali ghall-kors jew minn uhud minnhom.
(4) Kandidati bil-grad ta’ B.A. in Legal and Humanistic
Studies li ma jkollhomx ir-rekwiziti necessarji biex jirregistraw
ghall-kors skond it-termini tas-subregolament (1)(a) u (b), kif ukoll
kandidati li jkollhom grad iehor fil-ligi barra mill-B.A. in Legal and
Humanistic Studies li jkun ikkonsidrat mill-Bord bhala ta’ livell
ekwivalenti, jistghu jithallew mill-Bord jirregistraw ghal sena ta’
studji ta’ kwalifika li fi tmiem taghha huma jkunu mitluba jaghmlu
ezamijiet finali fis-suggetti tal-Ligi li jkunu studjaw matul is-sena
ta’ kwalifika. Dawn il-kandidati jsiru eligibbli biex jidhlu fil-kors li
jwassal ghall-grad ta’ Doctor of Laws jekk jghaddu mill-ezamijiet
finali u jgibu medja ta’ Grad C f’dawn l-ezamijiet.
L-istruttura tal-
kors.
5. (1) Il-programm ta’ studju jinfirex fuq tliet snin u jkun
maqsum f’zewg partijiet: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti.
(2) Il-Bord jista’ jehtieg li l-kandidati jirregistraw qabel kull
sena tal-kors f’dawk it-taqsimiet studju indikati minnhom.
(3) Il-Bord ghandu jfassal skeda ta’ taqsimiet studju u l-kredti
assenjati lil kull wahda. Il-Bord jista’ jemenda din l-iskeda minn
zmien ghall-iehor, kif jifhem li ghandu jsir, bil-kondizzjoni li dan
isir qabel il-bidu tas-sena akkademika.
(4) Il-Bord jista’ jezenta kandidat mill-htiega li jikseb kredtu
jekk hu jkun kiseb minn l-Universita , jew minn istituzzjoni
maghrufa mis-Senat ghal dan il-ghan, kwalifika li l-istudju ghaliha,
fil-fehma tal-Bord, ikun ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell ghall-
istudju mehtieg tal-kredtu li jkun.
L-Ewwel Parti. 6. (1) L-Ewwel Parti ghandha tinfirex fuq l-ewwel erba’
semestri tal-kors. Biex itemm l-Ewwel Parti tal-kors, kandidat irid
jikseb minimu ta’ 55 kredtu, li minnhom mill-inqas 27 iridu jkunu
ttiehdu fl-ewwel zewg semestri.
(2) Kandidat li ma jiksibx in-numru minimu tal-kredti fl-
ewwel zewg semestri ma jithalliex ikompli s-semestru li jkun imiss.
(3) Kandidat li jikseb in-numru minimu ta’ kredti skond is-
subregolament (1) ghandu jithalla joqghod ghall-ezamijiet finali
fit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti.
(4) Kandidat li ma jiksibx in-numru mehtieg ta’ kredti jew li
jehel fl-ezamijiet finali ma jithalliex ikompli t-Tieni Parti tal-kors,
bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 12.
It-Tieni Parti. 7. It-Tieni Parti tikkonsisti minn taqsimiet studju li ghalihom
mhux anqas minn 10 kredti jkunu assenjati flimkien mas-
sottomissjoni ta’ tezi u ezami orali finali fuq is-suggett taghha izda
l-ebda kandidat ma jista’ jissottometti t-tezi tieghu lill-Bord qabel
ma jkun approvat fl-ezamijiet finali fi tmiem l-Ewwel Parti tal-
kors.
KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. g L.S.327.79 3
Progress.
mill-oghla sa l-inqas mertu: A, B, C, D u F, fejn F turi li Wehel.
(2) Kandidat li ma jirnexxilux jikseb kredtu ghal taqsima
studju ghandu jithalla jaghmel riparatorju wiehed biss. Fir-
rivalutazzjoni l-istudent ghandu jinghata l-grad ta’ "D" jew "F".
L-ezamijiet finali.
Emendat:
A.L. 115 ta’ l-
2000.
9. (1) L-ezamijiet finali ghandhom isiru fit-tmiem ta’ l-
Ewwel Parti tal-kors, normalment f’Gunju, u ghandhom ikunu
maghmula minn karta wahda f’kull wiehed mis-suggetti studjati,
sakemm li, l-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghal xi karta, kull meta jidhirlu
li jkun xieraq, jista’ jehtieg li xi kandidat jew kandidati joqoghdu
ghal ezami viva voce ukoll.
(2) Biex jissodisfa r-rekwiziti ta’ l-ezamijiet finali, kandidat
irid jghaddi minn kull suggett.
(3) Kandidat li jehel f’suggett wiehed jew aktar ghandu jithalla
jaghmel riparatorju f’Settembru fis-suggett jew suggetti li jkun
wehel fihom.
(4) Il-marka jew grad miksuba f’ezami supplimentari tkun il-
minima, jew Wehel.
(5) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu johrog avviz li jsejjah
lill-istudenti ghall-ezami viva voce mill-inqas tliet ijiem qabel l-
ezami viva voce.
It-tezi.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1998.
10. (1) Is-suggett tat-tezi msemmija fir-regolament 7 ghandu
jkun sottomess mill-kandidat ghall-approvazzjoni tal-Bord f’xi
zmien wara li l-kandidat ikun dahal fil-kors izda, hlief ghal raguni
tajba u sufficjenti ghas-sodisfazzjoni tal-Bord, mhux aktar tard
minn tmiem ir-raba’ semestru tal-kors.
(2) Il-Bord, wara li japprova s-suggett tat-tezi, ghandu jahtar:
(a) tutur li jmexxi u jissorvelja x-xoghol tal-kandidat; u
(b) Bord ta’ l-Ezaminaturi maghmul minn tliet persuni
biex jezaminaw it-tezi.
(3) Kandidat jista’ jissottometti t-tezi tieghu ghall-
approvazzjoni tal-Bord tal-Fakulta  wara li jkun temm l-Ewwel
Parti.
(4) Kandidat li, ghal raguni li titqies gustifikata mill-Bord tal-
Fakulta , ma jissottomettix it-tezi sa tmiem is-sitt semestru tal-kors,
jista’ jissottomettiha ghall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakulta  fi
zmien sentejn wara l-ahhar sena. Dan iz-zmien ta’ sentejn jista’ jigi
mtawwal mis-Senat ghal raguni tajba u sufficjenti.
(5) It-tezi ghandha tkun xoghol originali dwar is-suggett
approvat jew kontribut iehor lill-gherf ta’ dan is-suggett, u li juri li
l-kandidat ghamel tiftix suffic jenti ghal dan il-ghan.
(6) It-tezi ghandha tkun ipprezentata fil-format, tkun ta’ tul u
sottomessa f’ghadd ta’ kopji skond kif il-Bord tal-Fakulta  jista’
jindika fid-direttivi tieghu. Il-Bord tal-Fakulta  jista’ ukoll jitlob
lill-istudenti jissottomettu kopja tat-tezi f’format li jinqara
elettronikament miftiehem minn qabel.
(7) Il-kandidat meta jissottometti t-tezi, ghandu jiffirma
dikjarazzjoni fejn jghid li din hi x-xoghol personali tieghu u jghid
4 L.S.327.79 h
KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D.
espressament jekk kinitx sottomessa qabel jew hix qieghda tkun
sottomessa fl-istess zmien bhala kandidatura ghal xi grad jew
diploma ohra. F’dan il-kaz l-istudent ghandu jghid ukoll liema parti
kienet jew qieghda tigi hekk sottomessa u l-Bord tal-Fakulta  jkollu
l-jedd li jiddeciedi jekk jaccettax din it-tezi jew le.
(8) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu, fi zmien li jista’ jigi
determinat mill-Bord tal-Fakulta , jissottometti rapport lill-Bord tal-
Fakulta  dwar il-merti tat-tezi u dwar jekk tissodisfax ir-rekwiziti
tas-subregolament (5).
(9) Jekk ir-rapport tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi jkun favorevoli,
il-kandidat ikun mistenni jaghmel ezami orali finali quddiem
Kumitat tal-Bord tal-Fakulta . Dan il-Kumitat ghandu jkun
maghmul mill-membri tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi mahtura biex
jezaminaw it-tezi u mill-membri tal-Bord tal-Fakulta . Il-kworum
ta’ laqghat ta’ l-imsemmi Kumitat ghandu jkun maghmul minn
zewg membri tal-Bord ta’ l-Ezaminaturi u zewg membri tal-Bord
tal-Fakulta . Dan il-Kumitat ghandu jitmexxa mid-Dekan tal-
Fakulta  u, fin-nuqqas tieghu, minn Chairman mahtur mill-Kumitat.
(10) Il-Kumitat ghandu jirraporta lill-Bord tal-Fakulta  dwar ir-
rizultat ta’ l-ezami orali msemmi f’dan ir-regolament.
(11) Il-Bord tal-Fakulta , wara li jircievi dan ir-rapport, ghandu
jaghmel arrangamenti sabiex l-ismijiet tal-kandidati li jkunu
kkwalifikaw ghall-Grad jigu ppubblikati fuq notice board ta’ l-
Universita  f’ordni alfabetiku.
Diploma ta’ Nutar 
Pubbliku (N.P.).
11. Kandidati li, skond dawn ir-regolamenti, matul l-ewwel
zewg semestri jiksbu minimu ta’ 25 kredtu fit-taqsimiet studju li
jigu indikati mill-Bord b’dan il-ghan, ikunu jistghu jirregistraw
ghall-ezami biex jiksbu d-Diploma ta’ Nutar PubbIiku u jekk
jghaddu, ikunu intitolati ghal din id-Diploma. Dan l-ezami ghandu
jsir fl-ahhar ta’ dawk iz-zewg semestri u ghandu jithalla jsir
riparatorju fi zmien tliet xhur fis-suggett jew suggetti li jkunu
wehlu fihom.
Dhul mill-gdid fil-
kors.
Emendat:
A.L. 115 ta’ l-
2000.
12. (1) Kandidat li interrompa l-kors ta’ l-istudji tieghu jew
ma kisibx xi kredti mehtiega fl-Ewwel Parti tal-kors jew wehel fl-
ezamijiet finali fl-ahhar ta’ dik il-Parti jista’ jithalla mill-Bord biex
jerga’ jidhol fil-kors f’dik is-sena li l-Bord jidhirlu xieraq, u meta
jaghmel hekk il-Bord jista’ jesigi li dan l-istudent joqghod ghal
ezamijiet ohra, minbarra dawk li huma msemmija fir-regolament
9(1) kif jidhir1u li hu mehtieg.
(2) F’ebda kaz il-kandidat ma jista’ jtemm il-kors ta’ l-istudji
tieghu fi zmien itwal minn erba’ snin, hlief bil-permess specjali tas-
Senat, ghal raguni tajba u sufficjenti.
(3) Kandidati li kienu qed isegwu kors ta’ LL.D. skond ir-
regolamenti li kienu fis-sehh qabel ir-regolamenti prezenti u li
nterrompew il-kors ta’ l-istudji taghhom jew wehlu f’xi sena
partikolari f’xi zmien wara t-tielet sena ta’ dak il-kors, jistghu
jithallew mill-Bord tal-Fakulta  jidhlu fil-kors ghad li dawn l-
kandidati ma jkunux kisbu minn qabel il-grad ta’ B.A. kif imfisser
ir-regolament 4, u dan isir fis-semestru u bil-kondizzjonijiet kif il-
Bord jidhirlu li hu mehtieg.
KORS GHALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. g L.S.327.79 5
Disposizzjoni 
Transitorja.
Mizjud:
A.L. 179 ta’ l-
1997.
13. Ir-regolament 4(3) ghandu japplika ghall-kandidati kollha
li japplikaw biex jirregistraw ghall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
1997 jew wara.
