KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A. g L.S.327.81 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.81
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GHALL-GRAD 
TA’ MASTER OF ARTS IN MARKETING - M. A. - U 
TAL-MASTER OF ARTS IN MARKETING 
EDUCATION - M. A.
18 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIZ LEGALI 37 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
il-Kors ghall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing - M.A. u tal-
Master of Arts in Marketing Education - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord tal-Fakulta " ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Ekonomija,
Management u ta’ l-Accountancy;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji ghall-Grad
mahtur mill-Bord tal-Fakulta ;
"il-Grad" ifisser, skond kif ikun mehtieg fil-kaz, il-Grad ta’
Master of Arts in Marketing - M.A. - u tal-Master of Arts in
Marketing Education - M.A.;
"il-kors" ifisser, skond kif ikun mehtieg fil-kaz, il-kors ta’ studji
u ricerka li jwassal ghall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing -
M.A. - jew ghall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing Education -
M.A.
Applikabilita .
mibdija f’Ottubru 1995 jew wara.
Kwalifiki ghad-
dhul.
3. (1) Kandidati ghad-dhul fil-kors ta’ Master of Arts in
Marketing ghandhom ikunu:
(a) persuni li ghandhom Grad Universitarju bl-Ewwel
Klassi bl-Unuri jew it-Tieni Klassi Superjuri bl-Unuri
f’xi suggett relatat approvat mill-Bord tal-Fakulta  ghal
dan il-ghan; jew
(b) persuni li ghandhom Grad Universitarju bit-Tieni
Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri) jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Universita  ta’ Malta
ghad-dhul f’dan il-kors flimkien ma’ minimu ta’ tliet
snin esperjenza f’livell gholi fil-qasam ta’
responsabbilita  ghall-funzjoni tal-Marketing.
(2) Kandidati ghad-dhul ghall-Master of Arts fil-kors tal-
Marketing Education ghandhom ikunu:
(a) persuni li ghandhom Grad universitarju fl-Ewwel
Klassi bl-Unuri jew it-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima
Superjuri) f’xi suggett relatat approvat mill-Universita
2 g L.S.327.81
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A.
ta’ Malta ghal dan il-ghan; jew
(b) persuni fil-pussess ta’ Grad universitarju jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Universita  ta’ Malta
ghad-dhul f’dan il-kors flimkien ma’ minimu ta’ erba’
snin esperjenza fit-taghlim f’suggett tan-negozju.
(3) Qabel ma jigu ammessi biex jirregistraw ghall-kors l-
applikanti kollha ghandhom jigu approvati mill-Bord tal-Fakulta
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji bhala li ghandhom
kwalifiki, gharfien u kapacitajiet mehtiega biex isegwu l-kors bi
profitt.
Registrazzjoni. 4. Kandidat ghandu jirregistra fuq il-formola preskritta fiz-
zmien specifikat mill-ufficcju tar-Registratur.
Tul tal-kors. 5. (1) It-tul tal-kors ghandu jkun ta’ tnax-il xahar skond il-
kalendarju ta’ studju full-time.
(2) F’cirkostanzi eccezzjonali kandidat jista’ jithalla mill-Bord
tal-Fakulta  jtemm il-programm tal-kors f’perijodu massimu ta’
sentejn wara r-registrazzjoni.
Kors ta’ studju. 6. (1) Il-kors ghandu jikkonsisti f’zewg partijiet: l-Ewwel
Parti u t-Tieni Parti.
(2) L-Ewwel Parti tal-kors ghandha tkun komuni kemm ghall-
Grad tal-Marketing kif ukoll ghall-Marketing Education u ghandu
jestendi fuq zewg semestri akkademici. Dan ikun jikkonsisti
f’taqsimiet studju li ghalihom mhux inqas minn 20 kredtu
ghandhom jigu assenjati fil-moduli li gejjin:
Consumer and Organisational Buying Behaviour
Marketing Research
The Components of Marketing
Media Production & Management
Specialised Marketing
Marketing Strategy.
(3) It-Tieni Parti tal-kors li jwassal ghall-Grad fil-Marketing
ghandu jikkonsisti fi progett ta’ ricerka taht supervizjoni jew
dissertazzjoni taht supervizjoni fuq suggett approvat li ghalihom
ghandhom jigu moghtija mhux inqas minn 6 kredti.
(4) It-Tieni Parti tal-kors li jwassal ghall-Grad fil-Marketing
Education ghandu jikkonsisti f’zewg taqsimiet studju fil-
pedagogija fil-Marketing li ghalihom mhux inqas minn 3 kredti
ghandhom jigu moghtija u dissertazzjoni bil-miktub fuq suggett
approvat li ghaliha mhux inqas minn 3 kredti ghandhom jigu
moghtija.
(5) Katalogu ta’ taqsimiet studju u tal-kredti moghtija ghal
kull taqsima studju ghandu jigi ppubblikat qabel il-bidu ta’ kull
semestru. Uhud mit-taqsimiet studju jistghu jkunu ndikati bhala
obbligatorji u ohrajn bhala li jistghu jinghazlu. It-taqsimiet studju
jistghu jinvolvu xoghol prattiku taht supervizjoni. Dan ix-xoghol
prattiku ghandu jkun ikkonsidrat bhala komponent essenzjali tal-
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A. g L.S.327.81 3
kors li ghalih ghandhom jigu moghtija kredti.
Valutazzjoni 
kontinwa.
7. (1) Il-kandidati ghandhom jigu vvalutati fit-taqsimiet
studju li ghamlu skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Fakulta .
(2) Dawn il-gradi ghandhom jigu wzati fl-ghoti tal-kredti: A,
B, C, D u F, li jibda mill-oghla mertu u jasal sa l-inqas fejn F
tindika li kandidat ikun wehel.
(3) Kandidat li jehel f’xi kredtu jista’ jithalla jerga’ jigi
vvalutat darba biss. Fil-kaz ta’ rivalutazzjoni l-grad massimu li
jista’ jikseb kandidat huwa D.
Attendenza.
persistentement milli jattendi l-lectures u/jew it-tutorials jew b’xi
mod iehor ma jaqdix id-dmirijiet akkademici minghajr
gustifikazzjoni, jista’ jigi eskluz mis-Senat, wara rikomandazzjoni
mill-Bord tal-Fakulta , milli joqghod ghal wiehed jew aktar mill-
ezamijiet.
Ezamijiet.
minimu ta’ ghoxrin kredtu kandidat ghandu joqghod ghall-ezami
finali bil-miktub.
(2) L-ezami finali bil-miktub ghandu jikkonsisti f’erba’ karti,
li wahda minnhom tkun tista’ tittiehed id-dar.
(3) Biex jissodisfa l-htigiet ta’ l-ezami finali bil-miktub
kandidat ghandu jikseb grad li ghadda fl-erba’ karti kollha.
(4) Kandidati li jehlu f’karta wahda biss fl-ezami finali bil-
miktub ikunu jistghu jaghmlu ezami riparatorju ta’ dik il-karta
f’data li tigi deciza mill-Bord tal-Fakulta . Kandidati li ma jghaddux
f’mhux iktar minn tliet karti ta’ l-ezami finali bil-miktub jistghu
jithallew mill-Bord tal-Fakulta  li joqoghdu ghall-ezami riparatorju
ta’ l-ezami finali bil-miktub kollu f’data li ma tkunx aktar tard
minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rizu1tati, u li tkun deciza
mill-Bord tal-Fakulta . Il-kandidati jistghu jaghmlu l-ezami
riparatorju ta’ l-ezami finali bil-miktub darba biss u l-grad massimu
li jista’ jinkiseb fl-ezami riparatorju huwa l-grad D.
Progett/
Dissertazzjoni.
10. (1) Matul it-Tieni Parti tal-kors il-kandidati li qed
jistudjaw ghall-Grad fil-Marketing jinhtiegu li jaghmlu progett ta’
ricerka jew dissertazzjoni iffokati fuq il-marketing.
(2) Il-kandidati li qed jistudjaw ghall-Grad fil-Marketing
Education ikunu mehtiega li jaghmlu dissertazzjoni li ghandha tkun
iffokata fuq l-edukazzjoni jew fuq il-marketing. Dawk li jaghzlu
qasam wiehed jinhtiegu li juru l-konnessjonijiet u l-
implikazzjonijiet ghall-qasam l-iehor.
(3) Is-supervizur ghandu jigi appuntat mill-Bord tal-Fakulta
ghal kull progett jew dissertazzjoni. Is-supervizur ghandu jehtieg li
l-kandidat jirrapporta ghandu tant spiss kemm jidhirlu bzonjuz u
ghandu jirrapporta lill-Bord ta’ l-Istudji u wara lill-Bord tal-
Fakulta  kull kandidat li l-progress tieghu huwa kkunsidrat mhux
sodisfacenti.
(4) Kandidati li qeghdin jistudjaw ghall-Grad fil-Marketing
ghandhom jissottomettu t-titolu propost u l-linji tal-progett jew
4 g L.S.327.81
KORS GHALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A.
dissertazzjoni ghal-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakulta  mhux aktar
tard mill-ahhar tas-seba’ xahar tal-kors.
(5) Kandidati li qeghdin jistudjaw ghall-Grad fil-Marketing
Education ghandhom jissottomettu t-titolu u l-linji tad-
dissertazzjoni ghall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakulta  mhux aktar
tard mill-ahhar tad-disa’ xahar tal-kors.
(6) Il-progett jew id-dissertazzjoni ghandhom jissodifaw il-
Bord tal-Fakulta  f’dak li jirrigwarda format u prezentazzjoni.
(7) Il-progett jew dissertazzjoni li ghandhom jigu sottomessi
skond is-subregolament (4) ghandhom ikunu minn 15,000 sa
20,000 kelma fit-tul (eskluzi titoli, tabelli, riferenzi u
appendicijiet). Id-dissertazzjoni li ghandha tigi sottomessa taht is-
subregolament (5) ghandha tkun minn 10,000 sa 15,000 kelma fit-
tul (eskluzi titoli, tabelli, riferenzi u appendicijiet). Il-Bord tal-
Fakulta  jista’ jestendi t-tul tal-progett jew dissertazzjoni fuq ir-
rakkomandazzjoni tas-supervizur.
(8) Il-progett jew dissertazzjoni ghandhom jigu sottomessi fil-
forma finali taghhom mhux aktar tard mit-tnax-il xahar mill-bidu
tal-kors sakemm ma tinghatax estensjoni mill-Bord tal-Fakulta .
(9) Jista’ jsir ukoll ezami viva voce fuq il-progett jew
dissertazzjoni.
(10) Wiehed li jehel fil-progett jew dissertazzjoni jista’ jigi
mehtieg jerga jissottometti l-progett jew dissertazzjoni mill-gdid
jew jigi kkunsidrat li wehel fihom ghal kollox skond il-gravita  tan-
nuqqas tieghu. Id-decizjoni f’dan ir-rigward ghandha tittiehed mill-
Bord tal-Fakulta  fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
Il-klassifikazzjoni 
finali.
11. (1) Il-klassifikazzjoni finali ghall-Grad fil-Marketing tkun
ibbazata fuq:
(a) it-taqsimiet studju - 40 fil-mija
(b) ezami finali bil-miktub - 30 fil-mija
(c) il-progett/dissertazzjoni - 30 fil-mija.
(2) Il-klassifikazzjoni finali ghall-Grad fil-Marketing
Education ghandha tkun ibbazata fuq:
(a) it-taqsimiet studju - 50 fil-mija
(b) l-ezami finali bil-miktub - 30 fil-mija
(c) il-progett/dissertazzjoni - 20 fil-mija.
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jghaddu ghall-Grad ghandhom
ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f zewg kategoriji:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
