KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A. g L.S.327.95 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.95
REGOLAMENTI GHALL-KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIZ LEGALI 193 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviz Legali 233 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Grad ta’ Master of Arts in Financial Services - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  tal-Ligi;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts in Financial Services
- M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad ta’ Master of Arts in
Financial Services - M.A.
Applikabilita.
Emendat:
A.L. 233 ta’ l-
2000.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw ghall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. L-amministrazzjoni tal-kors ghanda tkun fdata f’Bord ta’
Studji mwaqqaf mis-Senat u normalment kompost minn membri
proposti mill-Bord tal-Fakulta  tal-Ligi u mill-Bord tal-Fakulta  ta’ l-
Ekonomija, il-Management u l-Accountancy u minn zewg studenti
eletti minn u fost l-istudenti tal-kors.
Eligibilta  ghall-
Grad.
4. Biex ikun jista’ jinghata l-Grad kandidat ghandu -
(a) jkun registrat bhala student regolari skond ir-
Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita ;
(b) jissodisfa kull rekwizit specjali ta’ kwalifikazzjoni
ghad-dhul fil-kors;
(c) itemm il-kors ta’ l-istudji, jghaddi fl-ezamijiet u
jissodisfa kull rekwizit iehor preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwizit iehor preskritt fi statuti u
regolamenti rilevanti ohra ta’ l-Universita .
Rekwiziti specjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 233 ta’ l-
2000.
5. (1) Biex jigu mdahhla fil-kors, kandidati ghandhom ikunu
fil-pussess ta’ wahda mill-kwalifiki li gejjin:
(a) il-Grad ta’ LL.D jew id-Diploma ta’ Nutar Pubbliku;
jew
(b) grad ta’ Bachelor in Accountancy jew Banking and
Finance ghall-inqas fit-tieni klassi bl-unuri; jew
(c) kwalifiki professjonali fl-Accountancy jew fl-
Accountancy u l-Auditing rikonoxxuti mill-Universita
ghal dan il-ghan, jew xi kwalifiki professjonali ohra li
2 L.S.327.95 h
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
hum kkonsidrati ekwivalenti ghall-ewwel grad moghti
minn l-Universita  ta’ Malta, flimkien ma’ mill-inqas
seba’ snin esperjenza f’pozizzjoni gholja f’qasam
relatat mal-kamp tas-servizzi finanzjarji; jew
(d) kwalifiki ekwivalenti f’qasam relatat minn l-
Universita  ta’ Malta jew Universita  ohra maghrufa
mill-Universita  ta’ Malta ghal dan il-ghan.
(2) Id-dhul ta’ kandidat jista’ jkun taht kondizzjoni ta’
intervista u, fil-kaz ta’ kandidati li m’ghandhomx l-LL.D jew il-
B.A. (Hons.) in Accountancy jew B.A. (Hons.) in Banking and
Finance, il-Bord jista’ jimponi rekwiziti addizzjonali li fost
affarijiet ohra kandidat ikun mehtieg isegwi programm ta’ studji
preparatorji u jghaddi minn ezami ta’ kwalifika qabel ma jirregistra
ghall-kors.
Tul tal-kors. 6. Il-kors jinfirex fuq sena akkademika ta’ studji full-time
segwit minn perijodu ta’ mhux izjed minn sitt xhur li fihom il-
kandidati jkunu mehtiega jtemmu dissertazzjoni, izda bil-permess
tal-Bord kandidat jista’ jaghzel li jistudja ghall-Grad fuq bazi part-
time f’liema kaz kull perijodu li fih l-istudju jsir part-time ghandu
jitqies li jiswa nofs il-perijodu ta’ studju full-time.
Kors ta’ studji. 7. Sabiex itemmu l-kors il-kandidati ghandhom jiksbu mhux
inqas minn tnax-il kredtu. Ghallinqas tmien kredti ghandhom ikunu
fil-core subjects, tliet kredti ghandhom jinghazlu mill-lista elettiva
ta’ taqsimiet studju fil-qasam tal-ligi u kredtu wiehed mil-lista
elettiva ta’ taqsimiet studju fil-qasam tal-finanzi. Barra minn dan
il-kandidati ghandhom itemmu dissertazzjoni approvata skond ir-
regolament 9.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju li jikkomprendi s-suggetti
core u dawk elettivi, bil-kredti moghtija lil kull taqsima, ghandu
jigi ppublikat qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika. Kandidat ma
ghandux jirregistra ghal aktar minn erbatax-il kredtu.
Valutazzjoni u 
ezamijiet.
8. (1) Kull taqsima studju ghandha tigi valutata fuq ix-xoghol
tal-kors u/jew minn tests ta’ valutazzjoni.
(2) Ezamijiet komprensivi li jkunu maghmula minn erba’ karti
ta’ tliet sieghat il-wahda ghandhom isiru fi tmiem l-ewwel sena u
fil-kaz ta’ kandidati part-time fi tmiem it-tieni sena.
(3) Kredti ghall-valutazzjoni tax-xoghol tal-kors u tat-tests ta’
kull taqsima studju u l-gradi fil-karti ta’ l-ezami ghandhom
jinghataw fi gradi A, B, C, D jew F, f’ordni li jinzel mill-oghla
ghall-inqas mertu, fejn F tindika li kandidat wehel.
(4) Kandidat li jehel fil-valutazzjoni tax-xoghol tal-kors jew
tat-test f’wahda jew aktar mit-taqsimiet studju, li ma jkunx aktar
minn erba kredti, ghandu jithalla jerga jissottometti x-xoghol tal-
kors jew jerga jaghmel it-test ta’ valutazzjoni ghat-taqsima jew
taqsimiet studju, li fihom ikun wehel, darba wahda biss, u dan
normalment fi zmien tliet xhur mill-publikazzjoni tar-rizultati tal-
valutazzjoni tax-xoghol tal-kors jew tat-test. F’kazijiet bhal dawn l-
oghla grad li jista’ jinghata ghandu jkun D. Kandidat li ma jiksibx
ta’ lanqas tmien kredti fl-ewwel sessjoni, ghandu jkun ikkonsidrat
li wehel definitivament izda jista’ jithalla jerga’ jibda il-kors darba
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A. g L.S.327.95 3
biss.
(5) Kandidat li jehel f’mhux aktar minn tnejn mill-erba karti
ta’ l-ezami msemmija fis-subregolament (2),jista’ jithalla jerga’
jaghmel il-karta jew karti li wehel darba biss. F’kaz bhal dan l-
oghla grad li jista’ jinghata ghandu jkun D. Kandidat li jehel f’izjed
minn zewg karti ta’ l-ezamijiet fl-ewwel sessjoni jew f’xi karta tar-
riparatorju ghandu jitqies li wehel definitivament izda jista’ jithalla
jerga’ jibda l-kors darba biss.
Id-dissertazzjoni.
(2) Id-dissertazzjoni ghandha tkun ta’ mhux aktar minn 25,000
kelma u ghandha tkun dwar suggett propost mill-kandidat u
approvat mill-Bord. Id-dissertazzjoni ghandha taghti prova ta’
ricrka indipendenti u ghandha tkun kontribut originali lis-suggett.
(3) Kandidat ghandu jissottometti s-suggett tad-dissertazzjoni
ghall-approvazzjoni tal-Bord mhux aktar tard minn sitt xhur mill-
bidu tal-kors. Kandidati part-time ghandhom jissottomettu l-
proposta taghhom mhux aktar tard rninn sitt xhur mill-bidu tat-tieni
sena tal-kors.
(4) Wara li s-suggett tad-dissertazzjoni jigi approvat il-
kandidat ghandu jigi assenjat supervizur li ghandu jigi mahtur mill-
Bord.
(5) Id-dissertazzjoni ghandha tigi sottomessa mhux aktar tard
minn sitt xhur wara li jsiru l-ezamijiet finali msemmija fir-
regolament 8. Kandidati part-time ghandhom jissottomettu d-
dissertazzjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-ezamijiet
finali tat-tieni sena tal-kors taghhom.
(6) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jaghti lill-kandidat
estensjoni tad-data ghas-sottomissjoni tad-dissertazzjoni msemmija
fis-subregolament precedenti ta’ mhux aktar minn sitt xhur.
(7) Id-dissertazzjoni ghandha tigi ezaminata minn Bord ta’
Ezaminaturi mahtur mill-Bord.
(8) Kull kandidat ghandu jissottometti tmien kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjara bil-miktub li d-dissertazzjoni hija xoghol
tieghu u li hi maghmula skond ir-rekwiziti msemmija fis-
subregolament (2).
(9) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi ghandu jigi mlaqqa’ mic-
Chairman biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. Kandidat jista’ jkun
mehtieg jaghmel ezami viva voce sabiex jiddefendi d-dissertazzjoni
tieghu.
(10) Il-Bord ta’ l-Ezaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Jista’ jehtieg il-kandidat li jaghmel korrezzjonijiet jew li jerga’
jikteb mill-gdid id-dissertazzjoni fi zmien stabbilit. Il-Bord ta’ l-
Ezaminaturi jista’ ma japprovax id-dissertazzjoni kollha kemm hi.
(11) Jekk id-dissertazzjoni ma tigix milqugha jew il-
korrezzjonijiet jew il-kitba mill-gdid taghha ma tkunx ikkonsidrata
tajba bizzejjed jew ma tkunx sottomessa fiz-zmien stabbilit il-
kandidat ma jinghatax il-Grad.
Klassifikazzjoni u 
oghti tal-Grad.
10. (1) L-oghti tal-Grad ghandu jigi klassifikat f’Ghadda
4 L.S.327.95 h
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
b’Distinzjoni jew Ghadda skond ir-rizultati kollha. Ghall-finijiet
ta’ klassifikazzjoni l-hidma ta’ kandidat fil-kredti ghandha tiswa
20% tal-piz finali. Il-hidma tal-kandidat fl-ezamijiet ghandha tiswa
50% tal-piz finali, waqt li l-hidma tieghu fid-dissertazzjoni tieghu
ghandha tiswa ghat-30% li jibqa.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifil:aw ghall-Grad
ghandhom jigu ppubblikati f’ordni alfabetiku u fl-ordni tal-
klassifikazzjcni fuq in-notice board ta’ l-Universita .
