GHOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI g L.S.327.96 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.96
REGOLAMENTI GHALL-GHOTJA TAL-KREDTI 
EXTRA-KURRIKULARI
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIZ LEGALI 194 ta’ l-1997.
Titolu.
Ghotja tal-Kredti Extra-Kurrikulari.
Applikabilita .
1995 ’il quddiem.
REGOLAMENTI GHALL-GHOTJA TAL-KREDTI
EXTRA-KURRIKULARI
1. L-istudenti undergraduate kollha huma eligibbli ghall-
kredti (minn hawn ’il quddiem imsejhin kredti extra-kurrikulari)
ghall-attivitajiet maghmula barra mir-rekwiziti kurrikulari tal-kors
li jwassal ghal diploma jew grad li jkunu qed isegwu u li
jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn taht.
2. (a) Mhux aktar minn tliet kredti extra-kurrikulari
ghandhom jitqiesu ghall-ghotja ta’ grad, u mhux aktar
minn kredtu extra-kurrikulari ghandu jitqies ghall-
ghotja ta’ diploma.
(b) Kredtu extra-kurrikulari jista’ jinghata biex jissodisfa
r-rekwiziti tal-kredti fakultativi ta’ kors li jwassal ghal
grad jew diploma.
(c) F’dawk il-korsijiet li mhumiex strutturati fuq is-
sistema ta’ kredti ghal taqsimiet studju, kull kredtu
moghti ghal attivitajiet extra-kurrikulari jitqies 0.5%
tal-marka globali finali ghall-ghanijiet tal-
klassifikazzjoni tal-grad.
(d) Student ma jistax jinghata aktar minn kredtu extra-
kurrikulari wiehed f’sena akkademika wahda.
3. (a) Studenti li jsegwu kors li jwassal ghal grad, u li
jinghataw aktar minn tliet kredti extra-kurrikulari
jistghu jkollhom ir-raba’ kredtu u kredti ohra li jiksbu
mnizzlin fir-rekord akkademiku taghhom, ghalkemm
dawn il-kredti ma jitqisux ghall-ghotja tal-grad.
(b) Ir-regolament 3(a) japplika mutatis mutandis fil-kaz
ta’ studenti li jkunu qed isegwu kors li jwassal ghal
diploma u li jinghataw aktar minn kredtu extra-
kurrikulari wiehed.
4. Is-Senat ghandu jahtar Bord Extra-Kurrikulari, li minn
hawn ’il quddiem jissejjah bhala l-"Bord", bil-funzjoni u l-poteri li
jikkunsidra liema xoghol hu accettabli ghall-ghotja ta’ kredtu
extra-kurrikalari, u li jevalwa dan ix-xoghol u jaghti l-kredtu
ghalih.
2 L.S.327.96 h GHOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI
5. Il-Bord ghandu jkun maghmul mir-Rettur jew id-delegat
tieghu bhala chairman, ir-Registratur jew id-delegat tieghu,
membru akkademiku nominat minn kull Fakulta  u minn kull Istitut
fejn hemm studenti li qed isegwu kors li jwassal ghal grad jew
diploma, u zewg studenti nominati mill-K.S.U. (Kunsill ta’ l-
Istudenti Universitarji).
Izda r-rapprezentanti ta’ l-istudenti fuq il-Bord ma
jippartecipawx fl-evalwazzjoni tax-xoghol sottomess ghall-ghotja
tal-kredti extra-kurrikulari.
6. Il-Bord jista’ jahtar, u jahdem permezz ta’ sotto-kumitati li
l-quorum taghhom ikun ta’ tliet membri, wiehed minnhom student,
li mhux necessarjament ikun membru tal-Bord.
7. Attivita  extra-kurrikulari (inkluzi attivitajiet organizzati
minn korpi barra l-Universita ) jistghu jkunu kkunsidrati ghall-
ghotja ta’ kredtu extra-kurrikulari, jekk l-attivita  tkun:
(a) tinvolvi mhux inqas minn 50 siegha ta’ xoghol minn-
naha ta’ l-istudent;
(b) tehtieg li l-istudent juri kwalitajiet bhalma huma
inizjattiva, perseveranza, sens ta’ tmexxija jew
kapacitajiet organizzativi; u
(c) tkun ta’ natura kulturali, filantropika, politika, sportiva
jew ta’ ricerka.
8. Attivita  extra-kurrikulari m’ghandiex tigi kkunsidrata
ghall-ghotja ta’ kredtu aktar minn darba.
9. Meta attivita  extra-kurrikulari tigi accettata biex tkun
meqjusa ghall-ghotja ta’ kredtu, il-Bord jista’ jimponi fuq l-
istudent dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord iqis li huma mehtiega,
sabiex jizgura li l-kredtu jinghata biss fejn ikun misthoqq.
10. L-istudenti jistghu jitolbu li attivita  tigi meqjusa ghall-
ghotja ta’ kredtu extra-kurrikulari billi japplikaw ghand ir-
Registratur sa mhux aktar tard minn:
(a) nofs Ottubru jekk l-attivita  tkun ser issir waqt l-ewwel
semestru; u
(b) nofs Jannar jekk l-attivita  tkun ser issir waqt it-tieni
semestru.
11. L-applikazzjoni ghandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata ta’
l-attivita  u l-isem tas-supervizur kompetenti propost (mhux
necessarjament membru ta’ l-istaff akkademiku) li accetta li jsegwi
x-xoghol, jaghti parir lill-istudent fejn mehtieg, u jirraporta lill-
Bord fit-tmiem ta’ l-attivita .
12. Il-Bord ghandu jikkonsidra l-applikazzjoni skond ir-
regolament 7 u jassenja supervizur li mhux necessarjament ikun il-
persuna proposta mill-istudent.
13. Fit tmiem ta’ l-attivita , jew ta’ dik il-parti minnha li qed
tigi meqjusa ghall-ghotja tal-kredtu extra-kurrikulari fis-sena
akkademika korrenti, l-istudent ikun mehtieg jipprezenta rapport
fuq l-attivita  lill-Bord, li jinkludi l-kontribuzzjoni tieghu fiha, u s-
supervizur ikun mehtieg jipprezenta lill-Bord evalwazzjoni
GHOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI g L.S.327.96 3
kunfidenzjali fuq il-partecipazzjoni ta’ l-istudent fl-attivita .
14. Il-Bord iqis ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni tas-supervizur u
jaghti grad A, B, C, D jew Wehel f’ordni mill-oghla sa l-inqas
mertu skond il-grad u l-kwalita  tal-partecipazzjoni ta’ l-istudent fil-
progett/attivita .
