KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) g L.S.327.99 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.99
REGOLAMENTI TAL-KORS GHALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ENGINEERING (HONOURS) - 
B.ENG. (HONS.)
20 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIZ LEGALI 12 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avvizi Legali 19 u 72 ta’
l-2000, u 4 u 144 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors ghall-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakulta  ta’ l-Inginerija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) -
B.Eng. (Hons); u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad ta’ Bachelor of
Engineering (Honours) - B.Eng. (Hons).
L-Applikabilita .
Emendat:
A.L. 19 ta’ l-2000;
A.L. 72 ta’ l-2000;
A.L. 4 ta’ l-2001;
A.L. 144 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti japplikaw ghall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2000 jew wara.
Eligibilita  ghall-
Grad.
3. Biex ikun eligibbli ghall-Grad student ghandu -
(a) jkun irregistrat bhala student regolari fil-kors kif
preskritt fir-Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita ;
(b) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-ezamijiet u
jissodisfa kull rekwizit iehor kif preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(c) jissodisfa kull rekwizit iehor preskritt f’i statuti u
regolamenti rilevanti ohra ta’ l-Universita .
Ir-registrazzjoni u 
r-rekwiziti specjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-2000.
4. Biex ikun irregistrat bhala student regolari fil-kors
kandidat ghandu jissodisfa r-rekwiziti generali ghad-dhul kif
imnizzlin fir-Regolamenti ghad-Dhul ta’ l-Universita  u,
(a) jkun kiseb grad li ghadda bi Kredtu jew b’Distinzjoni
fil-Matematika Pura u fil-Fizika mehudin fil-Livell
Avvanzat bhala parti mill-Ezami ghac-Certifikat tal-
Matrikola;
jew
(b) skond it-termini tar-regolament 6.3 tar-Regolamenti
ghad-Dhul jekk ikun:
(i) ghadda minn hames suggetti fl-Ezami ghac-
Certifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja li
2 L.S.327.99 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.)
ghandhom jinkludu l-Ilsien Ingliz u l-Malti, u
(ii) ghadda fl-Oqsma ta’ l-Gherf fil-Livell
Intermedju tal-Matrikola, u
(iii) jew
kiseb il-Higher Technician Diploma tas-City and
Guilds of Londan Institute Kors Numru 8000 fl-
Inginerija Elettrika, jew kwalifika meqjusa
ekwivalenti mill-Bord, u ghadda fil-Livell
Avvanzat fil-Fizika bi Grad C jew ahjar fl-
Ezami ghac-Certifikat tal-Matrikola ta’ l-
Universita  jew f’livell korrispondenti ta’
ezamijiet ohra rikonoxxuti mis-Senat ghall-ghan
tar-Regolamenti ghad-Dhul;
jew
kiseb il-Higher Technician Diploma tas-City and
Guilds of London Institute Kors Numru 8000 fl-
Inginerija Mekkanika, jew kwalifika meqjusa
ekwivalenti mill-Bord, u ghadda fil-Livell
Avvanzat fil-Matematika Pura bi Grad C jew
ahjar fl-Ezami ghac-Certifikat tal-Matrikola ta’
l-Universita  jew f’livell korrispondenti ta’
ezamijiet ohra rikonoxxuti mis-Senat ghall-ghan
tar-Regolamenti ghad-Dhul;
jew
kiseb id-Diploma fl-Elettronika Industrijali, bi
kredtu, tac-Centru tat-Tahrig Fellenberg u
ghadda fil-Livell Avvanzat fil-Fizika bi Grad C
jew ahjar fl-Ezami ghac-Certifikat tal-Matrikola
ta’ l-Universita  jew f’livell korrispondenti ta’
ezamijiet ohra rikonoxxuti mis-Senat ghall-ghan
tar-Regolamenti ghad-Dhul;
jew
(c) jekk kandidat huwa gradwat ta’ Universita  jew ghandu
kwalifiki ohra li huma kkunsidrati sufficjenti, jista’
jkun ezentat, mill-Bord ghad-Dhul ta’ l-Universita , fuq
il-parir tal-Kumitat ghad-Dhul tal-Fakulta , mir-
rekwiziti specjali tal-kors kollha jew parti minnhom.
L-istruttura tal-
kors.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-2001.
5. (1) Il-kors ghandu jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’
studju fuq bazi full-time.
(2) Student ma jistax itemm il-kors f’inqas minn erba’ snin jew
aktar tard minn hames snin mill-ewwel registrazzjoni, hlief
f’cirkostanzi specjali bil-permess tas-Senat, li jagixxi fuq il-parir
tal-Bord.
(3) Kull sena tal-kors ghandha tikkonsisti f’zewg semestri ta’
studju, li jkunu, hlief fl-ahhar sena, segwiti minn perijodu ta’ tmien
gimghat ta’ tahrig industrijali kif approvat mill-Bord.
(4) Il-kors ghandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li ghalihom
mhux inqas minn 120-il kredtu huma assenjati fil:
(a) Principji Fundamentali ta’ l-Inginerija Mekkanika u
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) g L.S.327.99 3
Elettrika;
(b) oqsma ewlenin u elettivi fil-ferghat ta’ l-Inginerija
Mekkanika u Elettrika;
(c) progett fl-inginerija li ghalih mhux inqas minn tmien
kredti huma assenjati; u
(d) taqsimiet studju fakultattivi li ghalihom mhux inqas
minn tmien kredti huma assenjati, maghzulin mit-
taqsimiet studju offruti mill-Bord jew minn taqsimiet
studju offruti minn entitajiet ohra ta’ l-Universita .
(5) F’kull sena tal-kors, hlief fir-raba’ sena, l-istudenti
ghandhom jirregistraw ghal taqsimiet studju li ghalihom huma
assenjati tletin kredtu u ghandhom jiksbu mhux inqas minn sitta u
ghoxrin kredtu biex jithallew ikomplu ghas-sena li jmiss, izda l-
istudenti ma jithallewx ikomplu ghas-sena li jmiss, jekk mill-bidu
tal-kors, huma ma ghaddewx minn tawsimiet studju li ghalihom
aktar minn hames kredti huma assenjati. Ir-regolament 8(5)
japplika ghar-raba’ sena tal-kors.
(6) Il-Bord ghandu jfassal katalogu ta’ taqsimiet studju ghal
kull sena tal-kors. Il-katalogu ghandu jindika l-kredti assenjati ghal
kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji. Il-
Bord ghandu jippublika l-katalogu qabel ma tibda’ kull sena
akkademika.
(7) Il-Bord jista’ jezenta student mill-htiega li jikseb kredtu
jekk hu jkun kiseb kwalilika mill-Universita , jew minn istituzzjoni
rikonoxxuta mis-Senat ghal dan il-ghan, kwalifika li l-istudju
ghaliha hu, fl-opinjoni tal-Bord, ghall-inqas ekwivalenti fil-
kontenut u fil-livell ghal dak mehtieg ghall-kredtu kkoncernat.
L-ewwel sena tal-
kors.
Emendat:
A.L. 19 ta’ l-2000.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
6. (1) L-ewwel sena tal-kors ghandha tikkonsisti f’taqsimiet
studju fil-Principji Fundamentali ta’ l-Inginerija Mekkanika u
Elettrika u f’perijodu ta’ tahrig industrijali kif jiddetermina l-Bord.
(2) Fil-bidu tat-tieni semestru ta’ l-ewwel sena, l-istudenti
jkunu mehtiega jaghzlu l-programm ta’ studju f’wiehed mill-oqsma
indikati fir-regolament 7(1).
It-tieni, it-tielet u r-
raba’ sena tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
7. (1) Fit-tieni sena tal-kors l-istudenti huma mehtiega
jirregistraw ghal programm ta’ studju f’wiehed mill-oqsma li
gejjin:
(a) l-Inginerija Elettrika;
(b) l-Inginerija Mekkanika.
(2) Il-progamm ta’ studju ghall-Inginerija Elettrika ghandu
jinkludi taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju li gejjin:
(a) l-Inginerija tal-Komunikazzjoni u tal-Kompjuter;
(b) Electrical Power and Control Engineering;
(c) il-Mikroelettronika.
(3) Il-programm ta’ studju ghall-Inginerija Mekkanika ghandu
jinkludi taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju li gejjin:
(a) l-Inginerija tal-Manifattura;
(b) l-Inginerija Mekkanika;
4 L.S.327.99 h
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.)
(c) il-Metallurgija u l-Materjal.
(4) Matul ir-raba’ sena tal-kors l-istudenti ghandhom jaghmlu
progett fl-inginerija approvat mill-Bord ta’ l-Istudji, u jissottomettu
l-progett u rapport bil-miktub dwaru lill-Bord ta’ l-Ezaminaturi
mhux aktar tard mill-ahhar ta’ Mejju.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
Emendat:
A.L. 144 ta’ l-
2001.
8. (1) Il-kredti ghandhom jkunu assenjati skond il-gradi li
gejjin li jibdew mill-oghla grad: A +, A, B +, B, C +, C, D + u D. F
tindika li wiehed wehel. Xoghol mhux komplut ghal ragunijiet
gustifikati (mard, nuqqas ta’ attendenza approvata, ecc) ikunu
indikati bl-ittra I. Fil-kazijiet l-ohra kollha, ir-rizultati ta’ taqsimiet
studju mhux mitmuma jkunu indikati bhala F. Il-gradi iqisu l-livell
milhuq mill-istudenti fix-xoghol matul il-kors, fit-testijiet bil-
miktub u fl-ezamijiet kif il-Bord iqis xieraq.
(2) L-istudenti li jehlu f’xi taqsima studju jkunu valutati mill-
gdid darba. Fil-valutazzjoni mill-gdid, l-oghla grad li jista’ jinghata
huwa l-grad D. L-istudenti li, matul is-sena akkademika, jehlu minn
ghadd ta’ taqsimiet studju li ghalihom aktar minn tmien kredti
huma assenjati ma jkollhomx valutazzjonijiet riparatorji u jkunu
mehtiega jirrepetu s-sena ta’ studji, sakemm dan huwa permess
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2).
(3) L-ezamijiet bil-miktub, fit-tmiem ta’ kull taqsima studju,
ghandhom isiru fis-sessjoni ta’ l-ezamijiet jew ta’ Jannar jew ta’
Gunju.
(4) L-ezamijiet riparatorji bil-miktub ghandhom isiru biss
f’Settembru.
(5) Fir-raba’ sena tal-kors l-istudenti ghandhom jghaddu mit-
taqsimiet studju kollha. Il-valutazzjoni tat-taqsimiet studju tar-
raba’ sena tista’ tinkludi ezami viva voce.
(6) L-istudenti li ma jissodisfawx ir-rekwiziti biex itemmu
b’success xi sena tal-kors skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
5(5) jew tas-subregolament (5) ta’ dan ir-regolament ghandhom
jithallew jirrepetu l-programm ta’ studju tas-sena li wehlu fiha,
sakemm dan huwa permess skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 5(2).
(7) Ir-rizultati miksuba matul sena li wiehed ikun wehel fiha la
jkunu rrekordjati u lanqas jitqiesu ghall-ghoti tal-Grad.
(8) L-istudenti li jithallew jirrepetu sena jkunu mehtiega
jirrepetu u jkunu valutati mill-gdid fit-taqsimiet studju kollha ta’
dik is-sena. Fl-ewwel valutazzjoni ta’ din is-sena jista’ jinkiseb
kwalunkwe grad; f’valutazzjoni riparatorja, l-oghla grad li jista’
jinghata huwa l-grad D. Il-gradi miksuba matul din is-sena jghoddu
ghall-klassifikazzjoni finali tal-Grad.
(9) Biex jissodisfaw ir-rekwiziti ta’ l-ezamijiet, l-istudenti
ghandhom jghaddu minn kull komponent ta’ l-ezami.
(10) L-istudenti li ma jissodisfawx lill-ezaminaturi fil-progett
ta’ l-inginerija jistghu, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jithallew jergghu
jissottomettu l-progett sa mhux aktar tard mill-ahhar ta’ Settembru
ta’ dik is-sena. Jekk jghaddu, l-oghla grad li jista’ jinghata huwa l-
grad D. jekk ma jghaddux, l-istudenti ghandhom jithallew jergghu
KORS GHALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) g L.S.327.99 5
jissottomettuh matul sena ta’ ripetizzjoni, sakemm dan huwa
permess skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2).
Ir-rizultati u l-ghoti 
tal-Grad.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-2001.
9. (1) Il-Grad ghandu jinghata lill-istudenti li jkunu:
(a) kisbu mhux anqas minn 115-il kredtu matul il-kors;
(b) issodisfaw ir-rekwiziti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(c) issodisfaw ir-rekwiziti kollha preskritti fi statuti u
f’regolamenti ohra ta’ l-Universita .
(2) Il-Grad ghandu jinghata f’wahda mill-klassifikazzjonijiet li
gejjin:
L- Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(3) Ghandu jkun hemm Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad
maghmul mid-Dekan tal-Fakulta  bhala Chairman, l-ezaminaturi u
l-ezaminaturi ta’ barra, fejn imiss.
(4) Biex jikklassifika l-istudenti li ghaddew ghall-ghoti tal-
Grad skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), il-Bord tal-
Klassifikazzjoni tal-Grad ghandu jqis il-livell milhuq mill-istudenti
matul l-erba’ snin tal-kors, fil-waqt li jqis il-gradi miksuba ghall-
120 kredtu kollha assenjati ghat-taqsimiet studju kollha tal-kors.
(5) F’cirkostanzi eccezzjonali, Grad ta’ "Ghadda" fil-Bachelor
of Engineering - B.Eng. - ghandu jinghata lil student li, fl-opinjoni
tal-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad, issodisfa l-htigiet ta’ kull
sena tal-kors izda ma lahaqx il-livell xieraq biex jikkwalifika ghall-
ghoti ta’ grad bl-Unuri.
(6) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-ghoti tal-
Grad ghandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
mqassma fil-kategoriji ta’ klassifikazzjoni mnizzlin fis-
subregolamenti (2) u (6).
