PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) g L.S.328.04 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 328.04
REGOLAMENTI BIEX IHAJRU PERSUNI JSIRU SID 
DARHOM (SKEMA GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI PRIVATI)
26 ta’ Novembru, 1991
L-AVVIZ LEGALI 180 ta’ l-1991.
Titolu.
ihajru Persuni jsiru Sid Darhom (Skema ghax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Privati).
Ghemil ta’ l-
Iskema.
2. L-Iskema msejha Skema ta’ l-1991 ghax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Privati (Skema H) fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti ghandu jkollha effett mid-data tad-dhul fis-sehh ta’
dawn ir-regolamenti sabiex persuni jigu mhajra jsiru sid darhom
f’Malta u ghandha taghlaq sena wara dik id-data.
Thassir ta’ A.L. 
140 ta’ l-1990.
3. Ir-Regolamenti ta’ l-1990 biex ihajru Persuni jsiru Sid
Darhom (Skema ghax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati) huma
b’dan imhassra. 
SKEDA
(Regolament 2)
Skema ta’ l-1991 ghax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati
(Skema H)
Titolu.
ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati (Skema H) u ghandha tapplika ghal
applikazzjonijiet ghax-xiri ta’ djar ta’ abitazzjoni li m’humiex
proprjeta  tal-Gvern minn persuni li ghalihom tapplika din l-Iskema.
Tifsir.
xort’ohra:
"applikant" tfisser persuna li tapplika ghax-xiri ta’ dar ta’
abitazzjoni privata taht din l-Iskema;
Kap. 328.
Darhom;
Kap. 261.
"l-Awtorita " tfisser l-Awtorita  tad-Djar, imwaqqfa bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar l-Awtorita  tad-Djar;
"beneficjarju" ghandha l-istess tifsira moghtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att principali;
"censwalist" tinkludi sub-censwalist;
"dar ta’ abitazzjoni" ghandha l-istess tifsira moghtija lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att principali;
"dar ta’ abitazzjoni privata" tfisser dar ta’ abitazzjoni li ma tkunx
2 L.S.328.04 h
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
proprjeta  tal-Gvern;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"income totali fis-sena" ghandha l-istess tifsira moghtija lilha fil-
klawzola 5(3);
"kerrej" tinkludi sub-konduttur;
"kerrej rikonoxxut" tfisser persuna li jkollha dar ta’ abitazzjoni
privata b’titolu ta’ kirja minn sid il-kera u rikonoxxuta bhala tali
minn sid il-kera;
"preskritt" tfisser preskritt bl-Awtorita ;
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf;
"sena bazi" tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha ssir
applikazzjoni taht din l-Iskema u b’riferenza ghall-klawzola 9(4)
tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha tkun dovuta li ssir
revizjoni taht dik is-subklawzola.
Applikazzjonijiet 
ghax-xiri.
3. (1) Kull min jikkwalifika biex jaghmel hekk taht din l-
Iskema jista’ jaghmel applikazzjoni fuq il-formola preskritta lill-
Awtorita  biex jitlob ghal ghotja ta’ ghajnuna ghax-xiri tad-djar
sabiex jixtri dar ta’ abitazzjoni privata okkupata minnu bhala r-
residenza ordinarja tieghu.
(2) Persuna tikkwalifika biex tapplika taht din l-Iskema meta,
fid-data ta’ l-applikazzjoni:
(a) l-applikant, jew mart jew zewg l-applikant fil-kaz ta’
koppja mizzewga, ikun cittadin ta’ Malta; u
(b) l-applikant u mart jew zewg l-applikant, u l-gharusa
jew l-gharus ta’ l-applikant ikunu residenti ta’ Malta u
jkun ilhom hekk residenti kontinwament ghal mhux
inqas minn tnax-il xahar konsekuttivi minnufih qabel
id-data ta’ l-applikazzjoni; u
(c) bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subklawzoli (6) u
(7), l-applikant ikun kerrej rikonoxxut jew censwalist
temporanju jew ikun censwalist perpetwu li jkun
jokkupa bhala r-residenza ordinarja tieghu id-dar ta’
abitazzjoni privata li dwarha ssir l-applikazzjoni u, fil-
kaz ta’ censwalist perpetwu, li fuq il-kuntratt ta’
trasferiment tal-fond ikun obbliga ruhu li jifdi c-cens
kollu dovut u din l-obbligazzjoni tkun saret fi jew
qabel it-tletin (30) ta’ Gunju, 1991 u l-kuntratt
imsemmi jkun gie registrat fir-Registru Pubbliku jew
fir-Registru ta’ l-Artijiet, skond il-kaz, fiz-zmien li
tipprovdi l-ligi; u
(d) l-applikant u mart jew zewg l-applikant, u l-gharusa
jew l-gharus ta’ l-applikant, ikunu kontinwament
okkupaw id-dar ta’ abitazzjoni kif intqal qabel ghal
perijodu ta’ mhux inqas minn sena minnufih qabel id-
data tad-dhul fis-sehh ta din l-Iskema.
(3) Persuna ma tikkwalifikax biex tapplika taht din l-Iskema
jekk l-applikant jew mart jew zewg l-applikant ikunu diga
bbenefikaw taht:
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) g L.S.328.04 3
(a) xi wahda mill-iskemi ppubblikati permezz tan-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 11 u 12 fil-
Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Jannar, 1987; jew
(b) l-iskema ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Numru 138 fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-20 ta’ Frar,
1987; jew
(c) xi wahda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 124, 126, 127, 128,
129 u 130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988;
jew
(d) xi wahda mill-iskemi ppubblikati bl-Avvizi Legali
Numri 137, 138, 139 u 140 fis-suppliment tal-Gazzetta
tal-Gvern tas-7 ta’ Settembru, 1990, jew
(e) xi ghajnuna taht dik li kienet maghrufa bhala "l-
Iskema tal-Home Ownership" jew xi ghajnuna ohra
biex persuni jigu mhajra jsiru sid darhom mid-
Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali jew mid-
Dipartiment ta’ l-Art jew mill-Awtorita  jew minn uhud
minnhom flimkien.
Kap. 303.
(4) Persuna wkoll ma tikkwalifikax biex tapplika taht din l-
Iskema jekk tkun akkwistat art mill-Gvern li kienet giet esproprjata
bis-sahha tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Arei ghall-Izvilupp
tal-Bini.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subklawzola (3), persuna
li tibbenifika, jew tikkwalifika li tibbenifika, taht din l-Iskema ma
tigix skwalifikata ghal dik ir-raguni wahedha milli tibbenefika,
wara l-bidu fis-sehh ta’ dawn ir-regolamenti, taht l-Iskema
ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 124 fil-Gazzetta
tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988 jew taht xi skema ohra li
tissostitwiha.
(6) Meta persuna tkun sub-konduttur jew sub-censwalist dik il-
persuna ma tikkwalifikax biex taghmel applikazzjoni taht din l-
Iskema kemm-il darba ma tkunx lahqet ftehim ma’ dawk il-persuni
kollha li minnhom ikun derivat it-titolu taghha.
(7) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subklawzola (8), meta
persuna tkun tokkupa dar ta’ abitazzjopni li tkun il-proprjeta  tal-
genituri taghha, jew dar ta’ abitazzjoni li tkun il-proprjeta  tal-qraba
ta’ l-ewwel generazzjoni, dik il-persuna ma tikkwalifikax biex
taghmel applikazzjoni taht din l-Iskema.
(8) Meta persuna tkun tokkupa u tkun koproprjetarja ta’ dar ta’
abitazzjoni, u dik il-koproprjeta  tkun ghaddiet ghand dik il-persuna
b’wirt, dik il-persuna tikkwalifika biex tapplika taht din l-Iskema
sabiex tixtri l-ishma tal-koproprjetarji l-ohra u ssir is-sid assolut
tad-dar ta’ abitazzjoni li tkun qed tokkupa.
(9) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-klawzola 13, l-ispejjez
kollha maghmula mill-applikant f’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni
tieghu ma jkunux jistghu jingabru lura mill-applikant sew jekk l-
applikazzjoni tieghu tigi accettata sew jekk le.
4 L.S.328.04 h
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
Mizzewgin 
legalment 
mifrudin.
4. Applikant li jkun legalment mifrud mill-mara/mir-ragel
ghandu jipprezenta kopja ta’ l-att pubbliku li jaghti effett lill-firda
bil-kunsens taz-zewg mizzewgin bl-awtorita  tal-qorti kompetenti.
Income totali fis-
sena.
5. (1) Ghall-finijiet ta’ din l-Iskema, l-income ta’ l-applikant
ghandu jinkludi:
(a) il-qligh jew profitti gross minn xi sengha, negozju,
professjoni jew vokazzjoni;
(b) qligh jew profitti gross minn xi impieg jew ufficcju;
(c) qligh jew profitti gross minn bejgh ta’ xi proprjeta  jew
mit-thaddim ta’ xi impriza jew skema li taghmel
profitti;
(d) dividendi, imghax jew skonti;
(e) kull pensjoni, charge, somma fis-sena jew hlas fis-
sena;
(f) kera, royalties, premiums u kull profitt iehor li jkun
hemm minn proprjeta ;
(g) il-valur ta’ prodott ricevibbli dwar l-uzu ta’ kapital,
proprjeta , zrieragh jew annimali ghall-iskop tal-biedja
jew tat-trobbija jew kull sehem minn profitti ricevibbli
dwar dak l-uzu;
(h) kull beneficcju jew allowance socjali;
(i) kull qligh jew profitti li jaqghu taht id-deskrizzjonijiet
fil-paragrafi ta’ qabel dan ta’ din is-subklawzola, barra
minn dawk fil-paragrafi (a) u (b), maghmula mill-
mara/ir-ragel jew l-gharusa/l-gharus ta’ l-applikant;
(j) hamsin fil-mija (50%) tal-qligh jew profitti li jaqghu
taht xi wahda mid-deskrizzjonijiet fil-paragrafi (a) u
(b) ta’ din is-subklawzola maghmula mill-mara/ir-
ragel jew l-gharusa/l-gharus ta’ l-applikant;
(k) kull qligh jew profitti ohra.
(2) Meta l-applikant, u fil-kaz ta’ koppja mizzewga jew
gharajjes, l-applikant jew martu/zewgha jew l-gharusa/l-gharus
tieghu jew taghha, jew it-tnejn, ikun jew ikunu hadmu bi qligh kif
provdut fis-subklawzola (1)(a) u (b) matul parti biss mis-sena bazi,
il-qligh jew profitti ghas-sena bazi kollha jigu kalkolati billi l-qligh
jew profitti minn dik il-hidma bi qligh u li jkunu saru matul il-parti
msemmija mis-sena bazi mill-applikant u/jew martu/zewgha jew l-
gharusa/l-gharus tieghu jew taghha, jew it-tnejn, jigu progettati
ghas-sena bazi kollha.
(3) L-income totali fis-sena ta’ l-applikant ghandu jkun l-
income ta’ l-applikant stabbilit skond is-subklawzola (1) li minnu
tigi mnaqqsa s-somma ta’ elf lira (Lm1,000).
Taghrif. 6. (1) L-applikant ghandu jaghti dak it-taghrif kollu dwar il-
mezzi finanzjarji tieghu skond kif jista’ jigi mitlub li jaghti mill-
Awtorita  u ghal dan il-ghan l-applikant ghandu jawtorizza lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni, lid-Direttur tas-Sigurta  Socjali u lil
kull persuna ohra skond kif ikun mehtieg, biex jaghtu lill-Awtorita
kull taghrif dwar l-income ta’ l-applikant matul is-sena bazi.
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) g L.S.328.04 5
(2) L-Awtorita  tista’ titlob lill-applikant biex jiffirma kull
dikjarazzjoni li hija tista’ tqis mehtiega ghat-twettiq ta’ din l-
Iskema u l-applikant ghandu jippermetti lill-Awtorita  tispezzjona r-
residenza ordinarja tieghu u kull fond iehor mizmum minnu skond
kif l-Awtorita  tista’ titlob.
Ghotja ta’ 
ghajnuna ghax-xiri 
tad-dar.
7. (1) Meta applikazzjoni taht din l-Iskema tkun giet
approvata mill-Awtorita  ghotja ta’ ghajnuna ghax-xiri tad-dar, li l-
ammont taghha jigi stabbilit skond id-disposizzjonijiet li gejjin ta’
din il-klawzola, ghax-xiri tithallas mill-Awtorita  fuq il-
pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgh u f’isem ix-xerrej lill-bejjiegh
akkont tal-prezz.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subklawzola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet ghall-
abitazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar, 1939, l-ammont ta’ l-ghotja ta’
ghajnuna ghax-xiri jkun 60% tal-prezz miftiehem.
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subklawzola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet ghall-
abitazzjoni wara l-l ta’ Jannar, 1939, izda qabel l-1 ta’ Jannar,
1960, l-ammont ta’ l-ghotja ta’ ghajnuna ghax-xiri jkun 40% tal-
prezz miftiehem.
(4) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subklawzola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet ghall-
abitazzjoni fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 1960, l-ammont ta’ l-ghotja
ta’ ghajnuna ghax-xiri jkun 25% tal-prezz miftiehem.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din il-klawzola, l-
ammont ta’ xi ghotja ta’ ghajnuna ghax-xiri mhallas taht din l-
Iskema ma ghandu f’ebda kaz jeccedi s-somma ta’ sittax-il mitt lira
(Lm1,600).
Hlas u fidwa tac-
cens.
8. (1) F’kull kaz meta, wara x-xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni
privata bis-sahha ta’ l-applikazzjoni approvata mill-Awtorita  taht
din l-Iskema, ikun pagabbli cens mix-xerrej, l-ammont, il-patti u l-
kondizzjonijiet ghall-hlas ta’ dak ic-cens ikunu dawk approvati
mill-Awtorita  u c-cens pagabbli mix-xerrej ma ghandu f’ebda kaz
jeccedi l-ammont tac-cens pagabbli minnufih qabel il-
pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgh.
(2) Kull persuna li l-applikazzjoni taghha taht din l-Iskema
tkun giet approvata mill-Awtorita , u meta d-dar ta’ abitazzjoni li
tkun se tinxtara tkun suggetta ghal-hlas ta’ cens, ghandha tintrabat,
jew qabel il-pubblikazzjoni jew mal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’
bejgh, li tifdi c-cens hekk pagabbli b’tali mod li dik il-persuna ssir
is-sid assolut tad-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara minn dik il-
persuna.
Hlas tal-prezz tax-
xiri.
9. (1) Ghaxra fil-mija (10%) tal-prezz tax-xiri miftiehem
ghandhom jithallsu akkont ta’ l-imsemmi prezz mill-applikant mal-
ftehim tal-weghda ta’ bejgh u l-bilanc tal-prezz ghandu jithallas
mal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgh.
(2) L-applikant jista’, wara li jigu mnaqqsa l-ammont ta’ l-
ghotja ta’ ghajnuna ghax-xiri tad-dar u l-hlas akkont ta’ ghaxra fil-
mija (10%) imsemmija qabel, jissellef parti mill-bilanc tal-prezz
tax-xiri minn istituzzjoni finanzjarja approvata mill-Awtorita  izda
6 L.S.328.04 h
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
l-ammont tas-self ma ghandux jaqbez il-limitu mnizzel fit-tielet
kolonna tat-Tabella A annessa ma’ din l-Iskema skond l-income
totali fis-sena ta’ l-applikant kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-
imsemmija Tabella, u ghandu jithallas lura f’perijodu massimu ta’
hamsa u ghoxrin sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgh
jew mhux aktar tard mid-data li fiha l-applikant jaghlaq il-hamsa u
sittin sena, skond liema tigi l-ewwel:
Izda l-ammont tas-self li jista’ jissellef kif intqal qabel ma
ghandu f’ebda kaz jaqbez is-somma ta’ sebat elef lira (Lm7,000).
(3) Meta applikant ikun kiseb self skond is-subklawzola (2), l-
Awtorita  tissussidja l-imghax li jithallas fuq is-self hekk li l-
imghax pagabbli mill-applikant ikun bir-rata murija fit-tieni
kolonna tat-Tabella A annessa ma’ din l-Iskema skond l-income
totali fis-sena ta’ l-applikant kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-istess
Tabella. Ebda sussidju ma jithallas meta l-income totali fis-sena ta’
l-applikant ghas-sena bazi jaqbez is-sebat elef lira (Lm7,000).
(4) Ir-rata ta’ imghax li tithallas mill-applikant kif intqal qabel
tigi riveduta mill-Awtorita  kull sentejn fuq il-bazi ta’ l-income
totali fis-sena ghas-sena bazi u l-ammont tas-sussidju li jithallas
mill-Awtorita  jigi wkoll rivedut skond hekk. L-ewwel revizjoni
tkun dovuta li ssir fl-1 ta’ Lulju, 1993.
(5) L-Awtorita  ghandha tassigura li meta l-income totali fis-
sena tax-xerrej f’xi sena wahda jkun anqas minn elf u seba’ mitt
lira (Lm1,700) il-hlas tal-pagamenti fix-xahar li jkunu dovuti li
jsiru bhala hlas lura ta’ xi self kif imsemmi qabel jigi sospiz ghal
perijodu ta’ sa tliet xhur liema perijodu jista’ jigi estiz b’perijodi
ohra ta’ tliet xhur basta li x-xerrej ikompli jhallas ir-rata ta’ imghax
pagabbli minnu taht din l-Iskema.
Trasferiment mill-
beneficjarju.
10. (1) Kull dar ta’ abitazzjoni mixtrija taht din l-Iskema ma
ghandhiex tigi trasferita taht xi titolu, hlief ghal causa mortis, mill-
beneficjarju kemm-il darba ma jharisx id-disposizzjonijiet li gejjin
ta’ din il-klawzola.
(2) Meta t-trasferiment ikun se jsir fi zmien ghaxar snin mid-
data ta’ l-att ta’ bejgh taht din l-Iskema l-beneficjarju ghandu,
qabel ma jsir it-trasferiment, ihallas lill-Awtorita  u lill-istituzzjoni
finanzjarja approvata minnha taht din l-Iskema, skond il-kaz, il-
valur shih jew parti mill-valur ta’ l-ammont totali ta’ xi ghotja,
sussidju jew xi beneficcju iehor taht din l-Iskema kif imnizzel fit-
tieni kolonna tat-Tabella B annessa ma’ din l-Iskema skond it-tul
taz-zmien li jkun ghadda wara d-data ta’ l-att ta’ bejgh ma’ l-
Awtorita  kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija Tabella.
(3) Meta t-trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni mixtrija taht din
l-Iskema jkun se jsir wara ghaxar snin mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-att ta’ bejgh, il-beneficjarju ma jaghmel ebda hlas kif previst
fis-subklawzola (2) izda ghandu jaghti lill-Awtorita  avviz ta’ xahar
tal-hsieb tieghu li jitrasferixxi l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni u l-
Awtorita  minnufih ittemm kull arrangament ghas-sussidju taht din
l-Iskema ta’ xi imghax pagabbli mill-beneficjarju.
Helsien mit-taxxa 
tal-mewt u tad-
donazzjoni.
11. Helsien kif provdut fl-artikolu 3(b) ta’ l-Att principali
huwa b’dan moghti mal-mewt tal-beneficjarju, u meta l-
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) g L.S.328.04 7
beneficjarju jkun mizzewweg fil-waqt ta’ l-akkwist tad-dar ta’
abitazzjoni, ukoll mal-mewt ta’ mart jew zewg il-beneficjarju, dwar
xi dar ta’ abitazzjoni mixtrija minn benefi‘jarju taht din l-Iskema u
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dak l-Att ghandhom ghalhekk
japplikaw ghaliha:
Izda l-helsien fuq imsemmi ghandu japplika biss dwar l-
ewwel sebat elef lira (Lm7,000) tal-valur tad-dar ta’ abitazzjoni.
Dritt li dar ta’ 
abitazzjoni 
titnehha mill-
kontroll.
Kap. 158.
12. Huwa b’dan moghti d-dritt li wiehed jirregistra taht l-
Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar dar ta’ abitazzjoni mixtrija
minn beneficjarju taht din l-Iskema u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 7 ta’ l-Att principali ghandhom ghalhekk japplikaw
ghaliha.
Mod kif wiehed 
japplika u hlas 
amministrattiv.
13. Kull applikazzjoni taht din l-Iskema ghandha tigi
prezentata personalment jew bil-posta registrata mill-applikant lill-
Awtorita  u dik l-applikazzjoni ma tigix accettata kemm-il darba ma
jkunx hemm maghha s-somma ta’ ghoxrin lira (Lm20) bhala hlas
amministrattiv li jithallas lura lill-applikant fuq l-att ta’ bejgh.
Piena ghal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
14. (1) Jekk f’xi zmien jirrizulta li l-applikant ikun ghamel
dikjarazzjoni falza ghall-finijiet ta’ xi applikazzjoni maghmula
minnu taht id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema l-applikant,
minghajr pregudizzju ghal xi piena li huwa jkun seta’ sar suggett
ghaliha taht xi ligi ohra, ikun obbligat li jhallas lill-Awtorita  piena
ekwivalenti ghall-ammont ta’ xi ghotja, sussidju u xi beneficcju
iehor li l-applikant ikun ircieva taht din l-Iskema.
(2) Kull persuna li taghmel dikjarazzjoni falza kif provdut fis-
subklawzola (1) tigi skwalifikata ghal perijodu ta’ hames snin milli
tibbenefika minn xi skema maghmula bl-approvazzjoni tas-
Segretarju Parlamentari responsabbli ghad-djar.
Dritt ta’ rifjut u ta’ 
rivalutazzjoni.
15. (1) Minkejja kull haga li tinsab fid-disposizzjoniiet ta’
qabel ta’ din l-Iskema, l-Awtorita  jkollha d-dritt li tirrifjuta kull
applikazzjoni.
(2) L-Awtorita  jkollha d-dritt li titlob rivalutazzjoni ta’ fond
permezz ta’ perit nominat minnha fil-kaz li l-Awtorita  thoss il-
htiega li jsir dan.
8 L.S.328.04 h
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GHAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
TABELLA A
(Klawzola 9)
TABELLA B
(Klawzola 10)
L-EwweI Kolonna It-Tieni Kolonna It-Tielet Kolonna
lncome Totali fis-Sena ta’ l-
Applikant f’Liri Maltin Rata ta’ Imghax
Limitu ta’ Self li ma 
jeccedix Lm7,000, 
bhala percentagg 
tal-bilanc tal-prezz 
tax-xiri*
0 - 1,000 0.5% 100
1,001 - 1,500 1.0% 95
1,501 - 2,000 1.5% 90
2,001 - 2,500 2.0% 85
2,501 - 3,000 2.5% 80
3,001 - 3,500 3.0% 75
3,501 - 4,000 3.5% 70
4,001 - 4,500 4.0% 65
4,501 - 5,000 4.5% 60
5,001 - 5,500 5.0% 55
5,501 - 6,000 5.5% 50
6,001 - 6,500 6.0% 45
6,501 - 7,000 6.5% 40
7,001 u fuqhom rata kummercjali 35
*wara li jitnaqqsu l-Ghotja ghax-Xiri tad-Dar u 10% mill-prezz tax-xiri
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Zmien fi Snin wara d-Data ta’ l-Att ta’ 
Bejgh ma’ l-Awtorita
Hlas Lura ta’ l-Ghotja, 
Sussidji, Beneficcji, ecc.
Inqas minn 4 ........................................... 100%
4 jew izjed izda inqas minn 5 .................. 90%
5 jew izjed izda inqas minn 6 .................. 80%
6 jew izjed izda inqas minn 7 .................. 70%
7 jew izjed izda inqas minn 8 .................. 50%
8 jew izjed izda inqas minn 9 .................. 30%
9 jew izjed izda inqas minn 10 ................ 10%
