HLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ZEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT g L.S.337.11 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.11
ORDNI DWAR HLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ZEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT
1 ta’ Dicembru, 1961
L-AVVIZ LEGALI 72 ta’ l-1961.
Titolu.
Esportazzjoni ta’ Zejt ta’ l-Ikel Irfinut Lokalment.
Hlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
zejt ta’ l-ikel irfinut 
lokalment.
Kap. 337.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, hlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq il-hwejjeg imsemmija fl-Ewwel
Kolonna ta’ l-Iskeda ghandu jinghata fuq l-esportazzjoni jew
imbarkar bhala provvisti ta’ zejt ta’ l-ikel irfinut f’dawn il-Gzejjer,
bir-rati specifikati dwar dawk il-hwejjeg fit-Tieni Kolonna ta’ l-
Iskeda.
Tizmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jehtieg lir-raffinatur taz-
zejt ta’ l-ikel li jzomm dawk in-notamenti li jistghu jidhrulu
mehtiega biex juru l-kwantita  ta’ hwejjeg importata jew irtirata
mid-depozt u wzata ghar-raffinar taz-zejt ta’ l-ikel.
(2) Dawk in-notamenti ghandhom ikunu disponibbli ghall-
ispezzjon minn kull ufficjal tad-Dwana fil-fond tar-raffinatur.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) Iz-zejt ta’ l-ikel irfinut f’dawn il-Gzejjer li jkun ser jigi
esportat jew imbarkat bhala provvisti ghandu jigi mkejjel minn
ufficjali tad-Dwana fil-fond tar-raffinatur jew f’dak il-post l-iehor
li jista’ jigi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana ghas-spejjez tar-
raffinatur u wara dak il-kejl ir-recipjenti taz-zejt ghandhom jigu
sigillati quddiem dawk l-ufficjali.
(2) Ghall-finijiet tal-keil mehtieg skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1) ir-raffinatur ghandu jaghti lill-Kontrullur tad-
Dwana avviz bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet ijiem dwar id-
data li fiha bi hsiebu jesporta z-zejt jew jimbarkah bhala provvisti u
dak l-avviz ghandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-hin
li fih jista’ jsir dak il-kejl.
2 L.S.337.11 h
HLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ZEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Hwejjeg Importati Rata ta’ Hlas lura
Zejt ta’ l-ikel mhux mahdum
barra minn zejt taz-zebbuga
Id-dazju ta’ importazzjoni
mhallas fuq volum ta’ zejt ta’ l-
ikel mhux mahdum daqs dak
ta’ zejt ta’ l-ikel  irfinut
esportat; u
Id-dazju ta’ importazzjoni li
ghandu jithallas fuq volum ta’
zejt mhux mahdum daqs 1 fil-
mija tal-volum ta’ zejt ta’ l-ikel
irfinut esportat.
Soda kawstika, trisodium
phosphate, calcinated soda u
acidu solforiku
3 centezmi kull tunnellata
metrika ta’ zejt ta’ l-ikel irfinut
esportat dwar il-kwantita  totali
ta’ kull wahda jew kollha
kemm huma minn dawk il-
hwejjeg uzati.
