HLAS LURA FUQ SOLAR WATER HEATERS ESPORTATI g L.S.337.16 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.16
ORDNI DWAR HLAS LURA FUQ SOLAR WATER 
HEATERS ESPORTATI
16 ta’ Awissu, 1963
L-AVVIZ LEGALI 25 ta’ l-1963.
Titolu.
Water Heaters Esportati.
Hlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
solar water heaters 
u absorber units ta’ 
solar water 
heaters.
Kap. 337.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, hlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq l-oggetti murija fl-Iskeda
ghandu jinghata fuq l-esportazzjoni ta’ solar water heaters jew
absorber units ghal dawn il-heaters.
Tizmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jehtieg lill-fabbrikant
tas-solar water heaters u ta’ absorber units ghal dawn il-heaters li
jzomm dawk ir-records li huwa jista’ jidhirlu mehtiega biex juru l-
kwantita  ta’ l-oggetti importati jew irtirati mid-depozt u inkorporati
f’solar water heaters jew f’absorber units ghal dawn il-heaters.
(2) Dawn ir-records ghandhom jinzammu disponibbli ghal
spezzjon minn kull ufficjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ solar 
water heaters jew 
absorber units.
4. (1) Solar water heaters jew absorber units ghal dawn il-
heaters li jkunu ser jigu esportati ghandhom jigu spezzjonati minn
ufficjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew f’dawk il-postijiet l-
ohra li jistghu jigu stabbiliti mill-Kontrullur tad-Dwana u ghas-
spejiez tal-fabbrikant u wara dik l-ispezzjon is-solar water heaters
jew absorber units ghandhom jigu ppakkjati u ssigillati quddiem
dawk l-ufficjali.
(2) Ghall-finijiet ta’ l-ispezzjon mehtiega skond id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1) il-fabbrikant ghandu jaghti
lill-Kontrullur tad- Dwana avviz bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem dwar id-data meta huwa fi hsiebu jesporta s-solar water
heaters jew l-absorber units u dan l-avviz ghandu jkollu l-
partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-hin li fih tista’ ssir dik l-
ispezzjon.
SKEDA 
Artikolu 2
Strixxi ta’ copper tube, kanni tal-heater, stop ends, zebgha
taz-zinc chromate primer, thinners, zebgha bajda tal-hgieg, u
zebgha sewda solari.
