HLAS LURA FUQ ZALZETT PRODOTT 
LOKALMENT PROVDUT LILL-FORZI BRITTANNICI g L.S.337.21 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.21
REGOLAMENTI DWAR HLAS LURA FUQ 
ZALZETT PRODOTT LOKALMENT PROVDUT 
LILL-FORZI BRITTANNICI
22 ta’ Ottubru, 1965
L-AVVIZ LEGALI 57 ta’ l-1965.
Titolu.
Hlas lura fuq Zalzett Prodott Lokalment Provdut lill-Forzi
Britannici.
Hlas lura fuq 
zalzett prodott 
lokalment provdut 
lill-Forzi 
Britannici.
Kap. 337.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u tar-regolamenti 3, 4 u 5 ta’ dawn ir-regolamenti,
ghandu jinghata hlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq l-
oggetti msemmija fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda fuq provvista lill-
Forzi Britannici ta’ zalzett prodott f’dawn il-Gzejjer bir-rati
specifikati dwar dawk l-oggetti fit-Tieni Kolonna ta’ l-Iskeda.
Certifikat mill-
Forzi Brittannici.
3. (1) Talba ghall-ghoti ta’ hlas lura ghandha tigi korroborata
b’certifikat mahrug mill-awtorita  kompetenti f’isem il-Forzi
Britannici li juri li z-zalzett li dwaru huwa mitlub il-hlas lura kien
gie provdut ghall-konsum unikament minnhom; dan ic-certifikat
ghandu wkoll jaghti l-pizijiet separati taz-zalzett tac-canga u taz-
zalzett tal-porku li jkunu gew provduti.
(2) Ghall-finijiet ta’ l-ghoti ta’ hlas lura skond dawn ir-
regolamenti certifikat mahrug skond is-subregolament (1) ikun
prova bizzejjed tal-fatti murija fih jekk ma jigix pruvat il-kuntrarju.
Tizmim ta’ 
records.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna lill-produttur taz-
zalzett li jzomm dawk ir-records li jidhirlu mehtiega biex juru l-
kwantitajiet ta’ canga u rusks importati jew irtirati mid-depozt u
wzati fil-produzzjoni taz-zalzett li dwaru jkun qed jintalab il-hlas
lura.
(2) Dawn ir-records ghandhom ikunu disponibbli ghall-
ispezzjon minn kull ufficjal tad-Dwana fil-lokal tal-produttur.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Iz-zalzett li jkun ser jigi provdut lill-Forzi Britannici
ghandu jintizen u jigi spezzjonat minn ufficjali tad-Dwana fil-lokal
tal-produttur, jew f’dak il-post l-iehor li jista’ jigi stabbilit mill-
Kontrullur tad-Dwana, ghas-spejjez tal-produttur u wara dik l-
ispezzjon ghandu jigi ppakkjat u ssigillat quddiem dawk l-ufficjali.
(2) Ghall-finijiet ta’ l-ispezzjon mehtiega skond id-
disposizzjonijiet tas-sdubregolament (1) il-produttur ghandu jaghti
lill-Kontrullur tad-Dwana avviz bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem tad-data meta huwa fi hsiebu jipprovdi z-zalzett lill-Forzi
Britannici u dak l-avviz ghandu jkun fih il-partikolaritajiet tal-post
u l-hin li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
Tifsira ta’ Forzi 
Brittannici.
6. F’dawn ir-regolamenti l-kliem "Forzi Britannici" ghandu
jkollhom l-istess tifsir kif moghti lilhom fit-Taqsima I ta’ l-Anness
ta’ l-Agreement on Mutual Defence and Assistance maghmul bejn
2 L.S.337.21 h
HLAS LURA FUQ ZALZETT PRODOTT 
LOKALMENT PROVDUT LILL-FORZI BRITTANNICI
il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq u
l-Gvern ta' Malta fil-21 ta’ Settembru, 1964.
SKEDA
Regolament 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oggetti Rata ta’ Hlas lura
Canga importata Id-dazju mhallas fuq sitta u sittin
libbra ta’ canga ghal kull mitt libbra
zalzett.
Rusks Id-dazju mhallas fuq erbatax-il
libbra ta’ rusks ghal kull mitt libbra ta’
zalzett tac-canga jew zalzett tal-porku.
